San Frangisk - ikellem liz-zghazagh

 

<<|werrej|>>


Jien, Fra Frangisk

Frangisku jkellem liz-Zghazagh


Messagg Vokazzjonali


 

 

JIEN, FRA FRANGISK, twelidt fil-belt t'Assisi madwar 800 sena ilu. Ommi, Madonna Pica u missieri, Pietro Bernardone kienu fost in-nies ghonja tal-belt. Dak in-nhar li twelidt missieri nzerta kien fuq xoghol gewwa Franza u fil-maghmudija ommi tatni l-isem ta' Gwanni. Missieri, izda, meta gie lura ried issejjahli Frangisk.

 

Sa minn ckuniti d-dar ma kien jonqosni xejn, kelli, nista' nghid, kulma xtaqt. Kont nahdem fit-hanut tad-drappijiet ma' missieri u flus kelli kemm irrid. Kont inhobb il-moda u x'nilbes ma kienx lanqas problema, kelli kemm irrid ukoll. Kelli hbieb bla ghadd, tfajliet u guvintur. Kemm konna naghmlu festi, ikliet u parties flimkien! Xtaqt insir kavallier biex nikseb gieh u stima u naghmel isem. Mort ghall-gwerra ... izda fallejt u spiccajt prigunier go cella kiesha fil-habs ta' Perugia. Wara li missieri hallas kemxa gmielha biex nohrog mill-habs, ghaddejt xi zmien wicci 'l fuq f'qiegh ta' sodda. Meta mbaghad ergajt ksibt sahhti beda mill-gdid iberren f'mohhi l-hsieb li nsir kavallier u ghalhekk qtajtha li ninghagad ma' l-armata li kienet qed titwaqqaf dak iz-zmien... izda ghal darb'ohra dak li kont qed infassal jien falla kollox.

 

Ghaddejt xi zmien qisni ras maqtugha. Ma kontx naf fejn se naqbad naghti rasi, f'mohhi kien iberren biss x'se naqbad naghmel b'hajti.

 

Ghalkemm deher li kelli kollox u ma kien jonqosni xejn, kont inhoss xi haga nieqsa fit-hajja - ma nafx qattx qralek hekk inti wkoll? Bdejt nara li l-flus ma kinux kollox. Li l-festi u l-parties mal-hbieb ma kinux ihallu ferh tassew f'qalbi. Nghidlek id-dritt: dak il-mument kont inhoss ftit ferh imma mbaghad wara ftit kont nerga' nhoss qisu vojt kbir fija u nerga' l-istess bhal qabel - nahseb tifhem xi rrid nghid?!

 

Bdejt infittex li ninqata' ghalija wahdi, 'l boghod minn kulhadd. Fil-kampanja ftit 'l barra mill-belt kien kemm knisja nofsha qed taqa' u kont immur hemm ghall-kwiet wahdi. Ma nafx infissirlek, izda hemmhekk tant kont inhoss paci fil-qalb tieghi! Taf int meta tkun imhawwad u tkun qed tfittex x'sa taghmel b'hajtek kemm ikollok bzonn ta' paci! Ghalhekk kont immur ta' spiss hemmhekk u noqghod hemm wahdi quddiem il-kurcifiss ta' San Damjan.

Darba fost l-ohrajn, waqt li kont f'dik il-knisja ckejkna mitluf fit-talb, smajt lehen f'qalbi: "Frangisku mur sewwi l-knisja tieghi li, kif qed tara, qed tiggarraf ".

 

Ghal bidu hsibt li l-Mulej ried li nsewwi l-gebel tal-knisja li kien qed jaqa', allura x'ghamilt? Mort bla telf ta' zmien fil-hanut ta' missieri, hadt ftit drapp u mort inbiegh kollox; b'hekk hsibt li jkolli biex nixtri l-gebel u dak kollu mehtieg ghat-tiswija tat-knisja, u ntfajt ghax-xoghol.

 

Missieri kien qed ifassal pjanijiet ohra ghalija u ghalhekk ma setax jifhem dak hi kont qed naghmel u ried hi jien nerga' hura d-dar. Izda meta ra hi jien kont sod fil-fehma tieghi sahan mhux ftit u bil-qawwa kollha talabni nroddlu lura l-flus li kont dahhalt mill-bejgh tad-drapp. M'ghandniex xi nghidu, kelli naghtih kollox lura u mhux biss... Izda nzajt u tajtu wkoll il-hwejjeg ta' fuqi, quddiem kulhadd u quddiem l-isqof li kien pront ghattieni bit-kappa tieghu biex jostor l-ghera tieghi.

 

Minn dak inhar tfajt fuqi libsa fqira lewn l-irmied, dawwart habel ma' qaddi u nghatajt kollni kemm jien biex inwettaq biss dak li jrid Missierna li qieghed fis-smewwiet.

 

Ghall-ewwel meta hallejt kollox: id-dar, il-genituri, ix-xoghol, il-flus, il-hbieb u kull ma kelli, biex inkun kollni kemm jien ta' Alla, hsibt li kont se nghix ghalija wahdi...  Izda l-Mulej tani hafna ahwa. Tani ghadd ta' zghazagh bhalek biex huma wkoll jimxu wara Ges u jghixu bhali skond il-Vangelu.

 

Nixtieq inkompli naqsam mieghek u nipprova nfissirlek x'ferh u x'paci gabet f'qalbi l-IVA li ghidt ghas-sejha li ghamilli l-Mulej, izda ghalissa nieqaf hawn.

 

Minn dan li qsamt mieghek nahseb stajt tintebah li wara kollox jien kont zaghzugh normali bhal kull zaghzugh iehor. Kelli n-nuqqasijiet tieghi u kelli nhabbat wicci mal-problemi li ggib maghha l-hajja bhal kull bniedem iehor. Bhal hafna ohrajn qabli u ghadd ta' ohrajn warajja, fittixt it-twegiba fil-Mu1ej, sibtha u bl-ghajnuna tieghu stess stajt nghidu Iva.

 

Nieqaf hawn. Niringrazzjak mill-qalb tal-hin li tajtni biex stajt niftah qalbi mieghek. Nghid grazzi kbir ukoll 'l Alla ghax waqt li kont qed naqsam dan mieghek hassejt li Alla tani rigali, iva. tani lilek bhala habib gdid tieghi.

 

Habib, jien min-naha tieghi nwieghdek li nitlob hafna ghalik biex il-Mulej jaghtik id-dawl biex tkun tista' taghraf xi jrid minnek u biex ikollok il-kuragg tghidlu Iva.

 

FI-ahharnett, jalla l-Mulej ibierkek u jharsek. Jurik is-sebh ta' wiccu u jkollu hniena minnek. Idawwar harstu lejk u jaghtik is-sliem.

 

Tieghek.

<<|werrej|>>


Miktub minn Fr Thomas Calleja u ppubblikat fil-fuljett bl-Jien, Fra Frangisk, mill-Kummisjoni: Hidma Sejha Frangiskana, OFMConv. Malta

Assisi 23.4.2003


 

San Frangisk  jiftah qalbu

maz-zghazagh

u jirrakkonta

l-esperjenza

ta' qtiegh

il-qalb tieghu

fiz-zmien

meta kellu jaghmel ghazla x'ser jaghmel

b'hajtu.