San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

 ...ikompli fit-2 parti >>


Frangisku ta' Assisi - 1

Frangisku Zghazugh li johlom


Frangisku

Frangisku twieled fil-Belt ta' Assisi fil-bidu tas-sena 1182 u gie mghammed ftit wara  fil-kattidral ta' San Ruffino. Fil-maghmudija, ommu tatu l-isem ta' Gwanni. Wara, Gwanni beda jigi msejjah Frangisku. Il-bidla ta' l-isem minn Gwanni ghal Frangisku saret mill-missier wara li gie lura minn Franza, fejn kien fit-twelid ta' ibnu. Hafna jistaqsu ghaliex rnissieru semmieh Frangisku, imma hadd ma jaf sewwa l-ghaliex. X'aktarx dan sar ghax ii-missier kien ihobb hafna il-Franza, l-art ta' martu, u ried li f'ibnu jsib tifkira hajja ta' dik l-art mahbuba tieghu,.

 

Jinghad f'leggenda tas-seklu hmistax li meta omm il-qaddis kienet se taghti d-dawl lil binha basset li dan binha ma setax jitwieled. Dak il-hin habbat il-bieb ragel mhux maghruf u qalilha li binha ma kienx sejjer jitwieled qabel ma hi thalli l-kamra tas-sodda lussuza taghha u tmur fi stalla. Jissokta jinghad li l-omm nizlet fl-istalla u hemm tat id-dawl lil Frangisku u qieghditu fuq it-tiben tal-maxtura kif Marija darba kienet ghamlet lil Binha Ges¨.

 

Leggenda ohra tghid li meta t-tarbija kienet qed tigi mghammda wiehed pellegrin habbat il-bieb u ried bilfors jaraha, Fl-ahhar urewlu lil Frangisku tarbija u dan ir-ragel bassar li dik it-tarbija ghad tikber u ssir wiehed mill-ahjar irgiel li qatt rat id-dinja.

 

Dawn huma leggendi u bhalhom hemm ohrajn. Imma l-istorici ma tantx jorbtu fuqhom u aktarx li l-iskop taghhom kien li Frangisku jixxebbah ma' Ges¨ sa mill-ewwel zmien ta' hajtu.

 

Il-Familja

Il-familja ta' Frangisku ma kinitx nobbli, imma lanqas fqira. Kienet ta' dik il-klassi li llum insejhulha "middle-class", Missier Frangisku kien minn Lucca mill-familja Moriconi li kienu imdahlin sa ghonghom fin-negozju specjalment tad-drappijiet. Pietro di Bernardone, kif kien jismu l-missier, mar jghammar f'Assisi ghax hemm sab suq tajjeb. Izda sikwiet kien jitla' sa Franza ghan-negozju.

 

Pietro, missier Frangisku, kien minn dawk in-nies li jhobbu jidhru u jiddandnu. Kien ragel fuq tieghu, marbut ma' l-idejat tieghu u, kif jghidu l-kittieba ta' zienu, supperv. Izda ma kienx xhih u idejh maghluqa, almenu ma' dawk tal-familja. Fuq kollox, kien ragel ta' rieda qawwija u iebes fil-fehma tieghu.

 

Omm Frangisku kienet differenti minn zewgha kienet twajba u ta' qalb helwa. Isimha kien Govanna izda, billi kienet imnissla mill-art tal-Pikkardja, gewwa Franza, kienu jsejhulha Madonna (sinjura) Pica.

 

Hija haga naturali li Frangisku wiret hafna mid-demm tal-genituri. Minn missieru aktarx li ha dik ir-rieda qawwija li dejjem wasslitu jtemm il-fehmiet tajba li hu sabih u gholi. U bhal ommu, kien twajjeb, generuz u ta' qalb gwejda.

 

M'ghandniex nahsbu li Frangisku kiseb mill-genituri dak biss li hu tajjeb. Mat-tajjeb ha l-hazin ulaoll, imma l-hazin li wiret saffieh u ghelbu bil-penitenzi u r-razan fuqu nnifsu.

 

Frangisku kien l-ewwel iben tal-familja, Warajh twieled huh Angelo. Dan, bhal missieru, ma riedx jaf iktar bi Frangisku wara l-konverzjoni ghall-hajja tal-penitenza. Angelo izzewweg u kellu zewgt itfal Giovannetto u Piccardo, u dan ta' l-ahhar kien ammiratur, kbir ta' zijuh Frangisku b'mod li sar membru tat-Tielet Ordni u taha ghall-hajja ta' tghzakkis u razan. Giovannetto izzewweg u kellu lil Ceccolo u Giovannola. Nafu li Ceccolo kellu hafna wlied. Imma l-familja kollha ta' Pietro di Bernardone sfat fix-xejn meta f'Assisi hadet il-pesta fis-seklu erbatax,

 

Moghti ghad-dinja

Fuq ic-cokon ta' Frangisku nafu ftit jew xejn. Nafu biss li meta beda jikber taha ghan-negozju ma' missieru u, kif naqraw mill-kitba ta' dak iz-zmien, f'hekk kien jinqala' sewwa, Barra minn dan nafu wkoll li kien tfajjel fuq tieghu u moghti ghad-dinja. Kien ihobb jilbes u jiddandan, jiekol u jixrob tajjeb, u jghaddiha fix-xalar u l-festi mal-hafna hbieb ghonja li kellu.

 

Il-flus ma kinux jonqsu mill-but ta' Frangisku ghax missieru kien jaghtih kemm irid basta li jarah jixxala u jilbes. Ghalhekk f'qasir zmien sar iz-zaghzugh l-iktar maghruf fis-socjetÓ t'Assisi. Kull lejla kont terah ma' qtajja' zghazagh ighannu bil-kitarra jew fit-toroq tal-belt, jew f'xi mkien imzejjen u b'imwejjed u b'ikel u xorb mill-ifjen.

 

Kien midneb f'dan iz-zmien ta' qabel il-konverzjoni dan iz-zaghzugh xalatur? Twegiba shiha fuq hekk Alla u hu nnifsu jistghu biss jaghtuha. Dak li nistghu nghidu hu li kien zaghzugh bhall-ohrajn, almenu f'dak li jidher, u z-zghazagha ta' dak iz-zmien ma tantx kienu safja. Frangisku nnifsu kien jistmell dan iz-zmien ta' hajtu meta kien jiftakar fih fis-snin ta' wara. Imma mhux haga impossibbli li minkejja x-xalar tieghu kien izomm ruhu safja u tajba.

 

Meta Tumas ta' Celano, il-maghruf kittieb tal-Hajja tal-qaddis, jikteb fuq dan iz-zmien tal-hajja u fost hwejjeg ohra, jghid li Frangisku kien dejjem generuz u b'idejh miftuha l-iktar ma' dawk li kienu batuti. Kien ihobb jaghti milli kellu u jghin lil kulhadd.  Din it-tjubija ta' qalbu ssuktat tikber u tkun ta' fejda kbira fis-snin ta' wara meta Frangisku: ta lilu nnifsu b'ruhu u gismu ghall-gid tal-bnedmin hutu u ghal glorja t'Alla.

 

Tumas ta' Celano jitkellem ukoll fuq il-karattru dejjem ferriehi u l-imhabba lejn in-natura ta' Frangisku. "Is-sbuhija ta' l-eghlieqi, l-ghaxqa tad-dwieli, dak kollu li kien ipaxxi l-ghajn kien ferrahlu qalbu:' U din l-imhabba lejn in-natura u l-ghaxqa ta' qalb dejjem hienja ghamlu minn dak iz-zaghzugh wiehed mill-ewwel poeti ta' l-Italja u evangelizzatur kbir ta' ottimizmu, sliem u hena.

 

Zaghzugh tal-qatgha ta' Frangisku ma setax ma jkunx ambizzjuz. Il-gIorja u l-unuri jhajru lil kulhadd, specjalment lil zaghzugh jghum fil-flus u popolari hafna f'belt twelidu. Iktar ma beda jikber, iktar beda jahseb biex jikseb post gholi fis-socjetÓ. U l-okkazjoni gietu helu helu.

 

Fis-sena 1199, meta Frangisku kellu 18-il sena, in-neguzjanti t'Assisi qamu kontra n-nobbli, id-dinja kienet u baqghet dejjem wahda u dak iz-zmien, forsi iktar mil-lum, il-mibeghda ta' klassi kontra l-ohra kienet tirnhass sewwa. In-neguzjanti kellhom il-flus u dehrilhom li ghandhom jghollu rashom iktar fuq dawk li kellhom in-nobiltÓ ta' demm imma mhux dejjem il-kwantita' kbira tal-flus.

 

Kavallier Zaghzugh

Il-mibeghda tat-klassi qajmet riefnu kbir f Assisi. L-imhuh sahnu u s-sahna mexxiethom ghat-tixrid tad-demm. In-neguzjanti nghaqdu u habtu b'success ghall-kastelli tan-nobbli. Frangisku kien maghhom u hass ruhu kburi li ma kienx biss tajjeb ghax-xalar izda ghax-xabla wkoll. U t-tmien tajjeb ta' dik it-taqbida kompla jsahhanlu rasu biex jikseb unuri socjali.

 

Is-successi ta' din id-dinja ghandhom hajja qasira u n-neguzjanti t'Assisi rna damux hafna jistriehu u jitpaxxew wara r-rebha taghhom fuq in-nobbli. Sewwa sew tliet snin wara l-waqgha tal-kastelli, fis-sena 1202, "i signori" ta' Sassorosso, li kienu sofrew telfa. qarsa min-neguzjanti, redu jivvendikaw ruhhom u nghaqdu mall-kbarat tal-belt ta' Perugia kontra n-neguzjanti t'Assisi.

 

Frangisku issa rega' sab okkazjoni ohra li juri hila tieghu u jikseb unuri godda. Rega' ssieheb man-neguzjanti u mexa maghhom biex jitqabad kontra l-kbarat ta' Perugia. U issa Frangisku hassu iktar kburi mnn qabel ghax telaq ghall-glied bil-kappa u x-xabla ta' kavallier.

 

Din id-darba, it-taqbida bejn in-nobbli u n-neguzjanti kienet harxa. Iz-zewg nahat iltaqghu wicc imb' wicc fil-post imsejjah Collestrada, jew Ponte San Giovanni, mhux wisq 'il boghod minn Assisi.. Imma din id-darba n-nobbli marru minn fuq u hafna min-neguzjanti nqabdu prigunieri, fosthom Frangisku.

 

Fil-Habs ta' Perugia

Wara t-telfa ta' Collestrada, Frangisku gie mehud fil-habs ta' Perugia u hemm daq ghall-ewwel darba f'hajtu l-imrar tal-hajja u tat-tbatija. Zaghzugh bhalu, imdorri fil-fsied ta' familja ghanja u fix-xalar ta' socjietÓ mhassra, ma setax ma jbatix shih fil-ghera ta' kamra zghira u umda li fiha kellu jqatta' jiem twal prigunier.

 

It-tbatija tal-habs kellha l-effetti koroh taghha fuq Frangisku. Wara ftit xhur f'dik il-hajja monotona u umiljanti, Frangisku marad. Imma fl-umiljazzjoni tal-mard u c-cahda ma qatax qalbu. Baqa' johlom bl-unuri u darba minnhom holom li qed jara d-dinja tqimu. Forsi kienet dik il-holma li zammitlu l-moral gholi.

 

Wara sena, fl-1203, saret il-paci bejn Perugia u Assisi. Missier Frangisku sab l-okkazjoni li jehles lil ibnu mill-habs. Hallas xi flus u kiseb dak li ried. Issa Frangisku rega' sab ruhu hieles u rega' ta ruhu ghax-xalar u l-festi ma' shabu.

 

Fil-bidu tas-seklu tlettax l-Ewropa kollha kienet politikament imhawda kemm jista' jkun, u hekk kienet l-Italia wkoll. Barra mill-glieda tal-klassijiet socjali bejniethom, kien hemm ukoll tilwim kbir bejn art u ohra u bejn il-princpijiet li kienu man-naha tal-Papa u dawk li ma kienx. Imma fost dan it-tahwid u tilwim kienet ghadha tinhass l-imhabba lejn il-fidi nisranija kemm fost il-kbarat kif ukoll fost iz-zghar. U kienet din l-imhabba li hegget lil hafna kavallieri jinghagdu fi krocjati biex jifdu l-Art Imqaddsa minn taht il-hakma tal-Misilmin.

 

Xewqat u Holm

Meta Frangisku kellu 23 sena kien sar habib ma' certu wiehed konti jismu Gentile u minn din il-hbiberija tnisslet fih ix-xewga li jerga jmur ghall-gwerra. Dik is-sena, 1205, Walter de Brienne, kavallier maghruf hafna fl-Ewropa kollha ghall-erojzmu tieghu, kien qed jigbor mieghu suldati u kavallieri biex jinzel fil-Puglie, in-naha t'isfel ta' l-Italja, halli jiddefendi lis-sultan ta' Sqalliia u lil ommu li kienet ghadha kemm romlot. Dan is-sultan, li wara sar Imperatur bl isem ta' Federiku II, dak iz-zmien kien ghadu tifeI, u ghalhekk ommu kellha bzonn ta' min jiddefendi lilha u lil binha.

 

Dejjem imhabbat bil-holm ta' kobor u unuri, Frangisku rega' sab l-okkazjoni li jmur ghall-gwerra u b'hekk jikseb dak li xtaq. Issieheb mal-kavallieri ta' de Brienne u beda jhejji hwejgu biex jitlaq lejn il-Puglie bil-ghan li wara jinghaqad ma' kracjata u jmur lejn il-Palestina.

 

Imma qabel ma telaq lejn il-Puglie kellu vizjoni. Dak inhar tal-vizjoni kien ghamel att ta' generozitÓ u karitÓ kbira. Kien ghadu kemm iltaqa' ma' kavallier fqir imlibbes hazin kemm jista' jkun. Frangisku thassar lil dan ir-ragel qalbieni izda fgir: U x'ghamel? Neza' l-ilbies sinjur li kellu fuqu u bidlu ma' dak tal-kavallier fqir. Imbaghad mar fil-hanut ta' missieru. aktar biex isellimlu ghall-ahhar darba qabel ma jitlaq ghall-gwerra. U kien f'dak il-hanut li kellu l-vizjoni.

 

Mal-hitan tal-hanut ta' Pietro di Bernardone kien hemm kull xorta ta' drappijiet. Imma minflok dawn id-drappijiet, Frangisku lemah kull xorta ta' xwabel u armar tal-gwerra jlellxu u jghaxxqu bi gmielhom. Frangisku ssahhar b'dak il-gmiel quddiem ghajnejh. Fl-ghaxqa ta' dik il-vizjoni, Frangisku sema' lehen misterjuz ighidlu: "Dan kollu ghad ikun tieghek u tas-suldati tieghek".

 

Meta gie f'tieghu, Frangisku ha dik il-vizjoni bhala rizq tajjeb u bxara ta' xi rebha li kien sejjer jikseb fil-Puglie. Imma wara beda jifhem li dik l-vizjoni jehtigilha tifsira ohra.

 

II-hin li jhalli Assisi kien wasal. Frangisku mal-Kavallieri l-ohra hargu minn Porta Nuova fost l-ghajjat u tislim tan-nies. L-armata gibdet lejn Foligno, u minn hemm lejn Spoleto biex imbaghad jagbdu l-Via Flaminia twassalhom sal-Puglie. Imma Frangisku ma rnexxilux ihalli Spoleto.

 

Il-Vizjoni fi Spoleto

Fi Spoleto Frangisku hassu mhux f'tieghu u sab li kellu d-deni. Kif kien mimdud fuq is-sodda, bejn rieqed u mqajjem, rega' kellu vizjoni u sema' lehen misterjuz isaqsih: "Fejn trid tmur, Frangisku?". Haga ewl id-dinja, it-twegiba kienet: "Lejn il-Puglie". Imma l-lehen rega' staqsieh : "Issa ghidli, Frangisku, min jista' jhallsek l-aktar, is-sid jew is-seftur?" U meta Frangisku wiegeb b'mod l-iktar logiku "is-sid'', il-lehen qallu : "Allura ghax qed twarrab lis-sid ghas-seftur, il-princep ghall-qaddej?"

 

Issa t-twegiba ta' Frangisku kienet bhal dik ta' Pawlu ta' Tarsus, u kollu mistaghgeb wiegeb: "Mulej, xi tridni naghmel?" u l-kmand tal-Mulej kien dan "Mur lura lejn darek u hemm tkun taf x'ghandek taghmel. U l-vizjoni li rajt ikollok tifhimha mod iehor."

 

Meta l-lehen misterjuz waqaf jitkellem, Frangisku gie f'tieghu imma baga' l-lejl imgajjem w mhawwad. Filghodu qam mis-sodda, rama z-ziemel u kollu umiljat telaq lura lean Assisi.

 

Wiehed jista' jahseb x'laqgha kiesha Frangisku kellu f'Assisi. Zaghzugh bhalu ma setax ma jhossux imcekken u mwegga' fis-sentimenti l-iktar gheziez li kien ilu jghozz f'qalbu. Hass ruhu  depress, imhawwad, dizappuntat u umiljat mill-izjed. U biex jinsa, rega' nghaqad ma' hbiebu u jaghtiha ghal darba'ohra ghax-xalar.

 

Generalment, ix-xalar ma jurix hlief qalb bla serhan u paci li biex tinsa l-problemi jew id-dieqa tipprova ssib distrazzjoni fil-hsejjes tad-dinja. Imma din mhix soluzzjoni ghaqlija u lanqas dejjiema. Imma hi r-reazzjoni tal-kotra fiz-zmien ta' tahwid. U din kienet l-ewwel reazzjoni ta' Frangisku wara l-vizjonijiet li kellu.

 

Darba minnhom Frangisku stieden lil hbiebu ghal fasta kbira. Kienet lejla sabiha tas-sajf u wara ikla mill-ikbar iz-zghazagh hargu jdaqqu u jghannu mat-toroq t`Assisi. Waqt l-ikla, Frangisku hassu mhux bhas-soltu. Hass hlewwa kbira f'qalbu u dawl gdid f'mohhu. Waqt l-ghana u d-daqq ta' shabu fit-toroq, hu baqa' ftit lura ghalih wahdu. Shabu ndunaw bil-bidla ta' sehibhom u hasbu li kien qed jahseb f'xi tfajla li beda jhobb b'qalbu kollha.

 

Wiehed miz-zghazagh resaq lejh u qallu: "Jaqaw qed tahseb fil-honeymoon?", u Frangisku wiegbu "Iva qed nahseb biex nizzewweg, imma l-gharusa li se niehu hija bil-wisq iktar nobbli, ghanja u sahiba minn dawk kollha li taf int!" Dak il-hin il-grazzja t'Alla nibtet sewwa f'qalbu u beda jara li kollox hu bluha u holma f'din il-hajja. Intebah li f'Alla biss issib dak li hu sod u jibqa'. U minn dak il-hin Frangisku beda jinbidel, Beda jsib l-ghaxqa tieghu fit-talb u l-hena ta' qalbu f'Alla.

 

Kellha ragun biex tbiegh Madonna Pica, omm Frangisku, tghid lil hbiebha mata kienu jkellmuha fuq ix-xalar u l-hala ta' binha: "Jiena ghandi tama soda li dan ibni ghad ikun iben Alla".

<<|werrej|>>

 ...ikompli fit-2 parti >>


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Fosthom principalment dik ta' Gwido Schembri OFM, Frangisku, Il-Fqajjar t'Assisi, Veritas Press, Zabbar Malta, 1970. Kif ukoll mill-kitbiet ta': Alexander Bonnici OFMConv, San Frangisk t'Assisi, Religjon u Hajja, Hajjiet 16, 1989; Murray Bodo OFM, Frangisku, il-Mixja u l-Holma, maqlub ghall-Malti minn Guzepp Beneditt Xuereb OFM, Edizzjoni Tau, 1999; Johannes Jorgensen, Hajja ta' San Frangisk t'Assisi, maqlub ghall-Malti minn Patri Elija minn Hal Lija OFMCap., Seraphic Press, Furjana, 1965; Albert Sammut OFMConv., San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja, Religjon u Hajja, Hajjiet 2, 1969;   Fernando Uribe OFM, Frangisku, Hajja li tisfidak, maqlub ghal Maltin minn Noel Muscat OFM, Edizzjoni Tau, 1995.

Assisi 28.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk