San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

<< lura lejn it-2 parti ...ikompli fir-4 parti >>


Frangisku ta' Assisi - 3

L-Ewwel Ahwa


Frangisku fehem sewwa li Alla ried minnu li jxandar il-Vangelu u jwassal l-paci. Tela' fil-Belt ta' Assisi. Hemm beda jsewwi l-Gisem Mistiku ta' Kristu li kien qed jiggarraf tassew bil-vizzji. Frangisku qabel kien zaghzugh tad-dinja u ghalhekk kien jaf tajjeb f'liema herba kienu l-erwieh. U kien jaf f'liema naghas u niket kienu l-imhuh u l-qlub mhux milli kien jisma', imma milli hu nnifsu kien garrab.

 

Dan iz-zaghzugh qaddis beda l-ewwel missjoni tieghu f'art twelidu, sewwa sew fil-post fejn kien tghallem jikteb u jaqra fi ckunitu. Hdejn il-misrah ewlieni t'Assisi kien hemm il-Knisja ta' San Gorg, li llum hija maghquda mal-kunvent ta' Santa Chiara. Ma kienetx din knisja kbira, imma kienet fic-centru. Bhal Kristu u San Pawl, Frangisku beda jfittex ic-centri biex jilhaq in-nies u jaghmlilhom il-gid. U Frangisku kien ragel mill-iktar prattici li tiftakar l-istorja. Fil-pratticit tieghu fehem li meta wiehed jippriedka fl-irkejjen jilhaq ftit nies u l-messagg tieghu jibqa' qisu midfun. Ghalhekk hu ghazel il-knisja ta' San Gorg.

 

Habbr tal-Vangelu

F'din il-knisja, Frangisku ghamel, kif inghidu ahna, kors ta' priedki. X'seta' jghid dan iz-zaghzugh minghajr ebda thejjija filosofika u teologika? Il-predikaturi ta' zmienu kienu nies ta' skola kbira, imma Frangisku ma kienx. U lanqas ma kien sacerdot. Kien bniedem kwalunkwe, wiehed mill-poplu, midneb li halla d-dinja u taha ghall-penitenza.

 

Fit-Testment tieghu, Frangisku jaghtina x'nifhmu x'qal f'dawk l-ewwel priedki tieghu. Meta ta parir fit-Testment kif il-patrijiet ghandhom ikellmu lill-poplu, qal li kellhom jithaddtu "fuq il-vizzji u l-virtujiet, fuq il-kastig u l-glorja". U, kif ighid Tumas minn Celano, kien fuq hekk li Frangisku tkellem.

 

Tumas minn Celano, li kiteb l-ewwel hajja ta' San Frangisk, gharrafna wkoll bil-metodu li warajh mexa l-Appostlu t'Assisi. "Il-predikazzjoni tieghu, ighidilna kienet semplici., cara, perswasiva, kollha herqa u mimlija ferh", Dan hu l-isbah tifhir li Tumas seta' jaghmel lil Frangisku. Mill-kliem ta' da Celano nistghu nghidu li l-predikazzjoni Frangiskana kienet sa mill-bidu nett predikazzjoni evangelika. Il-priedki ta' Kristu kif jinsabu fil-Vangelu kienu wkoll semplici, cari, perswasivi u mimlijin herqa u ferh. U din hi taghlima kbira ghal kull predikatur li jrid jolqot il-qlub u l-erwieh.

 

Min hu xi ftit kurjuz jissokta jistaqsi fuq liema suggett partikolari tkellem dan il-predikatur zaghzugh bla skola teologika? Minn dak li kitbu l-istorici ta' dak iz-zmien imbieghed nigbdu l-konkluzjoni li tkellem fuq zewg hwejjeg partikolari: fuq il-penitenza u l-paci. Kien ukoll fuq il-penitenza li tkellem il-prekursur ta' Kristu, Gwanni l-Battista, meta ried ihejji l-migja ta' Ges fost il-poplu. U Frangisku ma setax jaghzel suggett isbah mill-penitenza biex iressaq l-erwieh lejn Ges. U l-paci hija l-isbah rigal li Alla jista' jaghti lil qalb niedma. Il-Kotba Mqaddsa kwazi kollha jitkellmu fuq il-paci tar-ruh u b'mod specjali l-Vangeli. Ges gie insellem bhala "il-Pnincep tal-Paci" mill-profeti, It-twelid ta' Ges gie mhabbar mill-angli bil-messagg ta' "paci lin-nies ta' rieda tajba". U l-gisem ta' Ges, glorjuz dejjem kellu fuq fommu t-tislima "il-paci maghkom'' meta zar u deher lill-qaddejja tieghu. Ghalhekk Frangisku tkellem fuq il-paci kemm fl-ewwel priedki tieghu kif ukoll f'dawk ta' wara.

 

Kif wiehed jista' malajr jintebah, l-ewwel predikazzjoni frangiskana ma kinitx imhejjija fil-bank ta' l-iskola jew fuq l-iskrivanija. Imma kienet imhejjija sewwa, fit-talb u l-penitenza, fil-hemda u l-gabra, fil-ghagda ta' ruh niedma m'Alla, Dawk is-snin mghoddija minn Frangisku fis-skiet, fic-cahda, fil-penitenza u fit-talb sawwru fih predikatur mill-iktar efficjenti, qawwi u popolari.

 

Milli jidher minn dak li naqraw, kienu bosta n-nies li marru jisimghu lil Frangisku fil-knisja ta' San Gorg. Kienet ir-rebbiegha tas-sena 1208. Kien zmien ta' awgurju tajjeb biex id-dinja terga' dduq rebbiegha spiritwali.

 

Jitwieled l-Ordni Frangiskan

U x'kien il-frott li hallew il-priedki ta' Frangisku? Ezattament, dan Alla biss jafu. Ghax il-kelma t'Alla hi bhal zerriegha li qajla wiehed jasal ighodd il-frott taghha. Imma nafu sewwa li xi frott dejjem thalli, u hekk ghamlu l-priedki taz-zaghzugh niedem.

 

Wiehed minn dawk li semghu lil Frangisku kien wiehed li Tumas minn Celano jsejjahlu "ragel semplici u twajjeb". B'ragel semplici Tumas ma jifhimx xi wiehed iblah, imma wiehed sincier u dritt fil-hsibijiet u l-ghemil. Dan kien l-ewwel wiehed li mexa wara Frangisku u nghaqad mieghu biex ighix hajja qaddisa. Imma x'aktarx li dan ma saddadx f'dik il-hajja ta' penitenza ghax fil-lista ta' l-ewwel Frangiskani ismu qatt ma jidher.

 

Wara dan ir-ragel "semplici u twajjeb" kien kemm iehor li mar ma' Frangisku, u dan baqa', mieghu sa l-ahhar ta' hajtu. Kien wiehed ghani hafna, ragel twajjeb u ta' karit kbira. Kien Bernard minn Quintavalle li kemm-il darba zamm lil Frangisku f'dar tieghu wara l-konverzjoni. Bernard jissejjah mill-istorici "l-ewwel xitla ta' l-Ordni" ghax kien hu li l-ewwel wiehed inghaqad ma' Frangisku u saddad mieghu fost l-eluf kbar ta' erwieh tajba li 'l quddiem ghamlu bhalu.  Kif inghidu ahna, "il-bidu kollox". Bernard fetah it-triq u dlonk ohrajn bdew ighaddu minnha. F'dawk il-jiem tar-rebbiegha frangiskana ragel iehor twajjeb thajjar imur wara Frangisku u Bernard. Dan kien mghallem fil-ligi, gurista tajjeb, maghruf sewwa f'Assisi. Kien Pietro di Cattani.

 

Aktarx li f'dawn il-jiem Frangisku kien jghammar fid-dar ghanja ta' Bernard. Kuljum Frangisku, Bernard u Pietro kienu jmorru f'xi knisja jitolbu. Darba minnhom it-tlieta marru jitolbu fil-Knisja ta' San Nicol li tahbat qrib il-misrah t'Assisi. U kien f'dik il-knisja li Alla wera lil dawk it-tlett irgiel qaddisa x'hajja kellhom ighixu.

 

Kif naqraw fil-kitba tat-"Tre Compagni", Frangisku, Bernard u Pietro bdew jitolbu biex Alla jurihom x'ghamla ta' hajja kellhom ighixu; Frangisku fetah il-Vangelu u sab quddiem ghajnejh kliem Kristu li jghid : "Jekk trid tkun perfett, mur u biegh dak kollu li ghandek, aghti kollox lill-foqra u ejja warajja, u ssib tezor kbir fis-sema". Frangisku ried ikun zgur mir-rieda t'Alla u, billi kien devot hafna tat-Trinit Mqaddsa, fetah ghal darbtejn ohra l-Vangelu f' pagni differenti. U ghat-tieni u t-tielet darba gara l-istess kliem f'ghamliet diversi.

 

Wara l-qari tat-Vangelu dawk it-tlieta hargu mill-knisja, Frangisku kien diga' ta kull ma kellu. Imma Bernard kien sinjur kbir u kellu hafna xi jbiegh u jaghti lill-foqra, Imma ma sabhiex bi kbira li jaghmel dan. Dlonk biegh kollox u wettaq ir-rieda t'Alla. U hhalu ghamel Pietro. Issa dawk it-tlieta kienu qishom ghasafar hielsa. Dan gara fix-xahar ta' April, fir-rebbiegha tas-sena 1208, xahrejn wara li Frangisku bidel il-hajja eremitika f'dik apostolika. Kien f'dik ir-rebbiegha li twieled l-0rdni Frangiskan.

 

Sebat ijiem wara Egidju minn Assisi, mar quddiem Frangisku u taibu b'herqa u qima kbira biex jinghaqad mall-grupp zghir tieghu. Frangisku lemah f'dak ragel ta' qalb helwa u umli, u dlonk laqghu b'idejh miftuha. Dan kien ir-raba' fost l-eluf kbar ta' ahwa li gew wara fost l-ulied spiritiwali ta' Frangisku.

 

L-ewwel Missjoni

l-grupp zghir ta' l-ewwel Frangiskani kien ta' erbgha. Frangisku beda jifhem li dik ix-xitla ckejkna kienet se titla' f'sigra kbira. Ghalhekk beda jahseb biex ma jhallix lil uliedu spiritwali qieghda. Ried irawwimhom biex ikunu haddiema fl-ghalqa tat-Mulej. U beda jahseb biex jaghmilhom missjunarji u appostli. L-ewwel missjoni frangiskana kienet ftit  il-boghod mill-Umbria, fil-Marca ta' Ancona. Frangisku ipprova jigbed l-erwieh lejn Alla bl-ezempju t-tajjeb, ifahhar u jizzi hajr lil Alla u jbierek it-tjieba bla qies tieghu. Il-predikatur ta' din il-missjoni kien Egidju.

 

L-ewwel missjoni frangiskana kienet fjask kbir f'ghanejn id-dinja. Meta n-nies lemhu dawk l-erba' patrjiet hafjin, bla flus, minghajr dar, lebsin hazin u minkejja dan kollu, ferhana, bdew ighadduhom b'nies boloh u fis-sakra. In-nisa kienu jharsu lejhom mill-baghod u mbaghad, meta dawn joqorbu, jistahbew bezaghnin, ghax kienu jahsbuhom imgienen.

 

Meta Frangisku dar il-Marca kollha u ra li kien ghal xejn jibqa' jitlef iz-zmien hemm, dar lura lejn Assisi.  Alla ippremjah ghas-sagrificcji kbar li hu u shabu garrbu fl-ewwel missjoni. Il-hlas kien ta' tliet ahwa ohra twajba li nghaqdu mieghu, Dawn kienu Sabatino, Morico u Gwanni della Cappella, it-tlieta minn Assisi, Issa l-grupp frangiskan lahaq in-numru ta' sebgha.

 

Meta xi haga tajba titnissel u tibda tikber, hafna rwiefen jinqalghu kontriha. U issa rih qawwi ta' tempesta beda jonfoh bla hniena kontra x-xitla zghira frangiskana. In-nies t'Assisi daru kontra Frangisku u shabu. Bdew ighajjruhom u jkasbruhom. Ghaddewhom bhala "parassiti'', nies li jridu jghixu fuq dar haddiehor. Sahansitra l-qraba ghamlu ghalihom, u kbar u zghar ghajjruhom boloh u mgienen ghax kienu taw flushom lill-foqra u issa bdew jittalbu x'jieklu.

 

L-Gharix ta' Rivotorto

Frangisku u l-ahwa marru ighammar f'gharix zghir f'Rivotorto, ftit 'il boghod minn Assisi. f'Rivotorto kien hemm nixxiegha li tinzel minn wiehed mill-kanali  li haffer l-ilma li jigi jserrep mill-Monte Subasio. L-isem ta' l-post fejn ghexu l-ewwel ahwa frangiskani ha l-isem minn din in-nixxiegha titghawweg (Rio turtuoso).  Fuq il-genb ta' din in-nixxiegha kien hemm gharix jew girna mitluqha u Frangisku u shabu kienu jsibu il-kenn taghhom f'dan il-post illum maghruf bhala il-protoconvento, l-ewwel kunvent.

 

Darba minnhom, wara li talab b'herga  Frangisku sejjah lis-sitt uliedu u kellimhom bhala missier. Qawwielhom qalbhom. Urihom li s-sejha taghhom kienet li jaghmlu l-gid lil haddiehor bl-ezempju u l-kelma t-tajba. Bassrilhom il-glorja li l-Ordni kellu jikseb fil-gejjieni, U wissihom biex ma jaqtghux qalbhom ghax id-dinja qed tghoddhom b'imgienen, imma jittamaw f'Alla u fi Kristu li rebah id-dinja ghalkemm id-dinja ghajritu u sallbitu.

 

Waqt li kienu f'Rivotorto Frangisk ghamel il-pjan ghal missjoni ohra, missjoni li kellha ssehh b'success fit-Wied ta' Rieti, imsejjah "Valle Reatina." Ic-centru ta' din il-missjoni kien Poggio Bustone, rahal imxabbat mal-muntanji ta' l-Umbria, rahal li kienu jiehdu hsiebu l-patrijiet Benedittini ta' l-Aibbazja ta' Farfa: Din il-missjoni saret fit-harifa tas-sena 12O8 u ntemmet fix-xitwa.

 

Hafna min-nies ta' Poggio Bustone habbew lit Frangisku u qisuh b'ragel gaddis. U kienu hafna dawk li nidmu minn dnubiethom u sabu f'Alla l-farag ta' qalbhom. F'Poggio Bustone, Frangisku kien jidhol spiss dahla fih innifsu u jiftakar fil-hajja mghoddija fix-xalar tad-dinja. Kien jagqbdu bhal dwejjaq kbar. Kien jara l-kruha ta' l-imghoddi u qisu jagta' qalbu. Darba fost l-ohrajn tela' jitlob 'il fuq mir-rahal, fuq il-muntanja li tahtha jinsab Poggio Bustone u li toghla xi 3,000 pied fuq il-livell tal-bahar, It-talba ta' Frangisku kienet qasira kemm jista' jkun u ripetuta sikwit. Kienet din : "Ikollok hniena minni, Mulej, ghax jiena ragel midneb". U f'dak il-gtigh il-qalb u l-indiema, Alla kellem lill-qalb ta' Frangisku. Qawwieh bit-qlubija, bi hlewwa tas-sewwa u bit-tama ta' gejjieni mill-isbah ghalih u ghall-Ordni tieghu.

 

Frangisku nizel minn fuq il-muntanja kollu ferhan u gabar madwaru lit uliedu u kellimhom. Qalillhom li Alla kien urieh il-futur u qallu li dawk il-ftit patrijiet kienu se jsiru kotra kbira li tixtered mad-dinja kollha, folla li tigbor fiha nies minn kull nazzjon u lsien.

 

Il-missjoni tat-Wied ta' Rieti halliet frott kbir. Il-konverzjonijiet ma kienx ftit u qalb Frangisku mtliet b'konsolazzjonijiet kbar. Din il-missjoni giet ukoll imhallsa tajjeb minn Alla li ghazel ruh ohra biex tinghaqad mal-grupp zghir frangiskan Is-sieheb gdid ta' Frangisku kien Filippu il kellu mohh fin, kelma facli u komunikazzjoni li biha kien ifiehem lil kulhadd dak li jifhem hu. Kien tajjeb ferm fit-tifsir tal-Kotba Mqaddsa u dan it-tifsir kien ighaddih lil haddiehor b'success kbir. Bniedem bhal dan ma setax ma jkunx ghall-qalb ta' Frangisku u s-sejha tieghu mliet lill-qaddis b'ferh kbir u tamiet mill-isbah.

 

It-thabbir tal-Bxara t-tajba

Meta l-grupp frangiskan kien ighodd tmienja fi hdanu, Frangisku rega' gabar lil uliedu u stedinhom biex jaghmlu missjoni ohra, missjoni iktar miftuha u l-ghan taghha kien li l-Bxara t-Tajba tkun imhabbra f'artijiet imbieghda.

 

Frangisku qasam il-grupp zghir tieghu fi tnejn u, b'ottimizmu kbir, firidhom biex imorru f'artijiet diversi: U qabel ma berikhom biex jitilqu, qalilhom "Morru, mahbubin tieghi, tnejn tnejn f'taqsimiet diversi tad-dinja biex thabbru lin-nies il-paci u l-penitenza ghall-mahfra tad-dnubiet. Ikollkom is-sabar fin-niket u kunu zguri li l-Mulej iwettaq il-pjan tieghu u jzomm il-weghdiet tieghu. Wiegbu lil min isaqsikom b'umilta' kbira, bierku lil min jippersegwitakom, izzu hajr lil min ighajjarkom u jaqla' fuqkom, ghax permezz ta' dawn tithejja ghalina s-saltna ta' dejjem."

 

Wara dan ii-kliem sabih, Frangisku bierek lil uliedu, wiehed wiehed. Lil kull wiehed tah l-obbedjenza li jmur ghal din il-missjoni u qallu: "Qieghed it-tama tieghek fil-Mulej, u Hu jiehu hsiebek:"

 

Wiehed mill-gruppi zghar kien dak ta' Bernard u Egidju. Dawn telqu lejn San Gakbu ta' Compostella, fi Spanja, imma l-missjoni taghhom ma sehhitx ghax kellhom jieqfu f'Firenze, billi kienet ix-xitwa u dik ix-xitwa ghamel bard kbir u z-zewg missjunarji ma felhux iktar.

 

Xhin il-gruppi l-ohra marru f'artijiet diversi., Frangisku rega' zar il-Wied ta' Rieti u, fost il-gid li ghamel hemm, mess il-qalb ta' Angelo Tancredi li kien kavallier fil-belt ta' Rieti. Dan kien ragel qalbieni imma twajjeb. U issa l-grupp frangiskan lahaq in-numru ta' disgha.

 

Din il-missjoni ghalqet fir-rebbiegha tas-sena 1209 meta l-gruppi kollha regghu lura fl-gharix ta' Rivotorto. U din il-missjoni giet imbierka u ippremjata minn Alla wkoll. Il-premju kien ta' tliet patrijiet godda: Gwanni minn San Costanzo, Barbaro u Gwanni di Vigilante.

<<|werrej|>>

<< lura lejn it-2 parti ...ikompli fir-4 parti >>


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1

Assisi 29.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk