San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

<< lura lejn il-5 parti ...ikompli fis-7 parti >>


Frangisku ta' Assisi - 6

Snin ta' Hidma


Hidma kbira

Frangisku ghadda l-bqija tas-sena 1212 qrib Assisi biex ikollu mohhu mistrieh mill-ewwel Klarissi ta' San Damjan. Imma fl-istess bqija tas-sena ghamel xi missjonijiet zghar fil-Wied ta' Spoleto u fl-inhawi tal-qrib.

 

Fl-ahhar gimghat tas-sena 1212, jew fil-bidu tas-sena 1213, tbieghed ftit mill-Ponzjunkola u mar ghall-mistrieh fil-kunvent zghir ta' Greccio. Frangisku kien ihabb hafna dan il-kunvent pittoresk u poetiku mhux biss ghax minnu tilmah dehra ta' sbuhija naturali li ssahhar, imma wkoll ghax hemm seta' dejjem isib isskiet u l-gabra li hu kien tant ihobb. Hemm Frangisku kellu d-drawwa jghaddi z-zmien tar-Randan migbur u maghqud m'Alla.

 

Il-kunvent ckejken ta' Greccio kien diga' jezisti fis-sena 1209, jew xi sena wara. Ghax meta Frangisku kien mar jippriedka fil-Wied ta' Rieti fis-sena 1209 u zar Greccio, in-nies tar-rahal ingibdu lejh u bnewlu post zghir b'cella ckejkna ghalih u oratorju zghir. Ta' min jiftakar li l-knisja li tara llum bil-kappella tal-Presepju li tinsab maghha giet mibnija hafna wara, jigifleri fls-sena 1228.

 

Fi Greccio Frangisku ma damx wisq ghax kellu jitlaq lejn Perugia bhala appostlu tal-paci. Qabel ma telaq habbar li qerda kbira kellha tharbat dik il-belt imhassra mill-glied, il-piki u l-mibeghda. Kif wasal f'Perugia, Frangisku gabar il-poplu u beda jippriedkalu, imma l-kavallieri ferrxu n-nies biz-zwiemel biex ma jhallux il-poplu jisma'. U hemm Frangisku rega' ghamel il-profezija fuq il-qerda tal-belt quddiem kulhadd.

 

Dak li Frangisku bassar sehh. Ftit wara qamet gwerra civili bejn il-kbarat tal-belt u l-poplu. Il-glied kien qalil u twil u z-zewg nahat ma ridux iciedu, U tant mietu nies li sahansitra l-eghdewwa ta' dik il-belt bdew jithassruha.

 

Wara t-taqbid ahrax, in-nies ta' Perugia ghajjew shih u ma felhux jitqabdu iktar. Indahal fin-nofs il-Kardinal Stiefnu u l-podesta' Ottone Bobboni u fl-ahhar saret il-paci tant mixtieqa. Din il-paci giet approvata mill-Papa Innocent III bil-bolla "Veri pacifici vestigia" li ggib id-data tad-19 ta' Settembru 1214.

 

Mument ta' Dubbji

Wara l-profezija li ghamel f'Perugia, Frangisku mar lura fil-Porzjunkola. Hass dieqa kbira f'qalbu mhux biss minhabba li kien wissa ghal xejn lin-nies ta' Perugia, imma wkoll minhabba xi dubbji li baqghu jberrnu f'mohhu. Kienu dubbji li kellhom x'jaqsmu mal-missjoni li Alla ried minnu. Frangisku kien ihossu dejjem migbud ghall-hajja hiemda, ghat-talb u l-kontemplazzjoni. Kien ihossu inkompetenti ghall-predikazzjoni u n-nuqqas ta' success li kellu f'Perugia kompla qataghlu qalbu li jissokta jseffaq wiccu man-nies u jippriedka.

 

Kieku kien jiddependi minnu, Frangisku kien imur f'imken imwarrab u jghaddi hajtu kollha jitlob. Imma ma riedx jiehu decizjoni mghaggla. Ried jara x'kienet ir-rieda t'Alla. U billi kellu fiducja kbira fi Fra Silvestro u fi Klara, ried li dawn jitolbu biex Alla jnebbahhom x'ried minnu. Fra Silvestro kien jinsab fuq muntanja 'l fuq minn Assisi, moghti kollu kemm hu ghat-talb. Klara khenet f'San Damjan, hija wkoll maghquda m'Alla f'talb kontinwu, Frangisku baghat zewg patrijiet ghandhom u talabhom jaghtuh twegiba. Wara ftit iz-zewg patrijiet waslu lura fil-Porzjunkola bit-twegiba. Iz-zewg erwieh qaddisa qablu li r-rieda t'Alla kienet li Frangisku jissokta fil-hajja apostolika tal-predikazzjoni. U issa Frangisku hass paci kbira f'qalbu ghax gharaf x'ried tabilhaqq Alla minnu.

 

Rigal mhux tas-soltu

Fir-rebbiegha tas-sena 1213 halla l-Porzjunkola u gibed lejn ir-Romagna mas-sieheb ghaziz tieghu, Fra Leone. Kif it-tnejn garbu lejn Montefeltro, semghu li kien hemm festa kbira fil-kastell ta' wiehed konti fejn ingabru hafna kavallieri minn imkejjen diversi biex jaghtu merhba lill-kavallieri godda. Imnebbah minn Alla, Frangisku resaq lejn il-kastell, u hemm iltaqa' ma' wiehed mill-mistednin, certu Orlando di Chiusi di Casentino.

 

Messer Orlando kien ragel ghani u nobbli, imma daqshekk iehor kien twajjeb. Kemm-il darba kien sema' bl-imqaddes Frangisku, bil-qdusija tieghu u bil-mirakli li ghamel. U meta sab hdejh lil Frangisku, kellmu u qallu: "Missier, irrid nirranga mieghek il-hwejjeg ta' ruhi".

 

Frangisku ried li Messer Orlando l-ewwel imur ghall-festa biex iqim lil hbiebu bil-presenza tieghu u li jitkellmu wara. Wara l-festa, Orlando qal lill-qaddis: "Fit-Toscana ghandi muntanja li ggiblek devozzjoni u din jisimha l-Gholja tal-Verna, gholja maqtugha ghaliha u selvagga u tajba ferm ghal min irid jaghmel penitenza f'imkien imwarrab min-nies. Jekk din toghgbok, jien naghtiha minn qalbi lilek u lil shabek biex tisfa ghall-gid ta' ruhi".

 

Frangisku ferah ferm b'din l-ghotja, bierek lil Orlando u fahhar lil Alla ghat-tjieba tieghu. Malli wasal lura f'Santa Maria ta' l-Angli, baghat zewg patrijiet ghand Orlando biex jehodhom jaraw dik l-gholja. Messer Orlando laqaghhom kif jixraq u hadhom biex izuru l-muntanja li fuqha Frangisku kellu 'l quddiem jiehu s-sigill tal-passjoni ta' Ges fil-gisem gaddis tieghu.

 

Wara li z-zewg patrijiet regghu lura mill-Verna, Frangisku mar hu stess izurha u mbaghad wasal s'ghand il-Konti Orlando biex jizzih hajr ghall-generozit kbira li wrieh. L-offerta tal-Verna grat bil-kliem f'Montefeltro nhar it-8 ta' Mejju 1213 u l-ghotja saret bil-miktub b'dokument iffirmat mill-wlied tal-Konti Orlando nhar it-2 ta' Lulju 1214.

 

Xewqa tal-Martirju

Ix-xewqa tal-martirju baqghet dejjem tixghel f'mohh u qalb Frangisku u f'dawn is-snin il-qaddis beda jahseb li jmur fil-Marokk biex hemm imut ghal Ges. Il-qaddis mela halla l-Italja u mexa lejn Spanja biex minn hemm jitlaq Lejn il-Marokk. Kien vjagg twil u Frangisku ha l-okkazjoni li matul is-safra jieqaf fi bliet u rhula jippriedka l-paci u l-penitenza. Imma meta wasal fi Spanja, Alla rega' wera lil Frangisku li ma ridux imut martri. Din id-darba ma kienx il-maltemp li zammu 'l baghod mix-xewqa tieghu, Imma kienet marda qalila li reggghetu lura lejn l-Italja. Matul il-vjagg lura, il-qaddis ghamel hafna gid specjalment fin-naha t'isfel ta' Franza.

 

Fis-sena 1215, Frangisku kien lura fil-Porzjunkola b'qalbu mnikkta ghax l-ikbar xewqa tieghu, li jmut ghal-Kristu, fallietlu. Imma dlonk imtela' bil-farag meta ra li hafna erwieh twajba kienu nghaqdu ma' l-Ordni tieghu meta kien fi Spanja. Fost dawn il-patrijiet godda kien hemm nies ta' skola kbira u xi nobbli wkoll. Frangisku dar b'dawn kif kien jixraq u izza hajr lil Alla ghall-farag kbir li nissel f'qalbu.

 

Koncilju Lateran IV

F'Novembru tas-sena 1215 kellu jsir il-Konclju Lateran IV u l-Knisja kollha kellha interess kbir f'dan il-Koncilju, imma b'mod specjali Frangisku. L-interess ta' Frangisku ma kienx gej biss mill-imhabba li kellu ghall-Knisja izda iktar ghax kien qed jibza' li xi decizjonijiet tal-Koncilju setghu imissu l-Ordni. Kienet qed tigri x-xniegha li l-Koncilju kien se jwaqqaf istituti godda tar-religjuzi, u Frangisku fehem li jkun ahjar ghalih li jkun presenti f'Ruma ghal dak li seta' jinqala'.

 

Il-Koncilju sar u wahda mid-decizjonijiet li ttiehdu kienet dik li tmiss ir-religjuzi ta' istituti godda. Il-Kanone XIII tal-Koncilju ried li ghal dak iz-zmien ma jigux milqugha regoli godda ta' religjuzi imma li r-religjuzi jhaddnu regola li kienet fl-imghoddi diga' approvata mill-Knisja. Frangisku kien ghad ma kellu l-ebda dokument bil-miktub li japprova r-regola (l-ewwel wahda) u ghalhekk xi biza' bilfors li kellu. Imma, bhas-soltu, kellu tama kbira f'Alla, u Alla ghinu. Il-Papa Innocenz ghamel eccezzjoni ma' Frangisku u l-qaddis hass ruhu fil-paci.

 

Ma nafux kemm Frangisku dam Ruma f'dan il-perijodu. Imma nafu li f'dik l-okkazzjoni ltaqa' ma' qaddis iehor li bhalu ghamel gid kbir lill-Knisja. Dan ir-ragel qaddis kien Duminku Guzman ta' nisel Spanjol li kien ghadu kemm waqqaf l-Ordni tat-Predikaturi. Dik il-laqgha kienet il-bidu tat-hbieberija dejjemija bejn il-Frangiskani u d-Dumnikani. Dawk iz-zewg erwieh twajba kellhom 'il quddiem jaghmlu rivoluzzjoni spiritwali kbira fil-Knisja ta' Kristu li minnha hareg hafna gid.

 

Jitwieled it-Tielet Ordni

Sadattant Frangisku kien beda moviment gdid iehor fil-Knisja li ghamel gid kbir lill-erwieh li minhabba xi cirkostanzi ma setghux ihaddnu l-Ordni tieghu jew dak l-iehor li hu waqqaf ghan-nisa permezz ta' Santa Klara. Dan il-moviment hu dak tat-Tielet Ordni li jhaddan fih irgiel u nisa li baqghu jghixu fid-dinja imma li riedu jaghmlu penitenza ghad-dnubiet taghhom jew ta' haddiehor.

 

Hadd ma jaf sewwa meta San Frangisk waqqaf it-Tielet Ordni tal-Penitenza. Xi whud ighidu li kien bejn is-sena 1209 u 1210 izda nistqarru Car u tond li din id-data mhix zgura. Imma nafu sewwa kif dan il-moviment sab il-bidu tieghu.

 

Darba wahda Frangisku kien ma' Masseo fit-belt qadima ta' Alviano, bejn Orte u Orvieto, hdejn Todi. Kien ghadu kemm wasal kemm minn Bevagna, fejn kien ippriedka lill-ghasafar. F'Alviano Frangisku kellu laqgha sabiha mill-huttaf li beda jdur fuq rasu u juri l-ferh tieghu. Imma l-ghajjat ferriehi tal-ghasafar tellef lil Frangisku waqt li kien qed ikellem lin-nies tal-belt. Issa Frangisku hares lejn is-sema u sikket l-ghasafar u dawn siktu. In-nies stghagbu b'dan il-miraklu u kotra kbira riedu jhallu kollox u jissiehbu mieghu. Il-qaddis mexa bi prudenza u zamm in-nies li jaghmlu decizjoni hekk iebsa u inprudenti, imma weghedhom li johloq ghamla ta' hajja gdida ghalihom. U minn dakinhar beda jahseb biex ifassal ir-Regola tat-Tielet Ordni.

 

Xi zmien wara, Frangisku kien fit-belt ta' Poggibonsi, bejn Firenze u Siena. Hemm iltaqa' ma' wiehed neguzjant ghani li aktarx kien jafu f'zghozitu. Dan kien Luchesio li mhux minn dejjem kien ihobb il-foqra u jghinhom. Issa kien ilu zmien li taha ghal-hajja tajba, izda meta rega' ltaqa' ma' Frangisku wieghed li jimxi fil-perfezzjoni nisranija b'hajja ta' penitenza u karit. B'hekk, Luchesio sar l-ewwel "Terzjarju'. Ghall-ewwel, martu Bona Donna ma riditux ighix dik il-hajja iebsa u ta' cahda. Imma wara ftit cediet, fehmet il-hsieb qaddis ta' zewgha, u mietet mewta qaddisa fit-28 ta' April 1260.

 

L-ezempju ta' Luchesio sewa ferm u hafna nies imxew warajh, fosthom Gwanni Colombini minn Siena u martu. Xi qassisin ukoll issiehbu ma' dan it-Tielet Ordni u tawha ghan-hajja ta' penitenza u karit. Haga minn ewl id-dinja, ir-regola ta' dawn kienet imfassla b'mod adatt ghall-hajja taghhom fid-dinja u ma tobliga bi dnubiet, It-Tielet Ordni malajr inxtered mad-dinja u gabar fih, Papiet u minn kull klassi ta' nies. L-ewwel dakument tal-Knisja li approva indirettament dan l-Ordni nsibuh f'ittra tal-Papa Onorju III mibghuta lill-isqof ta' Rimini, bid-data tas-18 ta' Dicembru 1221, li fih il-Papa jordna lill-isqof ihares lit-Terzjarji ta' Faenza.

 

Il-Mahfra ta' Assisi

Mohh Frangisku kien dejjem fit-midinbin u fil-mahfra ta' dnubiethom. Darba minnhom waqt li kien qed jitlob fil-Pozjunkola, Frangisku kellu vizjoni li fiha talab lil Ges u Marija l-mahfra tad-dnubiet ghall-midinbin niedma. Ges laqa' t-talba ta' Frangisku u naqraw li baghtu ghand il-Papa biex dan jaghti l-indulgenza plenarja lil dawk il-midinbin li jindmu u jaghmlu zjara fill-kappella tal-Porzjunkola. Id-data ta' din il-grajja ma nafuhiex sewwa, imma aktarx li kien ftit wara l-Koncilju Lateran IV u ftit qabel il-mewl tal-Papa Innocenz li grat f"Perugia fis-16 ta' Lulju 1216.

 

Frangisku fehem li kif il-Krucjati setghu jaqilghu l-indulgenza plenarja billi jiggieldu ghall-postijiet imqaddsa, hekk ukoll setghu jaqilghuha l-midinbin meta jindmu u jaghmlu penitenza. Il-Papa kien f'Perugia u kien marid mejjet, imma Frangisku mar hemm minn Assisi ma' Masseo, bla ma ghamel l-ebda talba lil Papa ghax dan kien wasal fl-ahhar ta' hajtu. Wara il-mewi ta' Innocenz lahaq Papa gdid jumejn wara, u dan kien Onorjo III, habib kbir u antik ta' Frangisku.

 

Il-fatti juru li Frangisku kellu personalit kbira u ma kien jaqta' qalbu minn xejn. Malli sar il-Papa gdid, Frangisku mar fil-palazz ta' San Lorenzo f'Perugia u ghamel it-talba tieghu ghalkemm kien jaf li hafna Kardinali kienu kontra l-indulgenza li ried. L-opposizzjoni ta' xi Kardinali kienet kbira, imma fl-ahhar Frangisku gieb kollox fejn ried. L-indulgenza giet moghtija darba fis-sena, fl-anniversarju tad-dedikazzjoni tal-knisja u minghajr ebda offerta ta' flus. Din l-indulgenza li tintrebah nhar it-2 ta' Awissu ta' kull sena baqghet sal-lum maghrufa bhala l-Mahfra ta' Assisi.

 

Il-Kapitli...

Wiehed mill-kbarat tal-Knisja li kienu presenti ghall-elezzjoni tal-Papa Onorio III kien il-prelat Franciz Gakbu de Vitry li kiteb fit-tul fuq l-ewwel snin ta' l-Ordni Frangiskan u li l-kitba tieghu baqghet prezzjuza fi-istorja ta' l-Ordni. Minn dan il-prelat rafu li l-Ordni kiber b'mod fenomenali fi ftit snin. Nafu wkoll li l-Frangiskani kienu popolari ferm kull fejn inxterdu. Barra minn hekk, nafu wkoll li San Frangisk kien ilaqqa' darba kull sena l-partijiet tieghu f'Kapitlu u li ddecizjonijiet ta' kull Kapitlu kienu jittiehdu ghand il-Papa biex dan jaghti l-parir tieghu.

 

Il-Kapitli kienu jsiru fil-festa tal-Ghid il-Hamsin, ghalkemm kienet issir laqgha okra kull sena fil-festa ta' San Mikiel nhar id-29 ta' Settembru. F'dawn il-Kapitli, Frangisku kien ikellem lil uliedu u jaghtihom xi ordnijiet ghal hajja iktar qaddisa. Imbaghad kien jasal wasla sa' Ruma ghand il-Papa. Fiz-zjajjar tieghu f'Ruma, Frangisku sar jaf lin-nobbli Rumana Jacopa dei Settesoli, Din saret benefattrici kbira ta' l-Ordni u kellha x-xorti li tiehu l-barka tal-qaddis ftit minuti qabel mewtu. F'Ruma sar jaf ukoll lin-nobbli Famiija Orsini u lil wahda mara maghrufa jisimha Prassede. Dawn il-hbiberijiet ghamlu hafna gid lill-0rdni fil-bidu tieghu.

 

... u l-Missjonijiet

Fil-Kapitlu tas-sena 1217 il-patrijiet tkellmu fuq il-missjonijiet u gie deciz li l-patrijiet jinxterdu fi Spanja, Franza, Germanja, Ungerija u l-Art Imqaddsa. Il-patrijiet ta' Italja mbaghad gew imqassmin fi Provincji u hekk bdiet il-Provincja tal-Lombardija, Picena, tal-Calabria, tal-Puglie, tat-Toscana, ta' l-Umbria-Lazio u Sabina.

 

Jidher li l-missjunarji frangiskani fi Spanja marru tajjeb u ma sabu l-ebda tfixkil serju. Imma dawk li marru fi Franza ghall-ewwel sabu ruhhom fl-inkwiet. Dawn ma kinux jafu bil-Franciz u meta n-nies staqsewhom jekk kinux eretici Albigizi, ma fehmux il-mistoqsija u wiegbu iva. Ghalhekk gew mehudin quddiem l-isqfijiet u dawn baghtu jsaqsu lill-Papa fuq dawn il-patrijiet godda. Il-Papa Onorio III wiegeb b'ittra tal-11 ta' Gunju 1218 li fiha talab lill-isqfijiet jilqghu lill-patrijiet bhala Kattolici u nies twajba. Wara dik l-ittra, il-Frangiskani mhux biss kienu jigu milqughdin tajjeb imma kibru u tkattru fi Franza.

 

Fil-Germanja gara qisu l-istess li gara fi Franza. Il-missjunarji ma kinux jafu hlief "JA" (iva) u meta staqsewhom jekk kinux eretici u wiegbu bhas-soltu "JA", sawtuhom, zebilhuhom u qegheluhom imorru lura lejn l-Italja. Dawk li marru l-Ungerija gew imkeccijin minhabba li meta kienu jaqsmu l-eghliegi, il-klieb kienu jahbtu ghalihom u huma, biex jiddefendu ruhhom  gew kemm-il darba fl-inkwiet mal-bdiewa.

 

Fit-Kapitlu tas-sena 1219 gie moghti l-permess lil xi patrijiet li jmorru fil-Marokk. Dawn kienu Vitale, Berardo, Accursio, Pietro, Adiuto u Ottone Kollha minbarra: wiehed, Vitale li marad fil-vjagg, waslu fil-Marokk u hemm hadu l-martirju, fis-16 ta' Jannar 1220

 

Quddiem is-Sultan

Ix-xewqa tal-martirju dejjem baqghet hajja fi Frangisku u fl-1219 rega' telaq lejn l-Orjent. Din id-darba ha mieghu lil Pietro Catani, Illuminato u ohrajn. F'Gunju ta' dik is-sena rikeb il-bastiment minn Ancona ma' xi Krocjati u wasal f'Akri, il-fortizza tal-Krocjati, fix-xahar ta' Lulju. F'Akri aktarx iltaqa' ma' Fra Elija li kellu l-missjoni ta' l-Art Imqaddsa taht il-harsien tieghu. F'Akri Frangisku ma damx wisq ghax nizel lejn Damietta, fl-Egittu, biex hemm jiltaqa' mal-Krocjati.

 

F'Damietta, Frangisku sab ruhu qalb suldati u kavallieri u lilhom beda jippriedka. Fost hwejjeg ohra, qalilhom biex ma jahbtux ghall-Misilmin ghax zgur li jsofru telfa kbira. Imma l-attakk sar u l-Krocjati gew imkaxxkrin fid-29 t'Awissu 1219 b'telfa ta' eluf ta' nies. Issa l-Krocjati kien baqaghlhom biss hamest elef ruh u Frangisku kien iqawwilhom qalbhom u jressaqhom lejn Alla. Imma x-xewqa tieghu kienet li jkellem lil Melek el Kamel, is-sultan tal-Misilmin u kmandant mill-aqwa. L-okkazjoni giet meta bdiet tigi ittrattata l-paci bejn il-Krocjati u l-Misilmin. Frangisku u Fra Illuminato qasmu l-fruntiera u s-Saracini batuhom quddiem is-sultan.

 

Jinghad hafna fuq dak li qal Frangisku quddiem is-sultan u fuq dak li ghamel u ippriedka lis-saracini wara li kellem is-sultan taghhom. Il-fatt hu li ghalkemm Frangisk ma ikkonvertiex lil Melek-el-Kamel, haga li anqas hu ma kien johlom, hu seraqlu qalbu b'mod tali li qabel ma telaq minn fost is-Saracini, s-sultan talab lill-qaddis biex jitlob ghalih halli Alla jaghtih il-veru dawl.

 

Haga prezzjuza li qala' Frangisku kemm dam mas-Saracini kienet il-permess bil-miktub li hu u shabu jistghu jzuru l-artijiet Misilmin u t-talba li dawn jigu milqughin tajjeb u meghjuna. Hemm min jghid li dan id-dokument gie moghti minn Melek-el-Kamel, sultan ta' l-Egittu. Ohrajn ighidu li d-dokument hargu hu Melek, jigifieri Melek-el-Moadden, imsejjah ukoll Konrad, li kien is-sultan ta' Damasku u l-Palestina.

 

Fil-bidu tas-sena 1220, Frangisku ra li ma kellux x'jaghmel iktar fl-Egittu, u ghalhekk rega' mar f'Akri biex minn hemm izur l-artijiet imqaddsa. Fil-Palestina, Frangisku zar Betlem, il-Kalvarju u c-Cenaklu, u billi kellu l-permess tas-sultan, seta' jaghmel iz-zjara tant mixtieqa minnu minghajr ebda tfixkil. 

 

Lura lejn l-Italja

Kif Frangisku kien kollu ferhan izur l-artijiet imqaddsa li hu kien tant habb, Fra Stiefnu, wiehed ajk, wasal fl-Orjent biex jarah u jkellmu urgentement. Dan gharraf lil Frangisku bid-dizordni, tahwid u inkwiet li nqala' fl-Ordni fiz-zmien li hu kien nieqes mill-Italja. Il-missier qaddis fehem il-gravit tal-qaghda ta' l-Ordni u fis-sajf ta' dik is-sena telaq malajr lura lejn l-Italja ma' Fra Elija, Pietro Cattanii, Cesario minn Spira, u ohrajn.

 

Kif wasal lura fl-Italja, Frangisku gibed malajr lejn Orvieto fejn kien jinsab il-Papa. L-ghan tieghu kien li jkellem il-Papa fuq dak li nqala' u jfittex ixejjen l-ghawg mill-qiegh.

<<|werrej|>>

<< lura lejn il-5 parti ...ikompli fis-7 parti >>


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1

Assisi 29.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk