San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

<< lura lejn is-7 parti ...ikompli fid-9 parti >>


Frangisku ta' Assisi - 8

Esperjenzi fi Greccio u La Verna


Betlehem Frangiskan

Issa l-Ordni sab il-paci mixtieqa u Frangisku seta' jerga' jinghata ghat-talb u l-predikazzjoni. F'Dicembru tas-sena 1223 kien fuq l-gholja ta' Greccio li hu kien tant ihobb. Hemm, billi kien wasal il-Milied: beda jahseb f'Betlehem u z-zjara tieghu lil dik il-belt qaddisa u ghaziza. U gietu idea li jaghmel Raga gdida fl-istorja. Sejjah lin-nobbli Giovanni Vellita, devot kbir tal-qaddis, u talbu biex ihejjilu maxtura, baqra u hmara ghal-lejl tal-Milied. Il-lejl tal-Milied wasal u n-nies kollha ta' l-inhawi marru bix-xemghat f'idejhom ghall-funzjoni. L-artal kienet il-maxtura u Frangisku ghamilha ta' Djaknu, ghax qatt ma ried ikun ordnat sacerdot. Frangisku kien kollu ferhan f'dak il-lejl qaddis. Hu stess qara l-Vangelu tal-Quddiesa.

 

Il-maghruf storiku Johannes Jorgensen ighid ma' hafna ohrajn li meta Giovanni Vellita hares lejn il-maxtura ra li l-Bambin li kien hemm ha l-hajja u tbissem meta Frangisku hadu f'idejh. F'dak il-lejl Frangisku ghamel priedka li qasmet qalb kulhadd. Dak li sar fi Greccio kienet haga gdida, tant hu hekk li l-qaddis kien ha l-permess minn ghand il-Papa biex jaghmel dak li ghamel. F'hiex kienet haga gdida? Nafu li sahansitra diga' fis-seklu erbgha kienu jsiru rappresentazzjonijiet ta' l-arti bil-Bambin mal-baqra u l-hmara. U nafu wkoll li fit-tramuntana ta' l-Ewropa, qabel il-quddiesa ta' nofs il-lejl kien isir dak li hu msejjah "Officium Pastorum" b'qisu pageant: Imma kienet ghadha qatt ma saret quddiesa b'rappresentazjoni hekk hajja tal-Milied kif ghamilha Frangisku.

 

Wara l-grajja ta' Greccio, il-qaddis rega' taha ghat-talb u beda jhejji ruhu ghal grajja ikbar.  kellu zewg devozzjonijiet kbar, dik lejn l-Inkarnazzjoni li turi l-umiltÓ ta' Ges¨, u dik lejn il-Passjoni ta' Ges¨. li giebet il-mahfra tad-dnubiet u l-veru fejqan tal-bniedem.  Fi Greccio Frangisku waqqaf dak li jsejhulu "Betlehem Frangiskan" u issa kien sejjer iwaqqaf il-"Kalvarju Frangiskan" fuq l-gholja tal-Verna.

 

Il-Kalvarju Frangiskan

Fis-sajf tas-sena 1224, Frangisku mar ghas-sawm ta' San Mikiel, li jibda erbghin jum qabel il-festa ta' l-Arkanglu, fuq la Verna. Ha mieghu lil uliedu li l-iktar kien ihobb. Nafu zgur li mieghu kien hemm Leone u Illuminato, Angelo Tancredi u Masseo, u ohrajn. Fuq il-Verna, Frangisku kien mar iktar minn darba wahdu, fl-ahhar zjara li kien ghamel lil din l-gholja hiemdi u qaddisa kien wettaq miraklu lil wiehed bidwi li kien qed imut bil-ghatx u hemm kien ta barka lil Fra Leone bil-miktub.

 

Din id-darba li tela' il-Verna, Frangisku ried joqghod ghalih wahdu f'naqra ta' cella biex hemm jingabar m'Alla intimament iktar mis-soltu. Qabel ma mar wahdu f'dik ic-cella, Frangisku kien qed jitlob ma' Fra Leone fil-kappella ta' l-Angli u ghal tliet darblet kien qara fil-ktieb tal-Vangelu li kien hemm fuq l-artal il-pass l jitkellem fuq il-passjoni li Ges¨ kellu jsofri f'qasir zmien. Fil-lejla tal-festa tat-Tlugh fis-Sema ta' Marija, 15 ta' Awissu, il-qaddis sejjah il-patrijiet. Fra Leone biss seta' jersaq hemm biex jehodlu l-hobz u l-ilma u biex ighid il-Matutin mieghu f'nofs il-lejl.

 

Wara ftit inqas minn xahar li kien qieghed hemm wahdu kollu maghqud m'Alla, nhar il-festa tal-glorja tas-Salib li tahbat fl-14 ta' Settembru, Frangisku kellu vizjoni. Tumas minn Celano jikteb fl-"Ewwel Hajja" kif kienet din il-vizjoni: "Ra gej fuqu ragel b'sitt igwienah qishom ta' Serafin, b'idejh miftuha u b'saqajh ma' xulxin, imsammar fuq is-salib... Ma seta' jithem xejn bi precizjoni u baqa' mhasseb fuq dik id-dehra mhiex tas-soltu. Imma f'daqqa wahda bdew jidhru f'idejh u riglejh sinjali ta' msiemer, kif kien lemah f'dak ir-ragel li ftit qabel deher quddiemu msallab". U n-naha tal-lemin ta' sidru "kellu ferita tnixxi sikwit id-demm li kienet tahsillu l-libsa..."

 

Frangisku ma qal xejn lil hadd bil-vizjoni li kellu u bis-sinjal tal-passjoni ta' Ges¨ li issa kellu f'gismu kellu ugigh kbir f'gismu kollu imma kien ferhan se jtir. Qies dak l-ugigh b'ghozza kbira u ma ried ighid 'l hadd biex ma jitlef xejn mill-kobor u l-ghaxqa ta' dik l-ghozza.

 

Izda l-patrijiet intebhu li kienet grat xi haga kbira. Fil- festa ta' San Mikiel, Frangisku spicca s-sawm u nizel hdejn uliedu biex jinghaqad maghhom. Imma ma qalilhom xejn b'dak li kien gara. Huma rawh infaxxat u resaq fuqu Illuminato u talbu jikxef il-ferita ghall-glorja t'Alla u l-gid ta' l-erwieh. Ghal dak il-kmand, Frangisku irrivela l-grajja izda ma kien juri lil hadd il-pjagi ta' gismu hlief lil dawk li kienu mieghu u li bilfors kellhom jarawhom. Fosthom Fra Elija bhala s-superjur ta' l-Ordni, u dan malajr kiteb lill-Ministri Provincjali biex jaghtihom dik l-ahbar ta' ferh u fl-istess waqt ta' niket. Rawhom ukoll dawk li kienu jbidlulu hwejgu.

 

Wara ftit jiem Frangisku halla l-Verna u beda l-vjagg lura lejn Assisi. Il-vjagg li mhux twil wisq minnu nnifsu dam max-xahrejn kemm minhabba t-tempesti tal-harfa kif ukoll minhabba li Frangisku ma setax jimxi bl-imsiemer u l-feriti ta' riglejh. L-ewwel laqgha kbira li kollu mill-poplu kienet f'Borgo San Sepolcro fejn in-nies tahom genn ta' ferh u ghajjat meta raw lill-missies qaddis. F'Montecasale l-qaddis fejjaq lil wiehed patri li kien jaghtih tal-qamar. F'Citta' di Castello fejjaq wiehed imxajtan u ghamel mirakli ohra. U fl-ahhar wasal Assisi ghajjien mejjet, marid ghall-ahhar u b'ugigh kbib f'gismu kollu, imma kollu hieni ghax issa sar haga wahda ma' Ges¨ msallab.

<<|werrej|>>

<< lura lejn is-7 parti ...ikompli fid-9 parti >>


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1

Assisi 29.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk