San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

<< lura lejn id-9 parti ...tmiem


Frangisku ta' Assisi - 10

Laqgha m'Ohtu l-Mewt


Hajja fit-tmiem

F'April tas-sena 1226, Frangisku, nofsu mejjet, halla Rieti u mar fil-belt ta' Siena biex ikompli l-kura f'ghajnejh. Tumas minn Celano jghidilna li din il-kura ma sehhitx ghax il-qaddis beda jobzoq hafna demur minhabba l-mard li kellu fil-fwied u ghalhekk sahhtu kienet spiccat ghal kollox.

 

Kif Frangisku kien fi Siena u l-patrijiet intebhu li l-mewt ma kienitx fil-boghod, dlonk gharrfu lil Fra Elija. Dan mar minnufih u ha mieghu liil-missier qaddis lura lejn Assisi. Fit-triq waqfu ghal ftit f'Celle di Cortona. Frangisku wasal lura Assisi fis-sajf u s-shana kienet kbira. Il-patrijiet bezghu li dik is-shana qawwija kienet se tisfa' ta' hsara ghal missierhom, ghalhekk haduh f'Bagnara li tinsab fuq gholja li ssaltan fuq il-belt ta' Nocera. Frangisku baqa' jobdi r-rieda ta' haddiehor sa l-ahhar f'dak li jmiss lil sahhtu ghalkemm kien zgur li issa kollox kien ghalxejn.

 

F'Nocera, Frangisku ma damx zmien twil. In-nies Assisi semghu li l-qaddis kien wasal fl-ahhar ta' hajtu ma riedu bl-ebda mod li jmut barra minn artu u arthom. Ghalhekk qabbdu l-kavallieri tal-belt biex imorru igibuh f'Assisi minnufih. U dawn hekk ghamlu.

 

Meta Frangisku wasal lura Assisi, in-nies ferhu hafna u ghamlulu laqgha kbira. L-isqof Guido t'Assisi, ma kienx fil-belt ghax kien jinsab f'Benevento ma' pellegrinagg li hu stess ha fis-santwarju ta' San Mikiel Arkanglu f'Monte Gargano. Imma saru arrangament biex il-qaddis joqghod fil-palazz ta' l-isqof halli jkollu kura ahjar. Mhux biss, imma gie msejjah ukoll specjelista mill-aqwa ta' dak iz-zmien, Buongiovanni min Arezzo, biex jikkura l-qaddis. Frangisku ghal darb'ohra qaghad ghar-rieda ta' haddiehor.

 

Meta l-qaddis ra quddiemu lit-tabib Buongiovanni, staqsieh fuq sahhtu. Dan bejn ghax milli jidher kien tabib tajjeb tabilhaqq u bejn li kien jaf li l-pazjent tieghu kien qaddis, ta twegiba cara u bla ebda habi qallu li ma kien hemm xejn x'wiehed jista' jaghmel ghax il-mewt kienet fil-qrib hafna. Qallu car u fond li keliu jmut jew ghall-ahhar jiem ta' Settembru jew ghall-bidu t'Ottubru, kif tabilhaqq gara.

 

Wara t-twegiba cara tat-tabib, il-gaddis ried li jittiehed ghad-dell, ta' Santa Maria ta' l-Angli, il-Porjunkola.

 

"Ohtu l-Mewt"

Fl-ahhar jiem ta' Settembru, Frangisku wasal ghall-ahhar darba f'Santa Maria b'ugigh kbir u b'ferh akbar. Fil-"Vita Secunda" ta' Tumas minn Celano naqraw kif il-qaddis ghadda dawn l-ahhar jiem ta' hajtu "Il-ftit jiem li kien fadal ghall-mewt Frangisku ghaddihom fit-tifhir jistieden il-hin kollu lil shabu li tant kien ihobb biex ifahhru 'l Kristu mieghu... Kien isejjah ukoll lill-hlejjaq kollha biex ifahhru 'l Alla mieghu. Sahansitra lil-mewt, li tkexkex u tnikket lil kulhadd, kien jistieden biex tfahhar lil Alla, u minnha ma tnaffarx imma laqaghha bhala mistiedna ghaziza. U kien ighid 'Merhba, bik ja mewt, ohti!'".

 

Fuq l-ahhar zmien ta' hajtu naqraw dan il-pass sabih fil "Speculum Perfectionis" (n.87): "Meta l-imqaddes Frangisku, minhabba l-mard ta' l-istonku, ried jirrimetti ghax ghamel vjolenza fuqu nnifsu, kwazi matul il-lejl kollu irremetta d-demm. Shabu kif rawh hekk dghaijef u fehmu li kien ser imut, imnikktin ghall-ahhar ingabru flimkien, u bid-dmugh f'ghajnejhom bdew ighidulu: 'Missier x'sejrin naghmlu minghajrek? Fejn se mmorru?' Meta, bl-ilfiq u l-biki, temmew dan il-kliem u iehor bhalu, fl-ahhar talbuh u qalulu : `Missier, ghallangas aghti l-barka tieghek lil uliedek u hallilna tifkira tar-rieda tieghek.' Meta sema' dan, il-missier qaddis hares lejhom u qal: `Sejhuli lil Fra Beneditt minn Pirazio.' Dan kien sacerdot qaddis u gie li qaddes lill-imqaddes Frangisku meta dan kien marid. Meta gie qallu: 'lkteb kif jien irrid nikteb lil huti kollha, li huma fl-Ordni llum, u li ghad jidhlu fih sa tmiem id-dinja. U ghax ma nistax nitkellem minhabba l-ugigh u l-mard, nuri b'tliet kelmiet ir-rieda lil huti kollha li huma u li ghad ikunu, irrid inghid, biex bhala sinjal ta' tifkira tal-barka tieghi l-ahwa dejjem jinhabbu bejniethom; bhal ma jiena habbejthom u  nhobbhom. Ihobbu dejjem u jharsu s-sinjura taghna, il-faqar imqaddes. U l-prelati. u kjerici jkunu dejjem fidili lejn il-Knisja mqaddsa ommna u jogoghdu ghaliha'".

 

Qabel ma miet, Frangisku ried ibierek ghall-ahhar darba lil belt twelidu. Imbaghad, hdejn il kappella tal-Porzjunakola, gieghel lil uliedu jqieghduh fuq il-qiegha ta' l-art, bierek lill-benefattrici tieghu u ta' l-Ordni, Jacaba dei Settesoli, imbaghad wara li bierek lill-gheziez uliedu laqa' 'l ohtu l-mewt b'ferha kbira u ttajjar lejn is-sema.

 

Kien is-Sibt, 3 ta' Ottubru 1226, bicca sew wara inzul ix-xemx. Bi kliem qasir li jisthogqlu jkun miktub bid-deheb, Tumas minn Celano jikteb hekk fuq il-mewt ta' dan il-qaddis li hadd bhalu ma nissel fih ix-xbieha hajja ta' Kristu: "Hieles minn kollox ittajjar lejn is-Sema... Habb lil dawk li kienu tieghu sal-mewt... Laqa' l-mewt ighanni".

 

Frangisku Haj Fostna

Mas-sebh, eluf ta' nies nizlu minn Assisi biex jaraw il-qaddis mejjet u l-pjagi ta' gismu. Imbaghad nizel mill-belt il-kleru kollu bi processolenni solenni. Wara li hadu l-gisem tal-qaddis, bdiet il-processjoni lura lejn il-belt. Kulhadd kien bil-weraq tal-palm u bix-xemghat mixghula f'idu. Indaqqu t-trombi u tkantaw innijiet ta' tifhir lil Alla. Kienet dehra ta' qsim il-qalb u fl-istess hin ta' ferh kbir. Il-processconi m'ghaddietx mit-triq li tiehu direttament ghall-belt, imma gibdet lejn San Damjan biex Santa Klara u shabha jaghtu tislima lill-qaddis li kien tant ghamel gid maghhom matul hajtu.

 

Fl-ahhar, il-processjoni waslet fil-Knisja ta' San Gorg, illum imsejha ghal Santa Chiara, u hemm il-qaddis gie midfun. Dak il-jum baqa' imfakkar mill-istorja mhux biss tal-Knisja, imma ta' l-umanit kollha.

 

Fid-19 ta' Marzu 1227 sar Papa l-habib intimu ta' Frangisku u l-protettur ta' l-Ordni, Ugolino, li issa ha l-isem ta' Girgor IX. Dan beda jahdem biex jara lill-habib tieghu gaddis. U fis-16 ta' Lulju tas-sena ta' wara, 1228, iddikjarah qaddis tal-Knisja fil-Knisja ta' San Gorg, gewwa Assisi, fost l-entuzjazmu u l-ferh tal-poplu kollu.

 

Il-gisem tal-qaddis ma damx zmien twil midfun fil-knisja ta' San Gorg ghax Fra Elija dlonk beda jibni Bazilka mill-isbah biex iqieghed fiha lill-mahbub missieru. Ghalhekk fil-25 ta' Mejju 1230, wara li tlestiet il-bazilika, il-gisem tal-qaddis gie trasportat minn San Gorg ghall-Qabar gdid tieghu, fejn ghadu sallum taht il-harsien ta' wliedu l-patrijiet Frangiskani Konventwali.

<<|werrej|>>

<< lura lejn id-9 parti ...tmiem


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1

Assisi 29.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk