San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>


San Frangisku t'Assisi

(1182 - 1226)


 kitba ta' Patri Alexander Bonnici OFMConv.


Fost il-Qaddisin kollha, l-aktar wiehed li jitqies li jixbhh lil Kristu hu San Frangisk t'Assisi. Hu jixbhu ghaliex sahansitra kellu fil-gisem tieghu l-istess pjagi ta' Kristu msallab. Imma San Frangisk jixbhu fuq kollox ghaliex, b'rebh ta' bla waqfien fuqu nnifsu, ghex il-Vangelu ta' Kristu. San Frangisk hu l-Fundatur ta' Ordni Religjuz li xtered hafna; hu Ordni Religjuz li kellu fi hdanu bosta riformi. Bis-sahha ta' dawn ir-riformi, il-Frangiskani saru l-izjed maghrufin fost l-istituti religjuzi kollha. Ma hawnx pajjii fid-dinja li ma dahalx fih xi wiehed mill-Ordnijiet Frangiskani. Imma San Frangisk, il-Qaddis li 'l Alla kien jarah fil-hlejjaq kollha ta' madwaru, sahhar ghal warajh anki lil dawk ta' Religjonijiet ohrajn. Hu kaz uniku fl-istorja l-fatt li sahansitra hawn religjuzi protestanti li gieghdu lilhom infushom taht il-harsien ta' San Frangisk t'Assisi. F'dinja ta' mibeghda, vjolenza, u gwerer, kulhadd jitfa' harstu fuq San Frangisk li dejjem xtaq li Alla jaghmel minnu strument tal-paci tieghu.

 

Twelid

Hu twieled f'Assisi fl-Umbria, fil-qalba ta' l-Italja, fil-bidu tas-sena 1182 minn Pietru Di Bernardone u Giovanna, imsejha Madonna Pica. Twieled fi zmien meta missieru kien imbieghed minn artu, u ommu tatu l-isem ta' Gwanni. Imma missieru, kummercjant ghani tad-drappijiet, malli gie lura minn Franza, lil dak ibnu ried isejjahlu "Frangisk", b'rabta ma' Franza li hu tant kien ihobb. Dak l-isem ma tantx kien komuni fl-Italja. Imma, izjed tard, sar isem popolari, u mhux izjed ghal Franza, imma ghal San Frangisk t'Assisi.

 

Pellegrin misterjuz, fil-jum tat-tweled ta' Frangisk, habbar kemm kellu jkun bniedem li jaghmel il-gid. Ommu, Madonna Pica, ta' mara twajba li kienet, ghamlet hilitha biex trawwem fih sa minn ckunitu mhabba kbira lejn Alla.

 

Frangisk qatt ma kien bniedem ta' skola kbira. Fl-iskola tal-parrocca ta' San Gorg f'Assisi, hu tghallem jaqra u jikteb. Hu studja wkoll ftit franciz, kien ihobb il-poeziji, u kellu inklinazzjoni qawwija ghall-muzika. Frangisk kien bniedem li meta jhobb xi haga, kellu l-hila jintafa' fuqha b'hegga; hu kien ukoll ta' memorja tajba, u din il-memorja ghenitu biex jitghallem hafna minn dak li kien jaqra fuq ir-Religjon Nisranija. Imma hu kien kapaci jitghallem ghaliex, aktar milli jistudja, kien jimmedita fuq dak li kien ihossu migbud ghalih.

 

Xalatur ferriehi u generuz

Frangisk ma kienx ta' nisel nobbli,  imma lanqas ma nistghu nghidu li kien fost dawk li fi zmienu kienu jsejhulhom ulied il-poplu. Ix-xoghol ta' missieru gieb mieghu li dik il-familja ckejkna tghaddiha tajjeb. Missieru kien merkant imqabbad tajjeb anki 'l barra mill-Italja. Ghalkemm mhux nobbli, Pietro Di Bernardone kien imxennaq ghal xi titlu nobiljari. Hu kellu hafna ambizzjonijiet ghal ibnu; kien jittama li jaghmel minn ibnu wiehed li jkun meqjus fost ilkbar ta' artu (dawk li ssejhu "maggiori") u jasal ghal pozizzjoni li tghollih ghal kollox 'il fuq mill-foqra u dawk li s-Socjet kienet tqis bhala z-zghar (li ssejhu "minori"). Sakemm waslet is-sena 1205, meta kien fl-ahjar ta' zghozitu u fl-eta ta' 23 sena, Frangisk kien il-hena ta' missieru ghaliex hu wkoll kien moghni b'tant xewqat li d-dinja ma titfghux fil-genb.

 

Pietro di Bernardone kien cert li jekk Frangisk jaqbad l-istess triq tieghu kellu cans kbir li jirnexxi fil-hajja. Liz-zewg uliedu, li kienu Frangisk u Anglu, dan il-merkant ghani riedhom jintefghu fuq din il-hajja. Frangisk kien ghadu ta' 14-il sena meta beda jitharreg fix-xoghol ta' missieru; imma missieru ma kienx kuntent ghal kollox bih. Frangisk kien jaf ihaddem mohhu biex jaqla' l-flus; imma, imbaghad, hu kien hali, u jtajjar somom kbar. Zghazagh ta' l-eta tieghu kienu jixxalaw hafna minn fuq dahru; lilu kienu jarawh bhala l-mexxej taghhom ghaliex mhux biss kien jonfoq, imma kien kapaci wkoll jaghti hajja lill-festi li kienu jigu organizzati. Frangisk kien jigbed lejh l-attenzjoni taz-zghazagh ta' Assisi ghaliex kien ihobb jitfa' fuqu lbies li jaghti hafna fil-ghajn, u jghaqqad ohrajn mieghu fid-daqq u fil-kant. Minkejja dan, missieru u ommu riedu jkunu generuzi mieghu. Missieru, ghalkemm ma kienx japprova dak l-infiq, hassu hieni li ibnu kien tant mahbub u stmat. Ommu, Madonna Pica, kienet qed tapprezza hafna l-kwalitajiet tajbin ta' binha; ghalkemm ihobb il-hajja, Frangisk kien dejjem ta' mgiba tajba, nobbli fi kliemu u eghmilu, u ta' qalb kbira mal-foqra.

 

Gwerra, Habs u Holma

Frangisk habb hafna anki 'l Assisi:  il-belt ckejkna li fiha kien twieled. Hu xtaqha tkun hielsa minn hakmiet ta' bliet ohrajn. Fis-sena 1202, Frangisk tqabad anki bl-armi fil-gwerra li kien hemm bejn Assisi u Perugja. Dawk ta' beltu sofrew telfa, u hu nnifsu waqa' prigunier. Dak kien zmien meta Frangisk beda jirrifletti fuq il-veru valur tal-hajja. Wara sena maghluq fil-habs, fl-1204, Frangisk waqa' f'marda li hadet fit-tul. Imma malli, fis-sena 1205, fieq mill-marda tieghu, lilu malajr regghu rikbuh l-ambizzjonijiet ta' qabel, u telaq lejn il-Puglia bit-tama li jinhatar Kavalier. Imma hu bilkemm beda dak il-vjagg. Ma kienx wasal hlief sal-belt ta' Spoleto meta kellu holma li qeghlitu jirrifletti hafna. X'inhu l-ahjar timxi wara l-Imghallem jew wara l-qaddej? Frangisk ma ddubitax liema kellha tkun l-ghazla tieghu. Imma hu ma kienx fehem x'kellu jaghmel.

 

Lura lejn Assisi, beda ghal Frangisk zmien gdid. Hu qisu nesa l-hbieb ta' l-imghoddi, u ntafa' f'hajja ta' gabra. F'ghar fqajjar maqtugh mill-hsejjes tal-belt, Frangisk fit-tnehid talab minghand Alla dawl biex jurih x'ried minnu. Frangisk, zaghzugh imrobbi fil-fsied, kellu bhal stmerrija mill-mard tal-gdiem. Imma, f'dan iz-zmien ta' xejra gdida ghal hajtu, hu ghamel rebha kbira fuq in-natura dghajfa tieghu meta, b'imhabba sinciera, ghannaq mieghu u bies bniedem milqut mill-gdiem. Ftit wara din il-grajja, Kristu Msallab qanqlu meta kellmu ghall-ewwel darba, u mlielu l-qalb tieghu b'imhabba kbira lejn it-tbatijiet li l-Mulej kien garrab f'hajtu.

 

"Sewwi l-Knisja tieghi"

Frangisk baqa' generuz bhalma kien qabel; imma dawk li sthoqqilhom il-generozit tieghu kienu ohrajn. L-imgiddmin dehrulu l-izjed mitluqin fost il-morda; ghalhekk, hu habbhom b'imhabba specjali. Barra minn dan, minflok ma tajjar flusu f'divertimenti, Frangisk beda jqassam hafna karit lill-foqra, u ma qatax milli jghin lill-knejjes foqra tal-belt ta' Assisi u lis-sacerdoti li kienu jiehdu hsiebhom. Knisja ghaziza ghal qalbu kienet dik ta' San Damjan. F'dik il-knisja ckejkna u fi stat hazin, hu sama' lehen mill-Kurcifiss impingi li kien imdendel wara l-altar. Dan stiednu biex isewwi l-Knisja tieghu li kienet qed tiggarraf.

 

"Missierna li Inti fis-smewwiet"

Frangisk kien ghadu ma fehemx tajjeb x'ried Alla minghandu. Imma hu beda jintebah li l-Mulej riedu jaghti hajtu ghas-servizz tal-Knisja. Ghal xi zmien, Frangisk halla daru, ingabar fil-knisja ta' San Damjan, u ghamel dak li s-sacerdot tal-post talab minghandu. Missieru kien ghadu jittama li dak ma kienx hlief zmien gasir ta' krizi. Imma, meta baqa' jara 'l ibnu mitfugh fuq attivitajiet li 'l dak il-missier dehru jbaxxuh. Pietro Di Bernardone ha decizjoni li ghal Frangisk fissret hajja gdida. Quddiem missier imberren u fil-prezenza ta' l-Isqof Gwido ta' Assisi li kien qed jaghmilha ta' mhallef, Frangisk iddikjara li jichad ghal kull wirt li kien imissu minn missieru. "Mil-lum 'il quddiem", stqarr iz-zaghiugh Frangisku, "nghid: Missierna, li inti fis-smewwiet".

 

Kavalier tar-Re l-Kbir

Kienet bdiet is-sena 1206: meta  Frangisk kien cert x'kellha tkun it-triq ta' hajtu. Hu libes libsa fqajra b'salib fuqha, u dak li kien jixtieq isir "Kavalier tad-dinja", sejjah lilu nnifsu "Kavalier tar-Re l-Kbir". Frangisk beda sentejn ta' hajja iebsa maqtugh ghalih wahdu, moghti ghat-talb u ghall-penitenza. Hu ghex ukoll jaqdi u jitlob f'xi monasteri benedittini, u ghamel fihom il-hidmiet l-izjed umli u l-izjed ibsin. Kienu ghadhom f'mohhu l-kelmiet tal-Kurcifiss ta' San Damjan li qallu: "Sewwi l-Knisja tieghi". Frangisk accetta dawk il-kelmiet kif daqqew f'widnejh; ghalhekk, hu ntafa' biex isewwi l-hsara li kien fihom tliet knejjes ckejknin ta' madwar Assisi: dawk ta' San Damjan, San Pietro della Spina, u Santa Marija ta' l-Angli. Penitenza Frangisk kien qed jistenna ghal darb'ohra l-lehen ta' Alla. Hu ma ggarrafx quddiem id-disprezz ta' dawk li fl-imghoddi kienu hbiebu; imma hu lanqas ma ntefah bl-ammirazzjoni ta' dawk li raw fih bidla tal-ghageb. Imbaghad, lejn l-ahhar ta' Frar, 1208, waqt li fil-knisja ta' S. Marija ta' l-Angli sama' l-qari tal-Vangelu, hu ntlaqat minn kelmiet li hasshom qed jinghadu ghalih. Kienu l-kelmiet li Kristu bihom habbar x'kellha tkun il-missjoni ta' l-appostli, u l-hajja ta' faqar li kienu sejrin jghixu. Sacerdot fissirlu dawk il-kelmiet tal-Mulej, u hu sama' t-tifsira bil-ferh ghaliex Alla rrivelalu li dawk kienu jghoddu ghalih ukoll. Minn dak il-waqt 'il quddiem, Frangisk biddel ukoll il-libsa tieghu: beda jilbes coqqa griza, lewn l-irmied, thazzem b'habel abjad, u ried li jimxi hafi. L-Isqof ta' Assisi tah il-permess li jippriedka l-Vangelu fil-knisja ta' San Gorg; fid-dawl tal-kelmiet ta' Kristu, Frangisk ippriedka l-paci u l-penitenza.

 

Il-Barka tal-Knisja

Ghalkemm ma tkellimx bil-kelmiet difficli tal-ghorrief, ma kenux ulied il-poplu biss dawk li ssahhru minn kliemu. L-ghani Bennard ta' Quintavalle u l-gurista Pietru Cattani, fis-16 ta' April, 1208, wrewh li xtaqu li flimkien mieghu jaqsmu l-istess hajja tieghu. Imma, mal-ghonja u l-ghorrief, malajr thalltu l-foqra u s-semplici. Gimgha biss wara l-ewwel tnejn, zaghzugh fqajjar jismu Egidju talbu biex jinghagad mieghu. Tul dik is-sena 1208, kien hemm tmienja ohrajn li ghazlu dik l-ghamla ta' hajja. Frangisk, li ried jghix dejjem f'ubbidjenza lejn il-Knisja, fis-sena 1209, hadhom mieghu Ruma, quddiem Papa Innocenz III. Il-Papa sabha difficli biex jaghtihom l-approvazzjoni tieghu; imma l-Mulej nebbhu li kien sejjer jinqeda b'dak il-bniedem qaddis sabiex il-Knisja ma tiggarrafx. L-istatwa li tqieghdet quddiem il-Lateran, il-Katidral ta' Ruma, fejn jidher San Frangisk b'idejh merfughin bhallikieku qieghed izomm fuq riglejh il-bini tal-Knisja, hi tifkira ta' dik il-holma ta' Papa Innocenz. Ghalkemm ma tahom l-ebda dokument bil-miktub, Innocenz III approva dik il-hajja komunitarja u l-appostolat li kienu qed jaghmlu fost il-poplu.

 

Il-Hajja u l-Kelma ta' Kristu

Bil-barka tal-Papa, Frangisk beda  jinhass bhal Kristu iehor ihabbar l-ahbar it-tajba. Hu kien predikatur li jghaddi minn post ghall-iehor. Kien jitkellem b'kelmiet li jifhimhom kulhadd u kien jolqot il-bniedem fil-laham il-haj. Fi zmien ta' tant eretici li kienu jehduha kontra l-Knisja sabiex ixandru 'l Kristu, Frangisk baxxa rasu quddiem il-kelma tas-sacerdot, u wisq izjed quddiem kull Isqof. Hu qatt ma holom li jippriedka 'l Kristu minghajr il-permess tas-sacerdot imqieghed minfloku.

 

Frangisk kien il-habbar tassew tal-kelma t'Alla ghaliex ixxandir tal-kelma kien ifisser li min jisimghu, aktar milli jitghallem, jiehu d-decizjoni li jbiddel hajtu. L-argument centrali tal-predikazzjoni tieghu kien li tinqered il-mibeghda u tibda ssaltan il-paci fid-dawl ta' Kristu li hu mhabba. F'kull priedka tieghu, Frangisk kien jibda bil-kelmiet: "Il-Mulej jaghtikom il-paci tieghu". Kienu kelmiet li, aktar milli mill-fomm, kienu johorgu mill-qalb. Kienu kelmiet li jaghfsu fuq il-gustizzja u l-hniena ta' Alla, fuq il-kastig u l-glorja ta' l-eternit. Kienu kelmiet li jistiednu 'l kulhadd ghall-indiema u ghall-penitenza. Filwaqt li sahaq fuq il-virtujiet kollha, Frangisk heggeg 'il kulhadd ghall-frekwenza tas-Sagramenti, u b'mod specjali ta' l-Ewkaristija "li fiha naraw 'il-Mulej". Hu tkellem b'qima kbira fuq il-Knisja ghaliex lilha biss raha bhala l-ghalliema tal-kelma ta' Kristu. Hu ried iqim lil kull sacerdot, anki meta kien jaf li kien midneb, ghaliex Alla lis-sacerdot ghazlu biex iwasslilna l-kelma u l-grazzji tieghu. Fi zmien ta' mibeghda u stmerrija lejn xulxin bejn ghonja u foqra u bejn ghorrief u bnedmin semplici, Frangisk tkellem fuq ir-rispett li ghandu jkollna lejn kulhadd.

 

Ma jishoqqlux li jkun Sacerdot!

San Frangisk ma ntrabat ma'  mkien. Gie li fl-istess gurnata kien imur f'postijiet differenti. Ghalkemm hu zera' kullimkien il-kelmiet tal-Vangelu, San Frangisk mhux dejjem kellu bzonn jitkellem biex iwassal il-kelma t'Alla. L-ezempju tal-hajja tieghu u anki s-semplici mixi tieghu fit-triq kienu ta' edifikazzjoni ghal kulhadd. Il-Qaddis ried iwassal 'il Kristu. Ghalhekk, hu tkellem dejjem bil-kuragg biex ixandar il-verit. Anki l-ghorrief u l-kbar tad-dinja kienu jisimghuh, u l-kelmiet imqanqla tieghu gie li giebu fihom sens ta' biza' li ma satax ma jiswilhomx ta' gid. Minkejja dan, il-bniedem li ssejjah "dawl mibghut mis-sema", "il-mibghut minn Alla", jew "Kristu iehor" emmen li ma kienx jisthoqqlu li jkun sacerdot. Ghalhekk, hu ghazel li jibqa' jservi 'l Alla bil-ministeru ta' djaknu.

 

Il-qasam ewlieni tal-hidma appostolika ta' San Frangisk kien l-Italja ghaliex f'din l-art hu hadem bla waqfien mis-sena 1208 'il quddiem. Imma dak li tant kellu jifrah ghall-fatt li x'uhud minn uliedu fl-Ordni tal-Minuri mietu f'art ta' missjoni ghal Kristu, ma satax ma jkunx hu nnifsu mheggeg bl-istess entuzjazmu. Il-hegga missjunarja u x-xewqa tal-martirju inghaqdu flimkien f'San Frangisk. Imma l-ewwel darbtejn li pprova jmur lejn is-Sirja u l-Marokk, Alla wrieh li dik ma kenitx ir-rieda tieghu. Darba minnhom tempesta, u darb'ohra l-mard reggghuh lura lejn art twelidu.

 

Santa Klara  

Fis-sena 1212, San Frangisk waqqaf it-tieni Ordni tieghu li kien dak tas-Sorijiet. Fil-bidu ssejhu: "Id-Dami Fqajrin ta' San Damjan". Ghalkemm San Frangisk kien ir-ruh ta' din l-istituzzjoni, huma sabu mexxejja kbira f'dik l-ewwel mara li, qabel kulhadd, ghazlet li timxi wara Kristu bil-ghajnuna ta' San Frangisk. Din il-mara qaddisa kienet Klara ta' Assisi: li minnha s-Sorijiet issejhu "Klarissi".

 

Il-Mahfra tal-Porzjunkola

Ftit izjed tard, San Frangisk, li  ried ighin lil kulhadd biex isalva ruhu, qala' minghand Alla, bl-intercessjoni tal-Vergni Mbierka ta' l-Angli, indulgenza specjali ghal darba fis-sena. Dik l-indulgenza ssejhet "il-mahfra ta' Assisi' jew "il-mahfra tal-Porzjunkola". Din l-indulgenza specjali giet ikkonfermata lil San Frangisk mill-Papa Onorju III, f'Perugja, f'Lulju tas-sena 1216.

 

Missjunarju

Ftit wara t-tluq ta' l-ewwel missjunarji tieghu, San Frangisk innifsu, fl-24 ta' Lulju, 1219, salpa lejn l-Egittu. Is-Sultan Malik-el-Kamil laqghu tajjeb u sama' l-kelma tieghu. Is-Sultan ingibed lejn dak il-bniedem ghaliex kien konvint li hu riedlu l-gid; imma ma halliex it-twemmin mawmettan tieghu. San Frangisk ma giex moghti l-martirju ghal Kristu ghaliex, fiz-zmien qasir ta' esperjenza missjunarja, lilu habbewh anki dawk li ma qablux ma' dak li kien qed jippridkalhom. F'dak iz-zmien, ir-raba' Koncilju tal-Lateran kien ordna li ssir Krucjata gdida. Din kienet bejn is-snin 1217 -1221. L-imgiba ta' San Frangisk wriet li, fi zmien ta' falliment shih ta' dik il-Krucjata, aktar kien kien hemm possibilt li l-Mawmettani jersqu lejn Kristu permezz ta' messaggier ta' paci, milli permezz ta' suldati li juzaw l-armi kontra dawk li ma jaqblux maghhom.

 

Terzjarji Frangiskani

San Frangisk, fis-sena 1220, rega' lura fl-Italja. Il-hidma ta' paci u mhabba fost il-bnedmin qanqlitu biex ghal darb'ohra jerga' jersaq lejn id-dinja. Tant bnedmin li kienu qed jghixu fid-dinja fejn iffurmaw familja fl-istat taz-zwieg kienu qed jitolbuh biex jaghmel xi haga anki ghalihom. Huma ma setghux ighixu hajja kkonsagrata bhall-Patrijiet u s-Sorijiet. Imma lilhom ukoll tahom ligijiet ta' hajja nisranija li tiswa ta' gid ghas-socjet. Dan fisser it-twaqqif tat-"Tielet Ordni tal-Penitenti". Hekk bdew it-Terzjarji Frangiskani li llum jissejhu membri ta' l-Ordni Frangiskan Sekulari. Dan gara ghall-ewwel darba go Firenze u Poggibonsi. Lukkesju, bniedem kummercjant, kien dak li fetah it-triq ghal tant eluf ohrajn.

 

Il-Milied ta' Greccio

Qatt ma kien bizzejjed ghal San  Frangisk li jghix 'il Kristu. Kien hemm bzonn li d-dinja thoss il-prezenza ta' Kristu. Ghalhekk, b'permess specjali tal-Papa Onorju III, fl-24 ta' Dicembru, 1223, il-qaddis gabar mieghu l-bdiewa u r-rghajja fqajrin li kienu jghixu qrib l-gholja ta' Greccio. Lilhom, u permezz taghhom lid-dinja kollha, San Frangisk riedhom li jhossu l-imhabba kbira ta' Ges ghalina meta ghazel li jitwieled fil-ghar ta' Betlem. Hu pprezenta presepju haj, u tkellem b'kommozzjoni kbira fuq dan il-misteru tal-ghageb. Dik id-drawwa malajr bdiet tinfirex mad-dinja kollha kemm hi. Ghalkemm ma kienx l-ewwel darba li sar il-presepju fid-dinja nisranija, madankollu kien San Frangisk li qanqal l-imhabba ta' kulhadd ghall-presepju. Nhar dak il-Milied ta' Greccio, ma kienx ghadda xahar minn mindu l-Papa approva, fid-29 ta' Novembru, 1223, b'dokument miktub ir-Regola ta' l-Ordni tal-Minuri. Kienet it-tielet wahda li tfasslet minn San Frangisk. L-ewwel wahda, li tissejjah "Primittiva" ma waslitx f'idejna; aktarx li din kienet principalment siltiet mill-Vangelu. L-ohra hi l-ewwel wahda miktuba; kienet twila u mimlija ezortazzjonijiet. Dik imbaghad li giet approvata inkitbet bil-ghajnuna tal-Kardinal Ugolino di Segni li kellu jkun Papa Girgor IX. Il-Kardinal ghenu hafna biex jaghti forma lir-Regola halli l-Knisja ma ssibx diffikult fl-approvazzjoni taghha.

 

Fra Elija

Mis-sena 1221 'il quddiem, meta kien ghadu ta' madwar 40 sena, Frangisku kien marid. L-ulied spiritwali tieghu dig kienu jwasslu ghal eluf. Kien hemm bzonn ta' mexxej minfloku. Ghalhekk fis-sena 1221, San Frangisk ghazel lil Fra Elija ta' Kortona biex ikun il-Vigarju tieghu fit-tmexxija. L-ahhar shin ta' hajtu, kienu dawk li fihom issokta jinghaqad ma' Alla dejjem izjed fit-talb. L-ghaqda ma' Kristu msallab kien qed ihossha fil-gisem u r-ruh tieghu ghaliex hu kien ghaddej minn zmien ta' tbatija.

 

Il-Pjagi ta' Kristu

Bi hsebijietu merfugfiin Lejn Kristu  li bata ghalina, fis-sajf tas-sena 1224, San Frangisk ingabar fis-skiet tal-kunvent li kien fuq il-gholja La Verna. Il-qaddis kien jghakkes il-gisem tieghu billi, matul is-sena, isum ir-randan ghal seba' darbiet. Fuq dik il-gholja, hu kien qieghed isum ir-randan li kien jaghmel f'gieh l-Arkanglu San Mikiel. Lejn il-festa ta' l-ezaltazzjoni tas-Salib, li tahbat fl-14 ta' Settembru, waqt li kien fuq dik l-gholja fi granet ta' sawm u f'meditazzjoni fuq il-passjoni ta' Kristu, il-Mulej Ges deherlu b'sitt igwienah, bhal serafin, maqtugh fl-ajru u b'dirghajh miftuhin, bir-riglejn ma' xulxin, u msallab ma' salib. Mill-gwienah, tnejn kienu weqfin fuq ir-ras, tnejn mifruxin ghattitjir, u tnejn jiksu l-gisem kollu. Imbaghad, waqt li kien mitluf f'estasi ta' mhabba, fl-idejn, fir-riglejn, u fil-genb ta' Frangisku bdew jidhru l-pjagi ta' l-istess Kristu msallab. L-idejn u r-riglejn dehru minfudin b'imsiemer li kellhom bhal ras tonda u sewda fuq iz-zewg nahat; kienu ppuntati u milwijin sabiex ma jinqalghux. L-imsiemer kienu tal-laham stess, imma mahrugin 'il barra. Il-genb lemini wkoll deher bhallikieku minfud minn lanza, u kien jaghti fl-ahmar ghall-gerha li kellu; ta' sikwit, il-gerha kienet tnixxi d-demm, u lbiesu kien jiccappaslu. Minn dak il-waqt, il-qaddis Frangisku, li sa minn tant zmien kien jarawh bhal Kristu iehor, gie trasfigurat fi xbiha hajja tal-Mulej anki fl-istess gisem tieghu.

 

L-Ghanja tal-Hlejjaq

Minn mindu kellu l-grazzja kbira  tal-pjagi, San Frangisk ma qata' qatt milli jbati fil-gisem tieghu. Hu mar Lejn Assisi fejn ghadda l-ahhar sentejn ta' hajtu, u kien dejjem marid. Persuni gheziez kienu jiehdu hsiebu, u jikkurawh. Ma kienx possibbli li jahbi dik il-grazzja kbira li Alla kien ghamel mieghu. Imma ftit kienu dawk li raw il-pjagi tieghu. L-ahhar sentejn giebu maghhom tbatijiet ohrajn. San Frangisk kien qieghed jitlef id-dawl ta' ghajnejh. F'dan iz-zmien li matulu Kristu kien ghaqqdu mieghu tant mill-grib fil-passjoni tieghu, San Frangisk kiteb l-"Ghanja tal-Hejjaq". Fil-kobor ta' mhabbtu lejn Alla, f'cella fqira hdejn San Damjan f'Assisi, f'ezaltazzjoni mistika dan il-qaddis serafiku wriena kif kollox fil-holqien kien qieghed jghaqqdu ma' Alla.

 

Din hi l-ewwel bicca ta' dan il-kantiku li jaghmel parti mil-letteratura taljana fis-snin bikrin taghha:

 

"Twajjeb Mulej, Int l-oghla, tista' kollox,

ghalik il-barka, s-sebh, tifhir u gieh;

jixirqu lilek biss, u l-ebda bniedem

ma jlissen b'hila l-gmiel t'ismek sabih.

 

Hallihom ifahhruk il-hlejjaq kollha,

u l-aktar id-dawl sfiq ta' Ohtna x-Xemx

li twelled il jum gdid, u bl-isfa dija

turi, Mulej, li oghla minnek m'hemmx.

 

Mulejja, tkun imfahhar f'Huna l-Qamar,

fil-Kwiekeb sbieh go sema kbir, leqqien;

u f'Huna r-Rih, fis-shab, f'taqlib,

fi bnazzi li bihom tghajjex, b'seher il-holqien.

 

Mulejja, ha tkun imfahhar f'Huna l-Ilma,

irzin u safi wisq, mehtieg qatigh;

u f'Huna n-Nar li jaghti d-dawl fl-iljieli,

sbejjah u kollu hajja, qawwi, shih.

 

U f'Ohtna l-Art, Mulej, ha tkun imfahhar;

ahna nqisuha wkoll b'Ommna hanina

la hi minn hdanha trodd, biex ahna nghixu,

hxejjex, ilwien ta' ward, u l-frotta bnina.

 

Mulej, ha tkun imfahhar f'dawk li jahfru

u f'dawk li jgarrbu l-mard u kull tbatija

bla jgemgmu xejn, u dejjem ghal imhabbtek;

taghtihom Int kuruna ta' tgawdija".

 

Ma' ohtna il-mewt

Il-laqgha mal-Mulej kienet qieghda toqrob. Imma, biex jobdi lill-Kardinal Ugolino di Segni, il-Protettur ta' l-Ordni, San Frangisk qaghad ghal xi kura li riedu jaghmlulu f'ghajnejh it-tobba tal-Qorti Papali nnifisha. Dan kien f'Rieti fis-sena 1225; kienet kura li giebet maghha tbatijiet kbar fil-pazjent. Fl-ahhar sena ta' hajtu, fl-1226, San Frangisk ghadda perjodi qosra fi Siena u f'Cortona. F'dak iz-zmien, il-qaddis deher tant maghfus bl-ugigh b'mod li kulhadd haseb li kien sejjer imut. Fix-xahar ta' April, 1226, bil-mod il-mod u b'hafna waqfien, San Frangisk raga' ttiehed fil-belt ta' Assisi. Ghall-ewwel, hu nzamm fil-palazz ta' l-Isqof; imbaghad, ghall-ahhar ta' Settembru, hu gie trasportat fil-kunvent ghaziz tal-Porzjunkola.

 

Bil-paci fil-qalb tieghu, San Frangisk qaghad jistenna l-mewt li, b'kelmiet tant poetici, kien kantalha fil-"Ghanja tal-Hlejjaq":

 

Ha tkun imfahhar f'Ohtna l-Mewt tal-gisem

li jahrab minnha qatt ma jista' l-bniedem;

hazin ghal dak li jmut fid-dnub il-mejjet,

imbierek min imut fis-sliem u niedem.

 

Imbierek min il-Mewt issibu jaghmel

ir-rieda mqaddsa Tieghek bl-akbar hrara,

ghax jigi go Saltnatek; il-mewt l-ohra

titwarrab minnu bla taghmillu hsara.

 

Ejjew infahhru lill-Mulej u Sidna

u nizzuh hajr, ghal dejjem inberkuh;

bla xejn kburija f'galbna, b'gima kbira

ninxtehtu lkoll f'riglejh sabiex naqduh.

 

Il-qaddis Frangisku ghadda l-ahhar hinijiet ta' hajtu jimmedita fuq il-passjoni ta' Kristu li r-rakkont taghha nqralu mill-Vangelu ta' San Gwann. Flimkien ma' hutu religjuzi, hu ried igedded ukoll it-tifkira ta' l-ahhar cena tal-Mulej ma' l-appostli.

 

Il-mewt, li San Frangisk fil-"Ghanja tal-Hlejjaq" ried isejhilha "Ohtu", ma kenitx fil-boghod. Ir-religjuzi bdew ikantaw is-Salm 142: "B'lehen qawwi lill-Mule] insejjah; b'lehen gawwi lill-Mulej nitlob". U, lejn it-tmiem tas-Salm, meta tkantaw il-kelmiet: "Mill-habs ohrogni, biex inrodd hajr lil ismek. Madwari jduru l-gusti, ghax Int timxi tajjeb mieghi", ruhu harget minn gismu. Kien is-Sibt, 3 ta' Ottubru, 1226, filghaxija. San Frangisk kellu biss qrib il-45 sena.

 

F'dak il-waqt, kif kien fuq il-qiegha ta' l-art, mijiet ta' religjuzi u ta' persuni ohrajn raw il-pjagi li l-Mule] kien stampalu fil-gisem tieghu. Kif nizzlu l-kittieba ta' hajtu: "Hu kien qisu Kristu mnizzel minn fuq is-salib".

 

4 ta' Ottubru 1226

Billi ma nzul ix-xemx kien jitqies li bdiet il-gurnata ta' wara, it-tifkira ta' San Frangisk intrabtet dejjem mal-4 ta' Ottubru. Il-Hadd filghodu, li kien proprju l-4 ta' Ottubru, il-gisem tieghu, b'akkumpanjament tal-kleru u l-poplu, ittiehed minn Santa Marija ta' l-Angli ghall-knisja ckejkna ta' San Gorg. 'Il San Frangisk, ghaddewh minn magenb il-monasteru tas-Sorijiet Klarissi, f'San Damjan: fejn huma, minn bejn il-grati tal-monasteru, setghu jaraw u jqimu l-pjagi tal-gisem qaddis tieghu. Il-gisem inzamm f'San Gorg ghal erba' snin. Kien hemm li hu gie ddikjarat qaddis mill-Papa Girgor IX, habib kbir u ammiratur tieghu, fis-16 ta' Lulju, 1228.

 

Fil-25 ta' Mejju, 1230, il-fdal tieghu ttiehed fil-Bazilika gdida li nbniet fuq l-gholja li bdiet tissejjah "Colle del Paradiso": l-Gholja tal-Genna, waqt li, sa dak iz-zmien, kienet tissejjah l-gholja ta' l-infern. Fil-bini ta' dik il-bazilika tal-ghageb, il-mertu l-izjed kbir kien ta' Fra Elija ta' Cortona. Il-Papa Girgor IX, b'sinjal ta' qima lejn il-fdal ta' San Frangisk, lil dik il-Knisja riedha tissejjah "l-Omm u r-ras ta' l-Ordni kollu tal-Minuri", u hi baqghet dejjem is-Santwarju l-aktar ghaziz ta' l-Ordni Frangikan.

 

Frangiskani Konventwali u Riformi

Fil-bidu, ma kienx hemm hlief Ordni tal-Minuri wiehed. Dawn  malajr bdew jissejhu "Frangiskani". Meta nghidu "Frangiskani", ahna qatt ma nifhmu ghal xi Ordni Frangiskan partikulari; imma nifhmu ghal dawk l-Ordnijiet kollha li qeghdin jimxu fuq il-passi ta' San Frangisk, u jistghu bid-dritt jissejhu wliedu.

 

Dak l-Ordni, li twaqqaf direttament minn San Frangisk, ghal hafna snin, kien jissejjah "l-Ordni tal-Minuri". Sa mis-sena 1250, l-Ordni li twaqqaf direttament minn San Frangisk fis-sena 1209, issejjah ukoll tal-"Konventwali"; imma dan l-appellattiv ma kellux ghalfejn jintuza sakemm ma bdewx ir-riformi fi hdan l-Ordni Frangiskan. Ir-riforma l-izjed karatteristika hi dik li bdiet permezz tal-fratell Pawluccjo Trinci minn Foligno fis-sena 1368; din ir-riforma tat it-twelid lill-"Osservanti". Dawn baqghu jiddependu mill-Konventwali sas-sena 1517: meta hadu l-indipendenza taghhom. Imma bosta kienu r-riformi li hargu mill-Ordni Frangiskan. Fosthom, insibu r-Riformati, Kapuccini, Kolettani, Rekolletti, Alkantarini, u ohrajn. Riforma ta' importanza kbira kienet dik tal-"Kapuccini" li bdiet fis-sena 1525 permezz ta' Fra Mattew ta' Bascio u Fra Ludovik ta' Fossombrone.

 

Dawn it-tliet ferghat ewlenin ta' l-Ordni Frangiskana dahlu wkoll fil-gzira taghna. Il-"Frangiskani Konventwali" dahlu fir-Rabat lejn is-sena 1320 meta l-Ordni tal-Minuri kien ghadu ma bediex jinqasam. Il-"Frangiskani Osservanti" dahlu huma wkoll fir-Rabat lejn is-sena 1494. Il-"Frangiskani Kapuccini" dahlu l-Furjana lejn l-1588. Fis-sena 1897, ir-riformi frangiskani li kienu ghadhom jezistu (minbarra dik tal-Kapuccini) gew maghqudin flimkien. Ghal xi zmien, huma ssejhu "Frati Minuri ta' l-Unjoni Leonjana". Illum, l-Ordnijiet li jagharfu 'l San Frangisk bhala missierhom huma tlieta: Il-"Frangiskani Konventwali" (li twaqqfu direttament minnu), il-"Frangiskani Minuri" (li huma r-riformi kollha li gew maghqudin flimkien mill-Papa Ljuni XIII), u l-"Frangiskani Kapuccini" (riforma tas-seklu XVI).

 

Gismu kollu bhal ilsien

L-ispiritwalit ta' San Frangisk  baqghet tinhass anki wara li ghaddew mijiet ta' snin mill-mewt tieghu. Meta, fis-sena 1978, il-Frangiskani Konventwali, talbu lill-Papa Pawlu VI biex jaghmlu rikonjizzjoni gdida tal-fdal ta' dan il-missier qaddis taghhom, dawk kollha li ghexu fil-qrib hassew tqanqil spiritwali li ma hux tas-soltu. Ghalkemm id-dinja saret tant imkaxkra mill-affarijiet materjali, raga' gie kkonfermat dak li dwar San Frangisk kiteb Tommaso minn Celano, l-ewwel bijografu ta' hajtu: "Gismu kollu sar bhal ilsien". Dan ifisser li kull farka ta' dan il-gisem qaddis lilna ghadha tkellimna. Il-Bazilika ta' San Frangisk f'Assisi, li l-Frangiskani Konventwali minn dejjem harsuha b'tant ghozza, ghadha tigbed lejha pellegrini mid-dinja kollha kemm hi. Kulhadd jissahhar b'dik l-arti gotikafrangiskana. Kull bniedem jammira l-affreski ta' Giotto. Imma, fis-skiet u fil-hemda, il-qalb tal-bniedem thabbat iijed quddiem qabar semplici, imdawwar b'hitan minghajr ebda tlellix. Hemm, 'il dak il-bniedem li sar bhal Kristu iehor, inhossuh tant fil-qrib. Dak il-qabar ghadu jkellimna, u jistedinna biex naghmlu taghna dawk il-kelmiet li l-fqajjar Frangisku t'Assisi kiteb ghar-religjuzi tieghu: "Ir-Regola u l-hajja tal-Patrijiet Minuri hi din: li jharsu l-Evangelju Mqaddes ta' Sidna Ges Kristu".

 

Fid-dinja, il-paci hi tant nieqsa. San Frangisk, fi zmienu wkoll, tnikket ghall-mibeghda u l-firda ta' fost il-bnedmin. Hu kiteb fit-Testment li t-tama taghna ghandha tkun fil-paci tal-Mulej. Hu kiteb: "Il-Mulej nebbahni din it-tislima, biex nghidu: `Il-Mulej jaghtik is-sliem'."

 

Kelmiet fl-ghaxar kapitlu tar-Regola ta' San Frangisk huma programm ta' hajja ghal kull nisrani. Il-valur taghhom hu kbir ghaliex dawn ma humiex hlief l-istess kelmiet ta' Kristu l-Mulej: "Hobbu l-eghdewwa taghkom, u itolbu ghal dawk li jippersegwitawkom u jaqilghu glajja fuqkom. Imberkin dawk li jsofru l-persekuzzjoni minhabba l-haqq ghax taghhom hi s-saltna tas-smewwiet. Min, imbaghad, izomm shih sa l-ahhar, dan isalva".

 

Intemmu dan il-profit bil-karattru morali ta' San Frangisk, migbur minn Vita I ta' Tommaso ta' Celano, n.83:

 

Anglu ta' Qdusija li tqanqal

San Frangisk kien jitkellem  b'kelmiet hfief li jifhimhom kulhadd. Qalbu kienet tfur bl-imhabba lejn Alla u lejn hutu l-bnedmin. Kien bniedem li jbaxxi rasu halli jobdi minnufih. Il-hlewwa ta' mgiebtu ghamlitu jidher donnu xi anglu. Qatt ma kien jishon malajr, u kien dejjem lest biex jahfer minghajr ebda tnikkir. Kliemu wkoll kien jigbdek u, gabel ma jwiddeb, kien jizen kull kelma li jghid. Jekk kont tafdalu xihaga f'idejh, hu kien jaghmilha bir-reqqa kollha. Il-hidma tieghu halliet frott kotran. Jekk iwieghed xihaga, hu kien izomm kelmtu. It-triq ta' kull virt kienet ir-regola ta' hajtu. Hu kien originali fi hsebijietu, ta' memorja tajba, f'xi diskussjoni jaf isib dak li hu essenzjali, u b'ghaqal kbir jaghti l-fehma tieghu. Hu kien iebes mieghu innifsu, imma ta' hniena kbira ma' l-ohrajn. Mhux ta' xejn li kulhadd kien ihobbu.

<<|werrej|>>


Ir-rakkont huwa mehud mill-Ktejjeb ta' Patri Alexander Bonnici OFMConv, San Frangisk t'Assisi (1182-1226), Religjon u Hajja, Hajjiet 16, Malta 1989.

Assisi 3.7.2003


 

F'dinja ta' mibeghda, vjolenza,

u gwerer, kulhadd jitfa' harstu fuq San Frangisk li dejjem

xtaq li Alla jaghmel minnu strument

tal-paci tieghu.