San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Il-Milied fi Greccio 1223

San Frangisk iccelebra il-lejl tal-Milied


 Mill-Ewwel Hajja ta’ San Frangisk ta’ Tomaso da Celano


Xieraq infakkru bil-qima kollha dak li Frangisku ccelebra f’jum il-Milied tal-Mulej fi Greccio 1223  tliet snin qabel il-mewt tieghu.

 

F’dawk l-inhawi kien hemm ragel jismu Giovanni, ragel ta’ fama tajba u hajja ezemplari.  Dan kien habib ghaziz tal-qaddis Frangisku.  Ghalkemm kien ragel nobbli u meqjum hafna f’dawk l-inhawi, kien iqis aktar in-nobiltà ta’ l-Ispirtu milli dik tal-gisem.  Xi gimghatejn qabel il-festa tal-Milied, il-Qaddis Frangisku, kif spiss kien jaghmel, sejjahlu lejh u qallu: “jekk trid li niccelebraw fi Greccio t-Twelid ta’ Gesù, mur qabli u hejji dak kollu li se nghidlek, jien nixtieq nuri quddiem kulhadd lit-tfajjel li twieled f’Betlehem, u b’mod nara bl-ghajnejn tal-gisem it-tbatija kollha li sab ruhu fiha Gesù minhabba li kienu jonqsuh il-hwejjeg mehtiega ghal tarbija tat-twelid.  Nixtieq nara kif kien mimdud fil-maxtura fuq it-tiben bejn il-baqra u l-hmara”.  Malli semghu jghid dan, il-habib devot u fidil mar mimli hegga biex ihejji dak li kien mehtieg fil-post maghzul, skond ix-xewqa tal-qaddis.

 

Hekk wasal il-mument ta’ ferh, iz-zmien li fih kulhadd jithenna! Ghall-okkazjoni jew imsejhin hafna patrijiet minn diversi inhawi; irgiel u nisa bdew jaslu bil-ferh mill-irziezet ta’ dawk l-inhawi, kull wiehed u wahda skond ma setghu, gew igorru xemghat u fjakkli biex idawwlu dak il-lejl, li fih giet mixghula b’dija fis-sema dik il-kewkba li dawwlet il-jiem u z-zminijiet kollha.  Fl-ahhar wasal wkoll Frangisku u ra li kollox kien imhejji kif xtaq u deher kollu ferhan.  Hu resaq jirranga il-maxtura, qieghed it-tiben u dahhal il-baqra u l-hmara.  F’dik ix-xena li tqanqal dehret tiddi s-semplicità tal-Vangelu, kien jintwera tifhir lill-faqar, giet murija l-umiltà.  Greccio kien sar Betlehem gdid.

 

Dan il-lejl kien car daqs il-jum fil-milja tieghu u kien lejl ta’ hlewwa ghall-bnedmin u ghall-bhejjem  In-nies kienet tigri biex tgawdi dak il-ferh li qatt ma hasset bhalu qabel quddiem dak il-misteru gdid. Il-post beda jidwi bl-ilhna u l-blat gholi u samm beda jinstema’ fih l-eku l-ghana tal-festa tal-korijiet. Il-patrijiet bdew ikantaw tifhir maghzul lill-Mulej u l-lejl deher donnu jaqbez bil-ferh.

 

Il-qaddis kien hemm qisu mitluf f’estasi quddiem il-presepju. L-ispirtu tieghu kien jitqanqal bil-hlewwa tal-hniena u tal-ferh li ma jitfissirx.  Imbaghad is-sacerdot beda jiccelebra l-Ewkaristija b’mod solenni fuq il-maxtura, u Frangisku deher li qieghed iduq farag li qatt ma kien hassu qabel.

 

Frangisku kien libes l-ilbies ta’ Djaknu, ghax kien djaknu.  B’lehen jidwi u hlejju beda jkanta il-Vangelu Mqaddes.  Dak il-lehen qawwi u helu, car u kollu hlewwa ta’ melodija, ghaxxaq lil kulhadd ghax-xewqa tas-sema.  Imbaghad beda jfisser il-Kelma lin-nies, bi kliem l-aktar helu gabilhom mill-gdid quddiem ghajnejhom it-twelid tas-Sultan Fqir u l-belt ckejkna ta’ Betlehem.  Ta spiss meta kien isemmi l-isem ta’ Gesù Kristu, mheggeg b’imhabba tas-sema, kien isejjahlu: “it-Tfajjel ta’ Betlehem”, u dak l-isem ta’ “betlehem” kien ilissnu bhallikieku kien hoss tal-karba ta’ naghga. Kull darba li kien jghid “it-Tfajjel ta’ Betlehem” jew “Gesù” kien jilghaq xuffejh b’ilsienu, kwazi biex iduq u jzomm ghalih il-hlewwa kollha ta’ dawk il-kelmiet.

 

Hemmhekk dehru bl-abbundanza d-doni ta' Dak li jista` kollox. Wiehed minn dawk li kienu prezenti, ragel ta’ virtù, kellu vizjoni ta’ l-ghageb.  Deherlu li t-tfajjel ckejken kien mimdud bla hajja fil-maxtura.  Frangisku resaq lejh u donnu qajmu minn naghsa profonda.  Din il-vizzjoni ta’ l-ghageb ma kienetx f’nuqqas ta’ qbil mal-fatt, ghaliex ghall-merti tal-qaddis, it-tfajjel Gesù rega' tqajjem fil-qlub ta’ hafna, li kienu nsewh u t-tifkira tieghu baqghet stampata fil-mohh taghhom.

 

Wara li ntemmet dik il-vgili solenni, kulhadd rega’ lura lejn daru mimli b’ferh li ma jitfissirx.  It-tiben li kien imqieghed fil-maxtura gie mhares u mizmum, sabiex permezz tieghu l-Mulej fil-hniena tieghu ifejjaq il-bhejjem tat-tghabija u l-ohrajn kollha.  U gara tassew li f’dawk l-inhawi, l-bhejjem tat-tghabija u l-annimali l-ohra, li kienu ntlaqtu minn mard, wara li kielu dak it-tiben gew mehlusin mill-mard taghhom. Mhux biss, imma n-nisa wkoll, dawk li kellhom hlas difficili u ta’ tbatija malli qieghdu fuqhom ftit minn dak it-tiben, irnexxilhom iwelldu bil-ferh.  Bl-istess mod, diversi rgiel u nisa regghu kisbu sahhithom.

 

Illum dak il-post gie ikkonsagrat lill-Mulej u fuq il-presepju nbena altar u giet iddedikata knisja f’gieh San Frangisk, sabiex hemmhekk fejn darba l-annimali kielu t-tiben, issa l-bniedem jistghu jieklu l-gisem tal-Haruf bla tebgha u l-aktar safi, Gesù Kristu Sidna, li hu l-ikel li jmantni r-ruh u li jqaddes il-gisem, u li ta lilu nnifsu ghalina b’imhabba bla tmiem.  Hu li mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu jghix u jsaltan igglorifikat ghal dejjem ta’ dejjem. Amen “

 

Mill-Ewwel Hajja ta’ San Frangisk ta’ Tomaso da Celano,

84-87

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher f'il-Mument, tat-2 ta' Ottubru 1994, fil-parti ta' Twemmin, pagni 12-13

Assisi 23.4.2003


 

Fl-ahhar wasal wkoll Frangisku,

ra li kollox kien imhejji kif xtaq u deher kollu ferhan. 

Hu resaq jirranga

il-maxtura, qieghed

it-tiben u dahhal

il-baqra u

l-hmara. 

 

F’dik ix-xena li tqanqal dehret tiddi s-semplicità tal-Vangelu, kien jintwera tifhir

lill-faqar,

giet murija

l-umiltà.

 

Greccio kien sar Betlehem gdid.