San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Quddiem il-Kurcifiss

Frangisku jisma' il-vuci ta' Ges¨


 mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji


Meta kien miexi qrib il-knisja ta' San Damjan, l-Ispirtu nebbhu biex jidhol gewwa biex jitlob. Malli dahal, beda jitlob b'herga kbira quddiem xbieha tal-Kurcifiss, li kellmu b'lehen mimli hlewwa u tjubija:

 

"Frangisku, mintix qed tara kif id-dar tieghi qed tiggarraf? Mur, mela, u ibnieha mill-gdid ghalija". Mimli staghgib u mrieghed hu wiegeb: "Bil-qalb kollha, Mulej". Ghaliex hu fehem li l-Kurċifiss kien kellmu fuq dik il-knisja, li kienet ghoddha se tiggarraf minhabba l-qedem taghha. Tant imtela' b'ferh u tant iddawwal b'dak il-messagg, li f'ruhu kien jaf li kien tassew Kristu msallab li kien kellmu.

 

Malli hareg mill-knisja, hu sab qassis bilqieghda hemmhekk, u filwaqt li dahhal idu fil-horga, offrielu l-flus. "Sinjur," qallu, "nitolbok, ixtri ftit zejt u zomm id-dawl mixghul il-hin kollu quddiem il-Kurċifiss. Meta l-flus jispiccawlek, nerga' naghtik kemm ikollok bzonn".

 

Minn dak il-hin, qalbu kienet migruha u kienet tinhall meta kien jiftakar fil-passjoni tal-Mulej. Sakemm dam haj, hu dejjem kien igorr il-griehi tal-Mulej Ges¨ fil-qalb tieghu. Dan deher b'mod car wara, fit-tigdid ta' dawk il-griehi li gew imnaqqxa b'miraklu u li dehru jiddu fil-gisem tieghu.

 

...Kien ukoll quddiem dan il-Kurċifiss li Franġisku sawwar talba li tesprimi x-xewqa tieghu li jiskopri Alla xi jrid minnu:

 

O Alla, l-aktar gholi u glorjuż,

dawwal id-dlamijet ta' qalbi.

Sawwab fija fidi vera,

tama ċerta,

u mbabba perfetta.

Mulej, aghtini ghaqal u gherf

biex naghmel ir-rieda vera u mqaddsa tieghek.

 

mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji ta' San Frangisk,

Kapitlu V, 13-14

<<|werrej|>>


Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, nru 64 April - Gunju 2002, 16.

Assisi 6.7.2003


 

il-Kurcifiss kellmu b'lehen mimli hlewwa

u tjubija:

 

"Frangisku, mintix qed tara kif

id-dar tieghi qed tiggarraf? Mur, mela,

u ibnieha mill-gdid ghalija"