San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Re tal-Festi

Frangisku beda jirtira mill-istorbju tad-dinja


 mill-Leggenda tat-Tliet shab ta' San Frangisk


Wara ftit jiem li rega' lura lejn Assisi, lejl minnhom shabu ghazluh bhala mexxej biex, skond kif kien jidhrilu, ihallas l-ispejjez kollha taghhom. Hu hejja ikla mill-ifjen, kif kien imdorri jaghmel fil-passat.

 

Meta hargu mid-dar imxebbghin sa ruh ommhom bl-ikel u l-inbid, kemm hu kif ukoll shabu bdew iduru mat-toroq tal-belt ikantaw, u hu kellu f'idu l-bastun jew xettru ta' l-ufficcju tieghu bhala mexxej tal-kumpanija, imma beda jibqa' kemmxejn warajhom, u ma kienx ikanta imma deher hosbien hafna. U hekk hu li f'daqqa wahda zaru l-Mulej, u tant imlielu qalbu bil-hlewwa li ma kienx kapaci jitkellem jew jiccaglaq. Xejn aktar ma kien jiswielu jhoss jew jisma' hlief din il-hlewwa, li begheditu minn kull sens ta' pjacir tal-gisem tant, li kif kien jghid hu nnifsu aktar tard, kieku dak il-hin kienu jqattghuh bcejjec, ma kienx ikun jista' jiccaqlaq.

 

Meta shabu harsu lura u rawh tant mitluf 'il boghod minnhom, regghu lura hdejh mistaghgbin ghax rawh donnu mibdul fi bniedem iehor. Huma bdew jistaqsuh u jghidulu: "F'hiex qieghed tahseb hekk li ma tridx tigi warajna? Forsi qieghed tahseb biex tizzewweg?"

 

Hu wegibhom b'lehen qawwi: "Ghandkom ragun, ghaliex jiena qed nahseb li nizzewweg tfajla li hi aktar nobbli, sinjura u sabiha milli intom qatt rajtu".

 

Huma bdew jiddiehqu bih. Hu kien qal hekk mhux imqanqal minnu nnifsu, imma ispirat mien Alla: fil-fatt din l-istess gharusa kellha tkun ir-religjon vera li hu haddan, li hi aktar nobbli, sinjura u sabiha mill-ohrajn minhabba l-faqar taghha.

 

Minn dik is-siegha hu beda jqis lilu nnifsu bhala li ma ghandux valur u beda jiddisprezza dak kollu li qabel kien ihobb. Imma billi kien ghadu ma inqatax mill-frugha tad-dinja ghal kollox, din il-bidla kienet ghadha mhijiex perfetta.

 

Hu beda jirtira mill-istorbju tad-dinja, u beda jfittex bir-reqqa li fil-bniedem ta' gewwa jahbi lil Ges Kristu bhal dik il-gawhra li xtaq jixtriha, u biegh kollox, u hbieha mill-ghajnejn ta' dawk li jghaffguha taht saqajhom. Ta' spiss, u kwazi kuljum, kien jirtira wahdu biex jitlob. Kien imbuttat biex jaghmel hekk mill-istess hlewwa li kien hass qabel, u li issa bdiet izzuru aktar ta' spiss, u li kienet timbuttah biex jieqaf jitlob fil-pjazza jew f'postijiet ohrajn pubblici.

 

mill-Leggenda tat-Tliet shab ta' San Frangisk,

Kapitlu III, 7-8.

<<|werrej|>>


Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, Jannar-Marzu 2002, 17.

Assisi 9.7.2003


Shab

Frangisku ghazluh bhala

ir-Re

tal-Festa biex,

skond kif kien jidhrilu, ihallas

l-ispejjez kollha taghom.

Hu hejja ikla mill-ifjen,

Meta shabu harsu lura

u raw li

Frangisku tant mitluf

'il boghod minnhom, regghu

lura hdejh mistaghgbin ghax rawh donnu mibdul fi bniedem iehor.