San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Laqgha mal-Lebbruz

Frangisku jirbah lilu nnifsu u jghannaq il-lebbruz


 mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji


Jum minnhom, waqt li kien qieghed jitlob bil-herga lill-Mulej, sema' din it-twegiba: "Frangisku, dak kollu li kont thobb skond il-gisem u li kont tixtieq li takkwista issa jaqbel li inti tistmerru u toboghdu, jekk trid tkun taf ir-rieda tieghi. Ghax malli inti tibda taghmel hekk, dak kollu li qabel kien artab u helu ghalik isir morr u ma tkunx tiflah tissapportih, filwaqt li dak li qabel kont titwerwer minnu joffrilek hlewwa kbira u ferh immens".

 

Mimli hena b'dak li sema' u imfarrag fil-Mulej, jum minnhom kien riekeb iz-ziemel qrib Assisi, u iltaqa' wicc imb'wicc ma' lebbruz. Hu kien jitwerwer hafna meta kien jara l-lebbruzi, imma dak inhar dlonk nizel miz-ziemel u lil-lebbruz tah il-flus u bieslu idu. Wara li laqa' l-bewsa tal-paci minghandu rega' rikeb iz-ziemel u kompla fi triqtu. Hu beda jgis lilu nnifsu b'disprezz dejjem akbar, sakemm bil-grazzja ta' Alla rnexxielu jasal ghal rebha shiha fuqu nnifsu.

 

Wara ftit granet, ha mieghu kemxa flus gmielha u mar fl-ospizju tal-lebbruzi. Hu gabarhom flimkien u lil kull wiehed minnhom tah il-karit u bieslu idu.

 

Meta telaq minn hemm, dak li qabel kien deherlu li hu morr, jigifieri li jara u jmiss il-lebbruzi, inbidel ghalih fi hlewwa.  Ghax hu, kif kien jghid, kienet ghalih xi haga morra li jara l-lebbruzi, u mhux biss ma kienx irid jarahom, imma lanqas ma kien ikun irid jersaq lejn fejn kienu joqoghdu u jekk xi darba kien jinzerta li jrid jghaddi minn hdejn il-lazzaretti taghhom jew jarahom, ghalkemm kien ikun imqanqal mill-hniena biex jaghtihom karit permezz ta' persuna ohra, hu kien idawwar wiccu u jsodd imniehru b'idejh stess. Bl-ghajnuna tal-grazzja ta' Alla sar habib hu familjari mal-lebbruzi, tant li,kif jixhed fit- Testment tieghu, kien joqghod maghhom u jaqdihom bl-umilt.

 

Mibdul ghat-tajjeb wara z-zjara lil-lebbruzi, kien jiehu mieghu lil siehbu, li kien ihobbu hafna, u jmorru f'postijiet imwarrba, filwaqt li jghidlu li hu kien sab tezor kbir u prezzjuz. Dan iz-zaghzugh kien jifrah mhux ffit u kien imur bil-qalb mieghu kull meta kien jghajjatlu.

 

Frangisku ta' spiss kien jiehdu fi kripta hdejn Assisi, u hemmhekk kien jidhol wahdu, u jhalli lil siehbu barra, mimli hegga ghal dan it-tezor. Kien ikun ispirat minn spirtu gdid u singulari, kien jitlob lill-Missieru fil-mohbi, u ma kien ikun irid lil hadd isir jaf dak li kien jigri hemm gew, hlief Alla biss li hu kien jitolbu biex jaghtih dan it-tezor tas-sema.

 

L-ghadu tal-bnedmin, meta kien josservah, kien jipprova jigbdu mit-tajjeb li kien beda jaghmel billi jnissel fih il-biza' u t-terrur. F'Assisi kien hemm mara, li kienet hotbija u deformata, li d-demonju, meta kien jidher lill-bniedem ta' Alla, kien ta' spiss igibhielu quddiem ghajnejh. Kien jheddu li jaghmlu bhalha jekk kien ikompli fil-pjan li hu kien iddecieda li jwettaq. Imma s-suldat qawwi ta' Kristu  kien jichad it-theddid tax-xitan, u fil-kripta kien jitlob bil-qima lil Alla halli jmexxih fi triqtu.

 

Kien jissapporti tbatijiet kbar u ansjet mentali, u ma kienx jista' jistrieh sakemm ma kienx wettaq dak li fassal f'mohhu. Kienu jiguh hsibijiet wiehed wara l-iehor, u tant kienu jkunu insistenti li kienu jifnuh. Minn gewwa kien jaqbad b'nar divin, u ma kienx jista' jikkontrolla minn barra l-fjamma li kienet taqbad f'qalbu. Kien jiddispjacih li dineb b'mod tant gravi. Ghalkemm il-hazen ta' l-imghoddi u tal-prezent ma kienx joghgbu izjed, hu xorta kien ghadu incert jekk ikunx jista' jevitah fil-gejjieni. Ghaldaqstant kull meta kien johrog mill-kripta, ghal siehbu kien jidher qisu mibdul fi bniedem iehor.

 

mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji ta' San Frangisk,

Kapitlu IV, 11-12

 

<<|werrej|>>


Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, Jannar-Marzu 2002, 18-19.

Assisi 9.7.2003


 

Jum minnhom

Frangisku kien riekeb iz-ziemel

qrib Assisi,

u

iltaqa' wicc imb'wicc

ma' lebbruz. Hu kien jitwerwer hafna meta kien jara

l-lebbruzi, imma dak inhar

dlonk nizel miz-ziemel

u lil-lebbruz tah il-flus

u bieslu idu.

 

Wara li

laqa' l-bewsa tal-paci minghandu rega' rikeb

iz-ziemel

u kompla

fi triqtu.