San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Missier fis-Smewwiet

Frangisku jinza minn kollox quddiem l-isqof


mill-Legenda Maior ta San Bonaventura


L-esperjenza ta' Persekuzzjoni minn missieru lil Frangisku sahhitu aktar, u kompliet heggitu izjed biex il-hidma li kien beda, iwassalha ghat-tmiem. Kull ma ghadda minn ghalih fakkru fil-kliem tal-Vangelu: "Henjin dawk li huma ppersegwitati minhabba s-sewwa, ghax taghhom hija s-Saltna tas-smewwiet" (Mt 5,10).

 

Meta ghadda ftit tan-zmien u missieru kien barra l-pajjiz, ommu, li xejn ma kienet qablet mal-mod kif kien gab ruhu zewgha, u ma kellha ebda tama li binha kien ser jerga' lura mid-decizjoni li ha, hallitu mill-ktajjen biex imur fejn irid. Frangisku, imbaghad, radd hajr lill-Mulej li jista' kollox, u telaq lura lejn il-post fejn kien jghix qabel (f'San Damjan).

 

Izda meta missieru gie lura u ma sabux id-dar canfar bl-ahrax lil martu, u kollu imberhen, erhielha lejn dak il-post bil-hsieb li, jekk ma kienx jista' jgibu lura, jara kif jaghmel u jbieghdu minn dawk l-inhawi.

 

Imsahhah minn Alla, Frangisku mar minn rajh jiltaqa' wicc 'imb wicc ma' missieru mghaddab ghall-ahhar, u b'lehen hieles ghajjat li minn xejn aktar ma kien jimpurtah: la mill-ktajjen u lanqas mis-swat tieghu, u ghall-isem ta' Ges hu kien lest li jsofri bil-ferh kull tbatija.

 

Meta missieru ra li mhux se jirnexxilu jgibu lura, beda jhewden f'mohhu dwar x'seta' jaghmel biex almenu jahtaf taht idejh dik il-kemxa flus. Meta fl-ahhar sabhom f'hogor it-tieqa, is-sahna li kellu fuqu birdet xi ftit, u l-ghatx tar-reghba ttaffa b'xi mod b'dik ix-xarba ta' flus.

 

Imbaghad, dak il-missier li kien jahsibha biss skond il-gisem, ittenta jiehu lill-iben il-grazzja, imnezza' minn kull sold, quddiem l-isqof tal-belt. Ghamel dan bil-hsieb li jqieghlu jichad quddiemu ghal kull wirt li seta' jmissu mill-familja, u fl-istess hin irodd lura l-gid kollu li kellu. Frangisku, il-veru habib tal-faqar, laqa' bil-qalb il-proposta, u bla telf ta' zmien u minghajr tnikkir, erhielha ghal quddiem l-isqof.

 

Kif wasal hemm ma qaghadx jistenna kliem, u lanqas hu ma lissen kelma, imma malajr, malajr neza' hwejjgu u tahom lura lil missieru. Kien dak il-hin li wiehed seta' jinduna li l-bniedem ta' Alla, taht dak l-ilbies fin, kien imhazzem b'cilizzju fuq il-laham. U bhallikieku fis-sakra bil-hegga tal-ghageb ta' l-ispirtu, nehha wkoll il-hwejjeg ta' taht, neza' gheri ghal kollox quddiem kulhadd, u qal lil missieru: "Sa issa, fuq din l-art, sejjaht lilek b'missieri, imma minn issa 'l quddiem nista' nghid b'sigurt akbar: Missierna li inti fis-smewwiet (Mt 6,9), ghax fih qeghidt it-tezor kollu tieghi, u hallejt f'idejh it-tama tieghi kollha".

 

L-isqof, meta ra dan, baqa' mistaghgeb ghall-ahhar bil-hegga bla tarf li kellu tikbes fih il-bniedem ta' Alla; qam malajr u, bid-dmugh f'ghajnejh, haddnu mieghu. Ta' ragel twajjeb u hanin li kien, ghattieh bl-istess mantell li kien liebes hu, u ordna lill-qaddejja tieghu jaghtuh xi lbies biex jinsatar. Tawh mantell fqir u mqatta' li kien ta' wiehed bidwi, qaddej tal-isqof. Frangisku hadu bil-ferh u, b'idejh stess, ghamel fuqu s-sinjal tas-salib bil-gibs. Hekk ghamlu lbies xieraq biex jostor ragel imsallab u nofsu gheri.

 

B'dan il-mod il-qaddej tas-Sultan l-Aktar Gholi safa mnezza biex gheri jkun jista' jimxi wara l-Mulej msallab li kien tant ihobb. Hekk, armat tajjeb kif kien bis-salib, huwa seta' jafda ruhu fil-ghuda tas-salvazzjoni, u biha jigi salvat min-nawfragju ta' din id-dinja.

 

Mill-Legenda Maior ta San Bonaventura, II: 3-4.

<<|werrej|>>


Dan ir-rakkont huwa mehud mill-ktieb San Bonaventura, Il-Hajja ta San Frangisk, Is-sigra tal-Hajja, il-Mixja tar-Ruh lejn Alla, traduzzjoni ta Guzepp Beneditt Xuereb ofm, Edizzjoni TAU 1998.

Assisi 11.7.2003


Frangisku

neza' gheri ghal kollox quddiem kulhadd,

u qal lil missieru:

"Sa issa,

fuq din l-art, sejjaht lilek b'missieri, imma

minn issa

'l quddiem nista' nghid b'sigurt akbar: Missierna

li inti

fis-smewwiet (Mt 6,9), ghax fih qeghidt

it-tezor kollu tieghi,

u hallejt f'idejh

it-tama

tieghi kollha".