San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Il-Laqgha mal-Vangelu

Frangisku jaghraf li kellu jghix skond il-Vangelu


mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji


Waqt li l-imqaddes Frangisku kien qieghed itemm ix-xoghol fuq il-knisja ta' San Damiano, hu kien jilbes tonka ta' eremit, bil-hatar f'idu, bl-ghata tar-riglejn, u cinturin tal-gild madwar qaddu. Jum minnhom kien qieghed fil-quddiesa, u sema' dak li Kristu qal lid-dixxipli tieghu meta baghathom jippriedkaw, billi wissiehom biex ma jgorrux deheb jew fidda, jew horga jew but, la hobz, la jkollhom hatar ghat-triq, la qorq u lanqas zewg ilbiesi (cfr. Mt 10,9-10; Lq 9,3;10,4). Wara li fehem dan kollu b'mod aktar car bl-ispjega tal-qassis, mimli b'ferh li ma jitfissirx qal: "Dan hu dak li nixtieq naghmel bil-qawwa tieghi kollha".

 

Ghaldaqstant, wara li ftakar bl-amment dak kollu li sema' u wettqu bil-ferh, hu nehha l-libsa ta' fuq bla dewmien, u minn dak il-waqt ma zammx aktar il-hatar, il-qorq, il-horga jew but. Hu ghamel ghalih innifsu tonka li ma tiswa xejn u harxa, u wara li rema c-cinturin, thazzem b'habel. Hu qieghed il-kura kollha ta' qalbu biex josserva dawn il-kelmiet ta' grazzja gdida kemm seta', u bl-ispirazzjoni divina, sar habbr tal-perfezzjoni evangelika u bi kliem semplici beda jippriedka l-penitenza fil-pubbliku. Il-kliem tieghu ma kienx vojt, jew bla sens, jew iqanqal iz-zufjett, imma kien mimli bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu u kien jidhol sa fil-gewwieni tal-qalb, tant li kien iqajjem staghgib kbir f'dawk kollha li kienu jisimghuh.

 

Kif kien jixhed aktar tard, hu kien tghallem bir-rivelazzjoni tal-Mulej din it tislima, jigifieri: "Il-Mulej jaghtik is-sliem!"  U ghalhekk, fil-priedki tieghu kollha, hu kien isellem lin-nies fil-bidu tal-priedka b'din it-tislima tas-sliem.

 

Hu tassew fatt ta' l-ghageb, jekk mhux ukoll mirakoluz, li din l-istess tislima kienet tigi mhabbra qabel il-konverzjoni tieghu minn certu prekursur li ta' spiss kien idur 'l hawn u 'l hemm (Assisi u jsellem b'dan il-mod: "Paci u gid! paci u gid!" . Minn dan nistghu nemmnu bil-qawwa li, kif Gwanni habbar minn qabel lil Kristu, imma mbaghad warrab meta Kristu beda jippriedka, hekk ukoll bhal Gwanni iehor dan ir-ragel gie qabel Frangisku biex ihabbar din it-tislima ta' sliem, imma mbaghad meta dan beda jippriedka, ma kienx jidher bhal qabel.

 

Ghaldaqstant, il-bniedem ta' Alla Frangisku, mill-ewwel u mimli bl-ispirtu tal-profeti u skond dak li tghid silta mill-profeti, wara dik it-tislima tal-habbar tieghu beda jhabbar hu wkoll is-sliem, u jxandar is-salvazzjoni, u bit-twissijiet tieghu gab il-paci tassew lil dawk li qabel kienu jghixu fin-nuqqas ta' qbil ma' Kristu u kienu 'l boghod mis-salvazzjoni.

 

Meta l-verit tat-taghlim semplici ta' l-imqaddes Frangisku kif ukoll il-hajja tieghu bdew isiru maghrufin minn hafna, sentejn wara l-konverzjoni tieghu, xi rgiel bdew jitqanqlu biex jaghmlu penitenza bl-ezempju tieghu, u wara li hallew kollox, inghaqdu mieghu fil-hajja u fl-ghamla ta' libsa tieghu. L-ewwel wiehed fosthom kien fra Bernardo, ta' tifkira qaddisa.

 

Dan meta kien iqis il-hidma bla heda u l-hegga ta' l-imqaddes Frangisku ghas-servizz divin, jigifieri kif hu kien qieghed jahdem bla waqfien biex isewwi l-knejjes imwaqqghin, u kif kien jghix hajja ta' tghakkis, filwaqt li meta kien ghadu fid-dinja kien jghix fil-lussu, iddecieda fil-qalb tieghu li dak kollu li kellu jaghtih lill-foqra, u jinghaqad mieghu bil-qawwa fil-hajja u fl-ghamla ta' lbies tieghu.

 

Ghalhekk jum minnhom, resaq bil-mohbi lejn il-bniedem ta' Alla, u gharrfu bil-pjan tieghu, u stiednu biex dak in-nhar filghaxija jigi ghandu d-dar. L-imqaddes Frangisku radd hajr lil Alla, ghax sa dak il-hin ma kellux lil hadd bhala siehbu, u imtela b'ferh kbir, l-aktar ghaliex Messer Bernardo kien ragel ta' fama kbira.

 

L-imqaddes Frangisku ghalhekk gie fid-dar ta' Bernardo fil-lejla miftiehma, u qalbu mimlija b'ferh kbir, qaghad il-lejl kollu mieghu. Fost hwejjeg ohra, Messer Bernardo qallu: "Jekk xi hadd izomm il-gid, hafna jew ftit, ta' sidu ghal bosta snin, u mbaghad ma jkunx irid izommu izjed, x'inhi l-ahjar haga li ghandu jaghmel b'dan il-gid?". L-imqaddes Frangisku wiegbu li ghandu jrodd lura lil sidu dak li jkun ircieva minn ghandu. U Messer Bernardo kompla: "Mela, hija, il-gid kollu tad-dinja li ghandi jiena rrid li ghall-imhabba ta' Alla li tahuli naghtih lura bl-ahjar mod li jidhirlek int". Ghal dan il-kliem il-qaddis qal: "Filghodu kmieni mmorru fil-knisja u nkunu nafu dak li l-Mulej jghallem lid-dixxipli tieghu billi nikkonsultaw il-ktieb ta' l-Evangelji".

 

Filghodu kmieni qamu, u flimkien ma' ragel iehor jismu Pietro li wkoll xtaq isir wiehed mill-ahwa, waslu fil-knisja ta' San Nicol magenb il-pjazza tal-belt ta' Assisi. Huma dahlu biex jitolbu, imma billi kienu semplici, ma kienux jafu kif isibu l-kliem ta' l-Evangelju dwar ic-cahda tal-gid. Ghalhekk huma talbu bil-qima kollha lill-Mulej biex ma' l-ewwel darba li jifthu l-ktieb jurihom ir-rieda tieghu ghalihom.

 

Wara li temmew it-talb, l-imgaddes Frangisku ha f'idejh il-ktieb maghluq, u gharkubbtejh quddiem l-altar fethu. Ma' l-ewwel darba li fethu deher quddiemu dan il-parir tal-Mulej: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigh il-gid li ghandek, aghtih lill-foqra u jkollok tezor fis-sema" (Mt 19,21).

 

L-imqaddes Frangisku ferah bil-kbir u radd hajr lil Alla. Imma billi kien iqim tassew lit-Trinit, xtaq li din ix-xhieda tigi ikkonfermata tliet darbiet. Ghalhekk fetah il-ktieb ghat-tieni u ghat-tielet darba. Fit-tieni darba li fethu gew quddiem ghajnejh il-kelmiet: "Tiehdu xejn maghkom ghat-triq" (Lq 9,3) . Fit-tielet darba mbaghad: "Jekk xi hadd irid jigi warajja, ghandu jichad lilu nnifsu", ecc (Mt 16,24; Lq 9,23).

 

L-imqaddes Frangisku, kull darba li kien jiftah il-ktieb, kien irodd hajr lil Alla tallli ikkonfermalu l-pjan tieghu u x-xewqa li kien ilu jghozz ghal zmien twil. Wara li t-tielet konferma giet murija u spjegata, hu qal lill-irgiel li kienu mieghu, jigifieri Bernardo u Pietro: "L-ahwa, din hi l-hajja u r-regola taghna u ta' dawk kollha li jridu jinghaqu maghna. Morru, mela, u wettqu dak kollu li smajtu".

 

Imbaghad Messer Bernardo, li kien ghani hafna, mar u bigh dak kollu li kellu u, wara li gabar kemxa flus gmielha, qassam kollox lill-foqra tal-belt. Pietro wkoll wettaq dak li sab fil-parir divin skond kif seta'.

 

Wara li helsu minn kollox, it-tnejn li huma rcevew it-tonka li l-qaddis kien jibes wara li kien nehha l-libsa ta' eremit. Minn dak il-hin bdew jghixu mieghu skond il-forma ta' l-Evangelju mqaddes li l-Mulej kien uriehom. U ghalhekk Frangisku fit-Testment tieghu jghid: "Il-Mulej innifsu nebbahni li kelli nghix skond il-ghamla ta' l-Evangelju mqaddes".

 

mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji,

Kapitlu VIII, 25-29

<<|werrej|>>


Dan ir-Rakkont gie mehud mill-Ktieb Ahna li ghexna mieghu, il-Hajja ta' San Frangisk t'Assisi mill-pinna ta' l-Ewlenin Shabu, Leggenda dei Tre Compagni u Anonimo Perugino, Traduzzjoni ta' Patri Noel Muscat OFM, Edizzjoni Taw, Malta 2002. 40-44.

Assisi: 11.7.2003


Frangisku

jaghraf li kellu jghix skond

il-Vangelu.

 

Wara

li fehem

dan kollu

li qara

fil-Vangelu

b'mod aktar car

bl-ispjega

tal-qassis, mimli b'ferh

li ma jitfissirx qal: "Dan hu dak li nixtieq naghmel

bil-qawwa tieghi kollha".