San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Ghand il-Papa f'Ruma

Frangisku jitlob il-barka tal-Papa


mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji


Meta l-imqaddes Frangisku ra kif il-Mulej kabbar fill-ahwa fin-numru u fil-merti, issa li huma kienu tnax irgiel mill-aktar perfetti li kienu jhossu l-istess ideajli, hu qal lill-hdax, billi hu kien it-tnax il-wiehed u missierhom: "L-ahwa, qieghed nara li l-Mulej fil-hniena tieghu jrid ikabbar ix-xirka taghna. Ejjew mela immorru ghand ommna l-Knisja mqaddsa Rumana, u navzaw lill-Papa dwar dak li l-Mulej beda jaghmel maghna, sabiex, bir-rieda u l-mandat tieghu nkunu nistghu inkomplu dak li bdejna".

 

Billi din il-proposta tal-missier ghogbot lill-ahwa l-ohrajn, u flimkien mieghu erhewlha fil-vjagg lejn il-kurja papali, hu qalilhom: "Ejjew naghzlu wiehed minna bhala mexxej taghna u jkun ghalina qisu l-vigarju ta' Gesu Kristu, hekk li fejn ikun irid imur hu immorru ahna, u fejn ikun irid jieqaf hu ghall-kenn nieqfu ahna". U huma ghazlu lil Fra Bernardo, l-ewwel wiehed wara l-imqaddes Frangisku, u kienu jaqduh bhala missierhom.

 

Mimlijin ferh, ghalhekk, telqu u kienu jitkellmu dwar il-kliem tal-Mulej, u ma kienux jazzardaw jghidu xejn li ma jkunx ta' tifhir u glorja ta' Alla u ghall-gid tar-ruh, u ta' spiss kienu jqattghu hafna hin fit-talb. Il-Mulej dejjem kien ihejjilhom post fejn jistkennu, billi jaghmel dak kollu li hu mehtieg biex jaghtihom il-htigijiet taghhom.

 

Meta waslu Ruma u hemmhekk sabu lill-isqof tal-belt ta' Assisi, dan laqaghhom b'ferh kbir, ghax hu kien juri rispett fejn l-imqaddes Frangisku u lejn l-ahwa kollha u kellu lejhom affett specjali. Billi ma kienx jaf ir-raguni ghaliex kienu gew hemmhekk, hu beda jinkwieta, ghax haseb li riedu jitilqu minn art twelidhom, li fiha l-Mulej kien qieghed jaghmel tant gid permezz taghhom. Ghax hu kien jifrah hafna li jkollu irgiel bhal dawn fid-djocesi tieghu, u kien japprezza hafna l-hajja u l-imgieba taghhom. Wara li sema' x'kien il-pjan taghhom u fehemu, hu ferah bil-kbir, u wieghedhom li jaghtihom il-pariri u l-ghajnuna tieghu.

 

L-isqof kien maghruf minn certu kardinal isqof ta' Santa Sabina, li kien jismu Giovanni di San Paolo, ragel mimli bil-grazzja ta' Alla, li kien ihobb b'mod partikulari lill-qaddejja ta' Alla. L-isqof kellmu dwar il-hajja ta' l-imqaddes Frangisku u ta' l-ahwa tieghu, u ghalhekk il-kardinal kellu xewqa li jiltaqa' mal-bniedem ta' Alla u ma' xi whud mill-ahwa.

 

Billi sema' li huma kienu f'Ruma, baghat ghalihom u laqaghhom b'qima u mhabba kbira.

 

Matu lil-ftit jiem lil-ahwa kienu jghixu ghandu, huma edifikawh bil-kliem qaddis u l-ezempji taghhom, u hu kien jara fil-fatti dak kellu li kien sema' jinghad dwarhom, tant li irrikmanda ruhu ghat-talb taghhom umli u devot, u talabhom, bhala grazzja specjali, li jgisuh bhala wiehed mill-ahwa. Imbaghad beda jistaqsi lill-imqaddes Frangisku r-raguni ghaliex hu kien gie, u malli sema' minn ghandu l-pjan u l-intenzjonijiet taghhom, hu offra li jiehu ksieb li jipprezentahom fil-kurja papali.

 

Il-kardinal imbaghad mar fil-kurja u qal lis-sinjur Papa Innocenz III: "Jiena sibt ragel tassew perfett li jrid jghix skond il-forma ta' l-Evangelju mqaddes u jhares il-perfezzjoni evangelika f'kollox. Ghalhekk nahseb li l-Mulej irid li bih jirriforma l-fidi tal-Knisja mqaddsa fid-dinja kollha". Malli sema' dan, is-sinjur Papa staghgeb hafna, u ordna lill-kardinal biex igiblu lil Frangisku quddiemu.

 

L-ghada, ghaldaqstant, il-bniedem ta' Alla gie ipprezentat minn dak il-kardinal quddiem il-Papa, u lilu urieh il-ghamla ta' hajja li ried ihaddan. Il-Papa, li kien bniedem moghni b'dixxerniment ta' l-ghageb, laqa' t-talba ta' Frangisku, u heggeg lilu u lill-ahwa tieghu b'hafna modi, berikhom u qalilhom: "Morru mal-Mulej, l-ahwa, u kif hu joghgbu jispirakom, ippriedkaw il-penitenza lil kulhadd. Meta mbaghad Alla li jista' kollox ikattarkom fin-numru u fil-grazzja, ergghu ejjew ghandna. U ahna nafdawlkom impenji hafna akbar".

 

Billi s-sinjur Papa ried ikun jaf jekk dak li hu halla f'idejn Frangisku li kellu intenzjoni jhallilu, kienx jaqbel mar-rieda tal-Mulej, qal lil Frangisku u lill-ahwa: "Uliedi, jidhrilna li l-hajja taghkom hi hafna iebsa u harxa, ghalkemm ahna nemmnu li intom tant ghandkom hegga li minn naha taghna ma nistghux niddubitaw minnkom. Ahna rridu nqisu, izda, lil dawk li jigu warajkom, li ma jmorrux isibu din il-hajja iebsa zzejjed". Hu ra l-fidi bla taqta' taghkom u li kellhom it-tama taghhom ankrata tant fil-fond fi Kristu, li ma riedux iwarrbu mill-hegga taghhom. Ghalhekk qal lill-imqaddes Frangisku: "Ibni, mur u itlob lil Alla biex hu jirrivelalek jekk dak li qed titlob hux gej mir-rieda tieghu. B'dan il-mod, jekk ahna nsiru nafu x'inhi r-rieda ta' Alla, ahna nikkoncedu dak li qieghed titlob".

 

Wara li l-qaddis ta' Alla talab, kif kien qallu jaghmel is-sinjur Papa, il-Mulej kellmu fl-ispirtu u qal: "Kien hemm mara fqajra u sabiha li kienet tghix fid-dezert, u li minhabba s-sbuhija taghha s-sultan kien baqa' milqut hafna u xtaq jehodha b'martu, ghax hu kien jahseb li minnha seta' jkollu ulied sbieh. Wara li z-zwieg gie iccelebrat u marru jogoghdu flimkien, huma kellhom hafna ulied li rabbewhom. Ommhom kienet tkellimhom u tghidilhom: "Uliedi, la tisthux ghax intom ulied is-sultan. Morru mela fil-palazz tieghu u hu jipprovdilkom ghall-htigijiet taghkom kollha". Meta huma marru jaraw lis-sultan, hu baqa' milqut mis-sbuhija taghhom, u billi ra li kienu jixbhuh hafna, staqsiehom: "Ta' min intom ulied?" Meta huma wiegbu li kienu ulied il-mara fqajra li kienet tghix fid-dezert, is-sultan b'ferh kbir ghannaqhom mieghu u qalilhom: "La tibzghux, ghax intom uliedi. Jekk il-barranin ukoll jieklu mill-mejda tieghi, kemm aktar intom li intom ulied legittimi tieghi". Is-sultan imbaghad baghat jghid lill-mara biex tibghat 'l uliedha kollha li kienet nisslet biex imorru ghandu halli jipprovdilkom x'jieklu".

 

Meta dawn il-hwejjeg gew murija lill-imqaddes Frangisku waqt li kien jitlob, il-qaddis fehem li dik il-mara fqajra kienet tindika lilu.

 

Malli temm it-talb tieghu, rega' mar quddiem il-Papa, u qallu haga wara l-ohra l-istorja li l-Mulej kien irrivelalu. Qallu wkoll: "Sinjur, jiena hu dik il-mara fqajra li l-Mulej habb fil-hniena tieghu, u li zejjinha bis-sbuhija, u li minnha ried li jitwieldu l-ulied legittimi. Is-sultan tas-slaten qalli li hu se jipprovdi l-ghajxien fill-ulied kollha li jiena nwelled, ghax, jekk hu jitma' lill-barranin, certament irid jipprovdi lil uliedu stess. Jekk ghaldaqstant Alla jaghti gid tad-dinja lill-midinbin ghax hu jipprovdi bl-imhabba lil uliedu, kemm aktar se jaghti lill-bnedmin evangelici li jisthoqqilhom dan ghall-merti taghhom".

 

Malli sema' dan, il-Papa staghgeb hafna, l-aktar ghaliex qabel ma gie quddiemu Frangisku, hu kien ra waqt holma l-knisja ta' San Giovanni in Laterano li kienet qed thedded li tiggarraf u certu ragel religjuz, zghir u mzeblah kien iwezinha fuq spallejh. Meta qam, kien tassew imbellah u mbezzgha, u billi kien bniedem gharef u ta' dixxerniment, beda jahseb bejnu u bejn ruhu x'setghet tfisser dik il-holma. Ftit jiem wara, gie quddiemu l-imqaddes Frangisku u urieh bil-pjan tieghu, kif diga ghidna, u talbu wkoll jikkonfermalu r-regola li kien kiteb bi kliem semplici, billi uza l-kelmiet ta' l-Evangelju mqaddes, li kien jixxennaq b'mod shih ghall-perfezzjoni tieghu. Malli l-Papa irrifletta fuq kemm kien mimli hegga Frangisku fis-servizz ta' Alla, u meta qabbel il-holma tieghu ma' dik li kellu l-bniedem ta' Alla, beda jghid lilu nnifsu: "Dan hu tassew ir-ragel religjuz u qaddis li permezz tieghu l-Knisja ta' Alla se terga' tinbena u titwiezen".

 

Ghalhekk il-Papa haddnu mieghu u appovalu r-regola li kien kiteb. Tah ukoll il-permess lilu u lill-ahwa biex jippriedkaw il penitenza kullimkien, bil-kundizzjoni li l-ahwa li kellhom jippriedkaw kellhom jircievu l-permess minghand l-imqaddes Frangisku. Wara l-Papa approva dan kollu fil-koncistorju.

 

Ghalhekk, wara li qala' dawn il-favuri, Frangisku radd hajr lil Alla, u gharkubbtejh wieghed lis-Sinjur Papa ubbidjenza u qima bl-umilt u d-devozzjoni. L-ahwa l-ohrajn ukoll, skond il-precett tas-Sinjur Papa, wieghdu bl-istess mod ubbidjenza u qima lill-imqaddes Frangisku. Wara li rcevew il-barka mill-Papa u wara li zaru l-oqbra ta' l-appostli, l-imqaddes Frangisku u l-hdax l-ahwa l-ohrajn ircevew it-tonsura kif kien irranga l-kardinal, li ried li t-tnax li huma jkunu kjerici.

 

Hu hu hiereg minn Ruma, il-bniedem ta' Alla flimkien ma' l-ahwa mar biex jippriedka fid-dinja, u kien jistaghgeb hafna dwar kif ix-xewqat tieghu gew maqtugha daqshekk facilment. Ta' kuljum kien jikber fit-tama u l-fiducja tal-Feddej, li qabel kien urieh b'rivelazzjoni qaddisa dak li kellu jigri. Qabel ma kien akkwista dan kollu, jum minnhom meta kien mar jorqod, holom li matul it-triq kien hemm sigra sabiha, b'sahhitha u kbira, li kienet gholja hafna. Malli resaq qrib taghha u kien tahtha, filwaqt li kien jistaghgeb ghall-gholi u s-sbuhija taghha, il-bniedem qaddis tant ghola 'l fuq, li beda jmiss il-quccata tas-sigra, u kien ukoll kapaci jghawwigha sa l-art. Fil-fatt verament hekk gara, meta s-Sinjur Innocenz, l-oghla, l-isbah u l-aktar sigra b'sahhitha fid-dinja, mejjel ruhu biex jilqa' b'tjieba tant kbira t-talbiet u x-xewqat tieghu.

 

Mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji

Kapitlu XII, 46-53.

<<|werrej|>>


Dan ir-Rakkont gie mehud mill-Ktieb Ahna li ghexna mieghu, il-Hajja ta' San Frangisk t'Assisi mill-pinna ta' l-Ewlenin Shabu, Leggenda dei Tre Compagni u Anonimo Perugino, Traduzzjoni ta' Patri Noel Muscat OFM, Edizzjoni Taw, Malta 2002. 57-65.

Assisi: 11.7.2003


Frangisku

Ruma biex jitlob

il-barka

tal-Papa.

 

Il-Papa haddnu mieghu

u appovalu

r-regola li kien kiteb. Tah ukoll

il-permess lilu u

lill-ahwa

biex jippriedkaw

il-penitenza kullimkien