San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Il-Hajja fil-Porzjunkola

Frangisku jwissi lill-ahwa


mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji


Wara li l-imqaddes Frangisku kien akkwista dak il-post ta' Santa Marija mill-Abbati ta Monte Subasio, hu ordna li hemmhekk jinzamm kapitlu darbtejn fis-sena, jigifieri f'Ghid il-Hamsin u fid-Dedikazzjoni ta' San Mikiel. F'Ghid il-Hamsin kienu jiltaqghu l-ahwa kollha fil-knisja ta' Santa Marija u kienu jiddiskutu dwar kif setghu ahjar iharsu r-regola, kif ukoll kienu jahtru lil dawk l-ahwa fid-diversi provincji li kienu jippriedkaw lill-poplu, u ahwa ohrajn kienu jibghatuhom fi provincji ohrajn.

 

San Frangisk kien ukoll jaghti twissijiet, korrezzjonijiet u direttivi, skond kif kien jidhirlu u kif kien jaghtih parir il-Mulej. Dak kollu li kien jghid lill-ahwa bil-kliem, kien izda jurih ukoll bl-ghemil bil-hegga u l-affett. Hu kien iqim il-prelati u l-qassisin tal-Knisja mqaddsa kif ukoll kien juri gieh lejn in-nobbli u l-ghonja. Fuq kollox, kien ihobb b'intimit kbira lill-foqra, u kien ibati mill-qalb maghhom, filwaqt li kien juri lilu nnifsu sudditu ta' kulhadd. Ghalkemm kien akbar gholi fil-virt mill-ahwa l-ohra, hu ried li wiehed mill-ahwa joqghod mieghu biex jahtru bhala gwardjan u sid tieghu, u kien jobdih bl-umilt u l-qima halli jahrab minn kull okkazjoni ta' suppervja. Hu kien ibaxxi rasu sa l-art quddiem il-bnedmin, sabiex fost il-qaddisin u l-mahturin ta' Alla kien jisthoqqlu jitgholla fid-dawl divin.

 

Kien iwissi bil-hegga lill-ahwa biex iharsu l-Evangelju mqaddes u r-regola li huma kienu weghedu bil-qawwa, u l-akbar li juru qima u devozzjoni lejn l-ufficcji divini u l-ordnijiet ekklezjastici. Kien irid li l-ahwa jisimghu l-Quddiesa bid-devozzjoni u li jaduraw il-Gisem tal-Mulej bl-akbar qima. Kien irid li kull wiehed mill-ahwa jqim ukoll is-sacerdoti li jmissu s-sagramenti l-akbar qaddisa u ta' min iqimhom, tant li meta huma kienu jiltaqghu maghhom, filwaqt li kellhom ibaxxu rashom quddiemhom, kellhom ibusulhom idejhom. U jekk kienu jiltaqghu maghhom meta dawn ikunu riekba fuq iz-ziemel, hu kien irid li huma jbusulhom mhux biss idejhom imma sahansitra n-naghla taz-ziemel li jkunu rekbin fuqu, minhabba l-qima li kellhom lejn is-setgha taghhom.

 

Kien ukoll iwissi lill-ahwa biex ma jiggudikawx lill-ebda bniedem u lanqas iharsu b'disprezz lejn dawk li jghixu fil-lussu u jilbsu lbies ghani u li jiqbed l-ghajnejn: ghax hu kien jghid li Alla taghna u taghhom jista' isejhilhom ghalih u wara li jsejhilhom jiggustifikahom. Kien jghid ukoll li kien irid li l-ahwa jqimu lil dawn in-nies bhala ahwa ohrajn u sidien taghhom, ghax ilkoll huma ahwa billi gew mahluqa mill-istess hallieq, u huma sidien, ghaliex huma jghinu lit-tajbin biex jaghmlu penitenza billi jghinuhom u jipprovdulhom dak li hu mehtieg ghall-hajja tal-gisem. Kien izid ukoll: "Hekk ghandha tkun il-hajja ta' l-ahwa fost in-nies li kull min jisma' jew jara lilhom jaghtu glorja lill-Missier tas-sema u jfahhru bil-qima kollha".

 

Ix-xewqa kbira tieghu kienet dik li hu, flimkien ma' l-ahwa, tant ikattru l-ghemil tajjeb taghhom li minhabba fihom il-Mulej ikun imfahhar, u kien jghidilhom: "Kif thabbru s-sliem bil-fomm, hekk ghandu jkollkom sliem akbar fi qlubkom. Hadd ma ghandu jitqanqal ghall-korla jew l-iskandlu minhabba fikom, imma kulhadd ghandu jingibed ghall-paci, tjieba u armonija bit-tjubija ta' karattru taghhom. Ghax ahna ghal dan gejna msejhin biex nikkuraw il-migruhin, insahhu d-dghajfin u nsejhu lura lil min zbalja. Hafna minn dawk li ahna jidhrulna li huma membri tax-xitan ghad ikunu dixxipli ta' Kristu".

 

Il-missier twajjeb kien ukoll icanfar lil dawk l-ahwa tieghu li kienu iebsin izzejjed maghhom infushom, li kienu jaghmlu sahriet ta' sawm  u li kienu jghakksu lil gisimhom b'hafna penitenzi. Ghax xi whud minnhom tant kienu jghakksu lilhom infushom biex inehhu minnhom kull tqanqil tal-gisem, li kienu jidhru li donnhom joboghdu lilhom infushom. Il-bniedem ta' Alla ipprojbielhom jaghmlu dan, u kien iwissihom bil-hlewwa u jcanfarhom b'mod ragjonevoli, filwaqt li kien jinfaxxa l-griehi taghhom bil-faxex tal-pariri ta' salvazzjoni.

 

Fost l-ahwa li kienu jigu ghall-kapitlu hadd ma kien jazzarda jitkellem fuq hwejjeg tad-dinja, imma kienu jitkellmu dwar il-hajjiet tal-missirijiet qaddisa u dwar kif ikunu jistghu ahjar u b'mod akbar perfett isibu l-grazzja tal-Mulej Ges Kristu. Jekk xi whud mill-ahwa li kienu jigu ghall-kapitlu kienu jkollhom xi tentazzjoni jew tigrib, malli kienu jisimghu lill-imqaddes Frangisku jitkellem b'mod tant helu u mimli hegga, u meta kienu jaraw il-penitenza tieghu, kienu jinhelsu mit-tentazzjonijiet u t-tigrib taghhom b'mod mirakoluz. Ghax waqt li hu kien jitkellem maghhom kien ikellimhom mhux bhala mhallef imma bhala missier mimli hniena u tabib twajjeb tal-morda, ghax kien jaf ihossu marid mal-marid u jbati ma' min ibati. Imma kien ukoll icanfar lid-delinkwenti, kien irazzan lil ta' rashom iebsa u kien jaghti kastig meqjus lil dawk li jkunu ribelli.

 

Meta l-kapitlu kien jintemm, kien ibierek lill-ahwa kollha u jiddestinahom ghad-diversi provincji. Lil kull min kellu fih l-Ispirtu ta' Alla u l-elokwenza li taghmlu kapaci jippriedka, kemm jekk ikun kjeriku u kemm jekk ikun lajk, kien jaghtihom il-permess biex jippriedkom.  Huma kienu jilqghu l-barka tieghu b'ferh kbir fl-Ispirtu u bhala Pellegrini u ghorba kienu jmorru fid-dinja jxandru il-Vangelu.

 

Mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji

Kapitlu XII, 46-53.

<<|werrej|>>


Dan ir-Rakkont gie mehud mill-Ktieb Ahna li ghexna mieghu, il-Hajja ta' San Frangisk t'Assisi mill-pinna ta' l-Ewlenin Shabu, Leggenda dei Tre Compagni u Anonimo Perugino, Traduzzjoni ta' Patri Noel Muscat OFM, Edizzjoni Taw, Malta 2002. 68-74.

Assisi: 11.7.2003


Frangisku

jigbor

lill-ahwa

ghall-Kapitlu hdejn

il-Kappella

ta' Santa Marija

ta' l-Angli.

 

San Frangisk kien ukoll jaghti twissijiet, korrezzjonijiet u direttivi, skond

kif kien jidhirlu

u kif kien jaghtih parir il-Mulej.