Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Missierna

Parafrasi tal-Missierna


 

Missierna:

l-aktar Qaddis,

Hallieq, Feddej, Konsolatur u Salvatur taghna.

 

Li inti fis-smewwiet:

fl-angli u l-qaddisin,

iddawwalhom biex jaghrfuk, ghax inti, Mulej,

int Dawl;

theggighom biex ihobbuk, ghax int, Mulej,

int Imhabba;

tghammar fihom u tfawwarhom bil-hena,

ghax int, Mulej, int l-oghla tjieba,

tjieba bla tmiem,

il-bidu ta’ kull tjieba

u minghajrek m’hemm l-ebda tjieba.

 

Jitqaddes ismek:

Jalla l-gharfien tieghek fina jsir aktar car,

biex inkunu nistghu naghrfu,

il-wisa’  tat-tjieba tieghek,

it-tul tal-weghdiet tieghek,

l-gholi tal-kobor tieghek

u l-fond tal-gudizzji tieghek.

 

Tigi Saltnatek:

Halli ssaltan fina bil-grazzja tieghek,

u thaffifna biex naslu ghas-saltna tieghek,

fejn hemm naraw id-dehra cara tieghek,

l-imhabba perfetta tieghek,

l-ghaqda hienja mieghek,

u t-tgawdija bla tmiem tieghek,

 

Ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art:

Biex inhobbuk

b’qalbna kollha billi nahsbu dejjem fik;

b’ruhna kollha billi dejjem nixtiquk;

b’mohhna kollu, billi ndawru fehmietna lejk,

u billi nfittxu f’kollox il-glorja tieghek;

b’sahhitna kollha, billi nhaddmu l-qawwiet

u s-setghat kollha

ta’ ruhna u ta’ gisimna

f’xejn aktar hlief fil-qadi ta’ mhabbtek.

Biex inhobbu lil qrabatna bhalna nfusna

billi b’hilitna kollha nigbduhom ilkoll lejn imhabbtek.

Billi nifirhu bil-gid ta’ l-ohrajn daqslikieku taghna,

billi nsofru ma’ l-ohrajn fit-tigrib

u billi ma nweggghu lil hadd.

 

Hobzna ta’ kuljum:

l-ghaziz Ibnek,

il-Mulej taghna Gesù Kristu.

 

Aghtina llum:

b’tifkira, b’fehma  u b’qima

ta’ dik l-imhabba li kellu ghalina

u ghal kull ma qal u ghamel u bata ghalina.

 

Ahfrilna Dnubietna:

Ghal hnientek li ma titfissirx bil-kliem,

bil-qawwa tal-passjoni ta’ Ibnek il-ghaziz

u ghall-merti u t-talb

ta’ l-Imqaddsa Vergni Marija

u tal-maghzulin tieghek kollha.

 

Bhalma nahfru lil min hu hati ghalina:

u dak kollu li ahna ma jirnexxilniex nahfru

aghmel, Mulej, li nahfru ghal kollox.

Biex hekk, ghal imhabbtek inhobbu tassew

lill-ghedewwa taghna

u biex bil-hegga kollha nidhlu ghalihom quddiemek,

bla ma nroddu lil hadd deni b’deni

imma naghmlu hilitna biex fik

naghmlu l-gid lil kulhadd.

 

La ddahhalniex fit-tigrib:

mistur jew maghruf, li jigi f’salt jew li jissokkta.

 

Izda ehlisna mid-deni:

ta’ l-imghoddi, t’issa u ta’ li gej. Amen

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Bhal ma Kristu kien jghallem

lid-dixxipli tieghu kif

jitolbu,

hekk ukoll Frangisku 

kien jghallem

lill-patrijiet tieghu. 

 

Il-hajja ta'

San Frangisk

kienet kollha

kemm hi

skola ta' talb.

 

Frangisku halla

bil-miktub

din riflessjoni

dwar il-talba

tal-Missierna.

 

Ir-riflessjonijiet

fuq it-Talba

tal-Missierna

kienu komuni hafna

fiz-zmenijiet

tan-Nofs.

 

Din ir-riflessjoni

hija bla dubbju

mera

tal-hajja

interjuri

ta' Frangisku.