Nitolbu ma' San Frangisk                   

 

◄◄|werrej|►►


Ha trodd hajr kull hlieqa

(ittra lill-insara II,61-62)


 

Ha trodd hajr,

kull hlieqa fis-sema, fuq l-art,

fil-bahar u fil-qieghan ta' l-art,

tifhir, glorja, gieh u barka

lil Dak li bata daqstant ghalina,

u li tana u li ser jibqa' jaghtina

gid daqshekk kotran ghal li gej.

 

Ghax il-Mulej hu l-qawwa u s-sahha taghna,

Hu li wahdu hu tajjeb,

l-aktar gholi,

li jista' kollox, tal-ghageb u glorjuz,

li hu qaddis, jisthoqqlu t-tifhir u mbierek

tul kemm idumu z-zmenijiet.

Amen.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Din it-talba

hija parti

mit-tieni ittra

li San Frangisk

kiteb lill-insara kollha.

 

Hija talba ta' tifhir

u f'istess waqt

stedina lill-holqien

biex ifahhar lil Dak li bata tant ghal Bniedem - Gesù

li fdiena.