Nitolbu ma' San Franġisk     

 

◄◄|werrej|►►


Ħa Jitrogħu bil-biża'

(ittra lill-Ordni 26-29)


 

Ħa jitrogħdu bil-biża' kollha kemm huma l-bnedmin

u ħa tirtogħod id-dinja kollha

u ħa jifraħ is-smewwiet kollu

meta Kristu, l-Iben ta' Alla Ħaj,

jkunu qiegħed fuq l-altar,

flidejn ta saċerdot.

 

O xgħoli ta l-għaġeb u xgħaġeb ta ċokon!

O xumilt hekk kbira!

O xkobor hekk umli!

Li s-Sid tal-ħolqien kollu,

Alla u l-Iben ta' Alla,

iċekken lilu nnifsu daqshekk

biex għas-salvazzjoni tagħna

jaħbi lilu niffsu taħt xbieha ta' farka ħobż!

 

Ħarsu, ħuti, lejn l-umilt ta' Alla,

u ferrgħu qalbkom quddiemu.

Ċekknu lilkom innfuskom bħalu,

biex tkunu mgħollija minnu.

 

Għaldaqstant,

iżżommu xejn minnkom infuskom għalikom stess

sabiex Hu li jagħti lilu nnifsu kollu kemm hu lilkom

jkun jista' jilqagħkom kollkom kemm intom.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003

Din it-talba

hija parti

mill-ittra li San Frangisk kiteb

lill-Ordni Kollu.

 

Hija ittra li aktar

minn oħrajn għandha

orjentament liturgiku.

Matul l-ittra Frangisku

jitkellem u jħeggeg

dwar il-qima

u r-rispett lejn

l-Ewkaristija

u dwar

iċ-ċelebrazzjoni

tal-Litugija

tas-Sigħat.

 

Hu mifhum li

l-ittra

inkibet lejn tmiem

1224 imnebbaħ

mill-Bolla

tal-Papa

li fiha ta' permess

lill-patrijiet

li jiċċelebraw

l-Ewkaristija

fil-knejjes

u fl-oratorji tagħhom.

 

F'din is-silta

Frangisku jikkontempla

u jistieden

lill-ħutu

biex jaħsbu dwar

il-kobor

li Alla jaħbi lilu niffsu

taħt ix-xbieha

tal-ħobż.