Nitolbu ma' San Franġisk      

 

◄◄|werrej|►►


Ibżgħu u Qimu

(mir-Regula mhux bullata, XXI,2-9)


 

Ibżgħu u qimu,

faħħru u bierku,

roddu ħajr u weggħu

lil Mulej Alla li jista' kollox

fit-Trinità u fl-Għaqda.

Il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu

Ħallieq ta' kollox.

 

Indmu u agħmlu għemejjel xierqa ta’ ndiema

 

għax ilkoll irridu mmutu.

Agħtu u jingħatalkom.

Aħfru u tkunu maħfura.

Jekk intom ma taħfrux il-ħtijiet tal-bnedmin,

lanqas il-Mulej ma jaħfer lilkom.

Stqarru ħtijietkom kollha.

 

Imbierka dawk li jmutu niedma

għax jkollhom post fis-Saltna tas-sema.

Ħażin, iżda, għal dawk li jmutu bla ndiema

għax jsiru wlied ix-Xitan,

għax wettqu għemilu

u jmurru fin-nar ta’ dejjem.

 

Għassu u ċċaħħdu minn kull deni

u komplu għamlu t-tajjeb sa l-aħħar.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Din it-talba

insibuha

fil-Regola

li Frangisku

kiteb

fl-1223. 

Hija magħrufa bħala

"Regola non Bollata"

minħabba

li baqgħat

ma gietx ippreżentata

lil Papa għall-approvazzjoni tiegħu.

 

F'din r-Regola hija

magħmula minn

24 kapitlu. 

Din it-talba

hija il-korp

tal-kaptilu XXI.

 

Hija talba u

fl-istess formola ċkejkna

li il-patrijiet kienu jitgħallmu bl-amment

biex tintuża minn dawk li ma kienx ikollhom permess jippriedkaw.

insibuhtlu. 

Dkaw.