Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


O Alla li Tista' Kollox

(mill-Ittra lill-Ordni 50-52)


  

O Alla, li tista’ kollox,

etern, ġust u ħanin,

agħti lilna msejknin l-grazzja li nwettqu

għalik biss dak kollu li nafu li inti trid

u li dejjem nixtiequ dak li jogħġob lilek.

 

B’hekk, imnaddfa f’ruħna,

imdawwla f’moħħna

u mħeġġa bin-nar ta’ l-Ispirtu s-Santu

nkunu nistgħu nimxu

fil-passi ta’ Iben l-Għażiż,

il-Mulej tagħna Ġesù Kristu.

 

U bil-grazzja tiegħek biss

inkunu nistgħu naslu għandek,

l-Aktar Għoli,

li tgħix u ssaltna

fi Trinità perfetta u f’Għadqa sempliċi,

u li int imsebbaħ, Alla Setgħani

għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Din it-talba

tinsab

fit-tmiem

ta' l-ittra li

San Franġisk

kiteb lill-Ordni kollu.

 

it-Talba tesprimi

tlett mogħdijiet

ta' l-għaqad

ma' Alla:

It-triq li tippurifika,

it-triq li ddawwal,

it-triq li tgħaqqad.

 

Ċertament

Franġisku inniffsu ghadda minn

dawn

il-mogħdijiet.