|
Nitolbu ma' San Frangisk |
|
|
Talb u Radd il-Hajr (mir-Regola non Bollata XXIII)
O Alla Setghani, l-aktar Qaddis Alla Kbir u li tista` kollox, Missier Qaddis u Gust, Mulej Sultan tas-sema u l-art, Nirrodulek hajr ghalik innifsek, Ghax bir-rieda mqaddsa tieghek u b’Ibnek il-wahdieni ma’ l-Ispirtu s-Santu hlaqt kull hlieqa spiritwali u Korporali u wara li hlaqtna fuq ix-xbieha u s-sura tieghek qeghidtna fil-Genna ta’ l-art u ahna waqajna htija taghna.
Ahna rroddulek hajr ghax kif hlaqtna permezz ta’ Ibnek Hekk ukoll permezz ta’ l-Imhabba Qaddisa tieghek, li biha habbejtna ridt li Hu jitwieled ghalina, bhala veru Alla u veru Bniedem minn Glorjuza dejjem Vergini, Qaddisa w Imbierka Marija, ridt ukoll li tifdi lilna mill-jasar permezz tas-salib, bid-demm u l-mewt tieghu.
Inroddulek hajr ghax dan l-istess Ibnek ghandu jerga’ jigi fil-glorja tal-kobor tieghu biex jibghat fin-nar ta’ dejjem lil mishutin li ma nidmux u li ma gharfukx, u biex tghid li dawk li gharfuk, adurawk u qdewk fl-indiema: “Ejjew, intom imbierkin minn Missieri hudu is-saltna mhejjija ghalikom sa mill-bidu tad-dinja”,
Minhabba fina lkoll, imsejkna u midinbin, ma jisthoqqilniex lanqas inlissnu ismek. Nitolbu bl-umiltà lil-Mulej taghna Gesù Kristu Ibnek il-ghaziz, li fih issib l-ghaxqa tieghek flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Paraklitu, biex iroddlok hajr ghal kull ma joghgob lilek u lilu, u li hu dejjem joghgbok f’kollox u li bih ghamiltilna tant u tant gid, Alleluia!
Ghall-Imhabba tieghek fic-cokon taghna nitlobu lill-Omm Glorjuza u l-aktar qaddisa dejjem Vergni Marija, lill-qaddisin Mikiel, Gabrijel u Rafel u l-kori kollha tal-Qaddisin, Serafini, Kerubini, Troni u Dominazzjonijiet Principati, Setghat u Virtujiet, Angli u Arkangli, lill-Qaddisin: Gwann Battista, Gwanni l-Evangelista, Pietru u Pawlu, Il-Qaddisin Patrijarki u Profeti, Innocenti, Appostli, Evangelisti u Dixxipli, il-Martri, Konfessuri u Vergni, Il-Qaddis Elija u Enok u l-Qaddisin kollha li kienu, li ghad ikunu u li huma Biex jroddulek hajr ghal dawn kollha kif joghgob lilek.
O Alla l-Gholi u Veru, Etern u Haj, ma’ Ibnek l-aktar ghaziz, Il-Mulej taghna Gesù Kristu, u l-Ispirtu s-Santu, Paraklitu, ghal dejjem ta’ dejjem. Amen. Alleluia!
Ahna ilkoll l-ahwa zghar, qaddejja li ma niswew ghal xejn fic-cokon taghna nixtiequ nitolbu Lil dawk li jixtiequ jaqdu lil Mulej Alla fi hdan il-Knisja Qaddisa, Kattolika u Appostolika f’xi wiehed minn dawn l-ordnijiet: Sacredoti, Djakni, Suddjakni, Akkolti, Ezorcisti, Letturi, Ostarju u l-kjerci kollha, r-Religjuzi kollha, irgiel u nisa, z-zghazagh, il-fqar u dawk fil-htiega, slaten u princpijiet, haddiema u bdiewa, qaddejja u sidien. Ix-xebbiet, romol u n-nisa mizzewwga. Il-lajci, irgiel u nisa, c-ckejknin, adoloxxenti, zghazagh u xjuh, dawk f’sahhtihom u l-morda. Iz-zghar u l-kbar, Kull poplu u gens, tribu w ilsien, kull nazzjon u n-nies kollha kull fejn jinsabu fid-dinja t’issa u dawk kollha li ghad iridu jigu biex ilkoll kemm ahna inkomplu miexja fil-fidi vera u fl-indiema ghax inkella hadd minnha ma jsalva.
Ejjew inhobbu lil Mulej b’qalbna kollha, b’ruhna kollha, b’mohhna kollu, b’sahhitna u b’qawwietna kollha, u b’gharfien shih u b’kull qawwa li ghandna, b’kull sforz, b’kull gibda tal-qalb, b’kull tqanqil, b’kull rieda u b’kull xewqa. Lilu li lil kull wiehed minna tana u jaghti gisimna kollu u ruhna kollha u hajjitna kollha. Hu halaqna u fdiena u jehlisna biss ghall-hniena tieghu. Hu ghamel u jibqa jaghmel kull gid lilna msejkna u maghkusa, mhassra u nintnu, bla qalb u hziena.
Ghalhekk, Ejjew ma nixtiequ xejn hlief Ejjew ma rridu xejn hlief, ejjew ma nhallu jferrahna u jghaxxana xejn hlief il-Hallieq, Il-Feddej u s-Salvatur taghna Alla wiehed u veru, li hu l-milja tat-tjieba, t-tjieba kollha, fuq kull tjieba, l-ghola tjieba tassew. Hu li wahdu hu tjieba. Hanin u hlejju, manswet u helu, Hu li wahdu hu Qaddis, Gust u Veru, Qaddis u Rett. Hu li wahdu hu Hanin, Innocenti u Safi. Li minnu, bih u fih hemm kull mahfra kull grazzja, u kull Gloria ta’ kull niedem u ta’ kull gust ta’ imbierkin kollha li jithennew flimkien fis sema.
Ghalhekk, ejjew ma nhallu xejn ifixkilna, xejn jifridna jew xejn li jidhol bejna u bejnu. Ejjew ilkoll kemm ahna, fejn ahna, f’kull post, f’kull siegha, F’kull hin tal-jum, kuljum u bla ma naqtghu nemmnu b’fidi tassew u umli u nzommu f’qalbna u nhobbu, nwggghu, nqimu, naqdu, nfahhru u nbierku, nsebbhu u nghollu, nkabbru u nroddu hajr lil Alla Etern l-Aktar Gholi u Kbir Trinità u Ghaqda l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu Hallieq tal-kollox Salvatur ta’ kull min jemmen u jittama fih u jhobbu. Li hu bla bidu u bla tmiem ma jitbiddilx, ma tarahx, ma jitfissirx, ma ssibx kliem biex titkellem dwaru, ma tistax tifhmu jew tkejjlu, hieni, jisthoqqlu t-tifhir, glorjuz, mgholli ‘l fuq, sublim, l-aktar gholi, hlejju, ta’ min ihobbu, jitghaxxaq bih u jixtiequ fuq kull haga ohra ghal dejjem. Amen.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Jannar 2003 |
Din it-talba hija parti mill-Regola mhux bollata li Frangisku kiteb fl-1221.
Din it-talba hija il-kaptilu XXIII kollu kemm hu.
It-talba ghandha l-istil ta' Talba Ewkaristika. Infatti fiha Frangisku jsemmi il-mumenti l-aktar importanti ta' l-istorja tas-salvazzjoni: il-holqien, l-inkarnazzjoni u l-fidwa.
Hija stedina ghat-tifhir, li fiha jghaqqad lill-Vergni Marija u l-patrijarki tat-Testment il-qadim u l-qaddisin.
Din it-talba turi il-fond tal-qalb ta' Frangisku. Fiha listi shah ta' kategoriji ta' nies. Frangisku jirnexxilu li ma jhalli lil hadd barra.
It-talba turi wkoll it-tahbit tal-qalb tal-qaddis li jixtieq ifahhar lil Alla b'dak kollu li hemm fih.
Bla dubbju din it-talb hija fost l-isbah talbiet li halliena San Frangisk.
I z |