|
Nitolbu ma' San Frangisk |
|
|
Quddiesa ta' San Frangisk f'Jum il-Festa 4 ta’ Ottubru ■ Antifona tad-Dhul
Nifirhu lkoll fil-Mulej, f’jum il-ghid ta’ Missierna San Frangisk: fil-festa tieghu jifirhu l-Angli u jfahhru ghalenija l-Iben ta’ Alla.
■ Talba tal-Bidu
NITOLBU. O Alla, li ridt li s-Serafiku Missierna San Frangisk ikun jixbah lil Kristu fil-faqar u fl-umiltà tieghu; Aghtina li nimxu fuq il-passi tieghu wara Ibnek u ninghaqdu mieghek b’imhabba hienja, b’Ibnek Gesù Kristu Sidna li hu Alla u mieghek jghix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.
■ L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (50:1,3-7)
Dan hu dak li f’hajtu rifed it-tempju u fi zmienu rifed id-dar t’Alla. Fi zmienu nfethu bjar ta’ l-ilma u faru qishom bahar. Ha hsieb gensu u helsu mill-qerda; Kabbar il-belt u sahhahha; wessa’ l-bitha u d-dahla tat-tempju u qala’ gieh mill-poplu tieghu. Bhall-kewlba ta’ fil-ghodu li qalb is-shab tidher u bhall-qamar meta jkun mimli, bhax-xemx tiddi, hekk deher jiddi fit-tempju t’Alla.
Il-Kelma tal-Mulej. R/. Inroddu hajr lil Alla.
■ Salm Responsoriali (15:1-2a.5.7-8.11)
R/. Mulej int is-sehem tal-wirt tieghi.
Harisni, O Alla, ghax fik jien nistkenn. Jien ghidt lill-Mulej: “Int Sidi; Mulej, int is-sehem tal-wirt u r-risq tieghi, Int izzomm f’idejk xortija.” R/.
Imbierek il-Mulej li tani l-fehma, imqar bil-lejl qalbi tghallimni. Inzomm il-Mulej dejjem quddiemi, ghax bih f’leminti qatt ma nitharrek. R/.
Int tghallimni t-triq tal-hajja: Hemm il-milja tal-ferh quddiemek, hemm il-ghaxqa ghal dejjem f’lemintek. R/.
■ It-Tieni Qari
Eghluq ta’ l-ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin (6:14-18)
Huti, Nghid ghalija, ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Gesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba ghalija u jien ghad-dinja. Ghaliex, bic-cirkoncizjoni jew minghajrha, xejn ma hemm ta’ siwi, imma jiswa biss li nkunu holqien gdid. U dawk li jimxu fuq din ir-regola, sliem u l-hena fuqhom, kif ukoll fuq Israel ta’ Alla. Mil-lum ‘l quddiem Qisu li hadd aktar ma jhabbatni ghax jien f’gismi ngib il-marki ta’ Gesù. Il-grazzja ta’ Sidna Gesù Kristu Tkun ma’ l-ispirtu taghkom, huti, Amen.
Il-Kelma tal-Mulej. R/. Inroddu hajr lil Alla.
■ Il-Kant ta’ Qabel il-Vangelu
Hallelujah. R/. Hallelujah. San Frangisk, fqajjar u umli, ghani jidhol fis-Saltna tas-sema, fejn hu msebbah bil-ghana ta’ l-Angli. R/. Hallelujah.
■ Il-Vangelu
+ Qari mill-Evangelju ta’ San Mattew. (11:25-30)
F’dak iz-zmien: Gesù tkellem u qal: “Infahhrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli int dawn il-hwejjeg hbejthom lil min hu gharef u lil min jifhem u gharrafthom lil min hu ckejken. Iva, Missier, ghax hekk ghogob lir-rieda tieghek. Kollox kien moghti lili minn Missieri, u hadd ma jaghraf lill-Iben hlief il-Missier, kif hadd ma jaghraf lill-Missier hlief l-Iben u dak li l-Iben irid igharrafhulu. Ejjew Ghandi, intom ilkoll li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u jien nserrahkom. Hudu fuqkom il-madmad tieghi u tghallmu minni, ghax jiena ta’ qalb helwa u umli, u intom issibu mistrieh ghal ruhkom. Ghaliex il-madmad tieghi helu u t-toqol tieghi hafif.”
Il-Kelma tal-Mulej. R/. Tifhir lilek Kristu.
■ Talba tal-fidili
Huti gheziez, f'dan il-jum ta' festa, inroddu hajr 'l Alla, li fil-Qaddis Serafiku Frangisk t'Assisi ta lill-Knisja iben umli u kollu mhabba ghaliha u lilna tana Missier ghaqli u Mexxej imdawwal, u nitolbuh izomm haj u mheggeg fina l-ispirtu evangeliku li hu ghex fil-milja tieghu.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Isma', Mulej, fit-tjieba tieghek; it-talb taghna, u bl-intercessjoni ta' San Frangisk Missierna, xbiha ta' Ibnek mislub ghalina, wettaq dawn ix-xewgat qaddisa taghna u aghmel li jsehhu fina bil-grazzja tieghek. Bi Kristu Sidna. Amen.
■ Talba fuq l-offerti
Nersqu quddiemek, Mulej, b’dawn l-offerti, u nitolbuk li nithejjew sewwa biex niccelebraw kif jixraq il-misteru tas-Salib, li mieghu San Frangisk Missierna intrabat bil-hrara kollha ta’ qalbu. B’Kristu Sidna.
■ Prefazju
Sewwa u xieraq tassew, Mulej, Missier qaddis, Alla ta’ dejjem li tista` kollox, tajjeb u ta’ gid ghas-salvazzjoni taghna, li dejjem u kullimkien inroddulek hajr.
Inti, lill-Qaddej tieghek San Frangisk, mill-moghdijiet ta’ l-oghla faqar u ta’ l-umiltà li minnhom ghadda, wassaltu fuq il-quccata gholja tal-perfezzjoni evangelika. Lilu, mheggeg b’imhabba serafika, b’mod ta’ l-ghageb fawwartu bil-hena ghad-dehra ta’ l-eghmejjel kollha ta’ idejk; u mzejjen bil-pjagi mqaddsa, urejtna fih ix-xbiha ta’ Sidna Gesù Kristu msallab.
Bih ifahhru l-kobor tieghek l-Angli, iqimuk id-Dominazzjonijiet, jitrieghdu quddiemek is-Setghat, ilkoll ferhana jfahhruk is-smewwiet mas-Serafini u l-Qawwiet tas-sema, flimkien ma’ taghhom ilqa’, nitolbuk, it-tifhir taghna, waqt li bil-qima ntennulek.
Qaddis, Qaddis, Qaddis…
■ Antifona tat-Tqarbin
Bil-ferh ssieheb fit-tbatijiet ma’ Kristu u issa jifrah u jithenna fid-dehra tas-sebh tieghu.
■ Talba wara t-Tqarbin
NITOLBU Aghtina, nitolbuk, Mulej bit-tqarbina li ghamilna, li nsiru nixbhu lil San Frangisk Missierna fl-imhabba u l-hegga appostolika tieghu, halli nimtlew bil-qawwa ta’ mhabbtek u nhaddmuha ghas-salvazzjoni ta’ kulhadd. Bi Kristu Sidna.
It-test huwa mehud mill-Missal, Ruman Serafiku, Vol I, Malta 1979 |
Il-Festa ta' San Frangisk ta' Assisi tigi ccelebrata fl-4 ta' Ottubru ta' kull sena.
Din il-Quddiesa tista' tigi wzata bhala quddiesa votiva
z |