|
Kurunelli ta' San Frangisk |
|
|
Kurunelli ta' San Frangisk ■ 1. Kurunella ta' San Frangisk ■ 2. Kurunella f'gieh il-Pjagi ta' San Frangisk 1. Kurunella ta' San Frangisk O Frangisku Patrijarka Minn t'Assisi l-akbar gmiel, Bosta qima l-Knisja kollha Lilek taghti bhal missier. Ghalhekk ahna lkoll madwarek Gejna l-lum biex inqimuk, Sabiex turi dejjem 'l Alla, L'inti thobbna u nhobbuk. Glorja.
Kif go stalla fit-tbatija Ghalkemm ghani, int twelidt, Ma domtx wisq biex minn did-dinja Ghala dejjem qalbek fridt. Bit-talb tieghek fittex hollna Int mid-dinja li ssahharna, La thallix li bil-qerq taghha Jirnexxilha li tjassarna. Glorja
Il-wirt kollu ta' missierek Bl-akbar cahda rrifjutajt, U sal-libsa wkoll minn fugek Biex tajthielu dlonk inzajt. Ahna lilek xejn ma nixbhu, B'gid id-dinja moghmijin; Int ghallimna kif fid-dinja Kollox frugha, xejn m'hu bnin. Glorja.
Lil Missierek, Alla wahdu, Habbejt dejjem sa kemm ghext; Tezor kbir hejjejt ghall-genna Billi lilu qatt ma r'ghext. Aghmel inti li b'Missierna 'l Alla bhalek ahna nfittxu, Biex jaghnina bil-wirt tieghu, U jurina l-gmiel ta' wiccu. Glorja.
Ghadu dejjem tal-fohrija, Kont titghaxxaq bit-tmaqdir, Xewqa tieghek din biss kienet: Li tixxandar midneb kbir. Il-maqlub li kont int taghmel Aktarx jidher f’bosta minna: Nidhru rridu fuq haddiehor, Ma nahmlux min icekkinna. Glorja.
Li tinhagar u titbiccer B'penitenzi qatt ma nsejt; Gawhra safja l-gisem tieghek Mit-twelid sal-mewt ghozzejt. Kif qed tara, ahna dghajfa U r-ruh taghna tebbajnieha, Nitolbuk ghalhekk tghallimna Ma nhallux id-dnub jifniha. Glorja.
Ghalkemm kbar garrabt irwiefen, Wasalt fl-ahhar fis-Surija: Hemm tal-paci tajt il-bxara, Hdimt ghall-Fidi Nisranija. Kif kull hazen int xejjintu Bin-nirien minn tal-qalb tieghek; Issa narek fina kebbes Biex ghal Alla nahdmu mieghek. Glorja.
Bhal Gesu mislub ghalina Nizel darbek Serafin; Juri dan kemm Alla habbek Fost l-eluf tal-Qaddisin. Int fil-pjagi fis fakkarna Ta' Gesù, li b'demmu fdiena, Biex b'imhabbtu dlonk ninxteghlu, U nedmin insibu hniena. Glorja.
2. Kurunella f'gieh il-Pjagi ta' San Frangisk (17 ta' Settembru) Hawn quddiemek, O Mulejja, Gharkobbtejna mixhutin, Nadurawk mill-qiegh ta' qalbna, W talb noffrulek fl-istess hin.
Ilqa' l-gerha minn tar-rigel Ta' Frangisku, qaddej tieghek, Li t-tbatija tal-passjoni B'din il-gerha qasam mieghek.
Bit-tifkira ta' wegghatek, Nitolbuk, Mulej, taghtina Li nitbieghdu minn hzunitna, Ma nibqghux fit-triq hazina. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
Hekk ukoll, Mulej noffrulek Gerhat siequ l-leminija, Illi sofra bl-akbar sabar Bla tgemgim u bla kburija.
Nitolbuk, Mulej tal-hniena, Tul it-triq ibqa' mexxina, sakemm lilna f'darek twassal, Fejn bi gmielek int thennina. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
O Mulej, ahna noffrulek Gerha harxa tnixxi d-dmija, Li Frangisk batieha mieghek - Gerhet idu x-xellugija.
Nitoblok, aghtina l-grazzja Li fit-tieni migja tieghek Fuq lemintek ahna nkunu Biex il-genna nidhlu mieghek. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
Minn qiegh qalbna wkoll noffrulek Gerhet idu leminija, Li int lilu ghogbok taghti, Biex issiehbu fit-tbatija.
Aghmel int, o Alla taghna, Li x-xitan qatt ma jirbahna, U fil-glorja minn tal-genna, Naraw wiccek, u sserrahna. Glorja.
Hawn quddiemek, O Mulejja...
Fl-ahharnett, Mulej, noffrulek Ta' Frangisk gerhet il-qalb, Li hu rcieva fuq l-Alvernja, Meta kien mgharghar fit-talb.
Nitolbuk, Mulej, li qalbna B'wiccek biss tkompli tithenna U mbaghad nigu nbierku lilek f'sebh bla tmiem, f'saltnet il-genna. Glorja.
|
Statwa ta' San Frangisk ta' Assisi Megjuma fil-Knisja ta' San Frangisk Valletta - Malta
|