Nitolbu ma' San Franġisk                        

 

◄◄|werrej|►►


Talba lil San Franġisk

tal-Papa Ġwanni Pawlu II

waqt iż-żjara f'Assisi

- 5 ta' Novembru 1978


 

Għażiż Franġisku,

Int li tant qarribt lil Kristu lejn żmienek,

għinna nqarrbu lil Kristu lejn iż-żmienijiet tagħna,

lejn dan iż-żmien diffiċċli u kritiku tagħna.  Għinna!

 

Iż-żmien tagħna qed jistenna bil-ħerqa lil Kristu

wkoll jekk ħafna nies ta’ żmienna

lanqas biss donnhom jintebħu b’dan.

 

Mhumiex forzi żminijiet li jħejjuna għal twelid

mill-ġdid ta’ Kristu u għal miġja ġdida?

 

Kuljum waqt it-talba Ewkaristika

nuru din l-istennija tagħna

lilu, li hu biss il-Feddej u Salvatur tagħna,

lilu, li hu l-milja ta’ l-istorja tal-bniedem u tad-dinja,

 

Għinna, San Franġisk ta’ Assisi,

biex illum inġibu lil Kristu eqreb lejn il-knisja u d-dinja.

 

Int li ġarrabt f’qalbek,

l-istess ġrajja tan-nies ta’ żmienek,

għinna biex b’qlubna magħquda

mal-qalb tal-Redentur tagħna,

nħaddnu l-ġrajjiet tal-bniedem ta’ żmienna,

il-problemi diffiċċli fil-qasam

soċjali, ekonomiku u politiku,

il-problemi tal-kultura u taċ-ċiviltà ta’ żmienna,

t-tbatijjiet tal-bniedem tallum,

id-dubbji, ċ-ċaħdiet, id-disordni,

it-tensjonijiet, il-kumplessi

u tħassib tieġħu…

 

Għinna, biex infissru dan kollu

bil-lingwaġġ sempliċi u fidil tal-Vanġelu.

 

Għinna biex insolvu dan kollu

bil-muftieħ tal-Vanġelu

sabiex Kristu nnifsu jkun

“it-Triq – il-Verità – il-Ħajja”

tal-bniedem ta’ żmienna.

 


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi- Novembru 2002


Ġwanni Pawlu II

f'Assisi

bħala

pellegrin

fuq

il-Qabar

ta' San Franġisk