Nitolbu ma' San Franġisk                        

 

|werrej|


Talba lil San Franġisk

tal-Papa Ġwanni Pawlu II

waqt iż-żjara fuq l-Għola La Verna

fis-17 ta' Settembru 1993


 

O San Franġisk,

li ġarrabt il-pjagi fuq La Verna,

il-dinja ħandha nostalġija għalik,

li int x-xbieha ta’ Kristu Kurcifiss.

 

Għandha bżonn:

il-qalb tiegħek miftuħa

għal Alla u għall-bnedmin.

Għandha bżonn:

is-saqajn tiegħek ħafjin

u l-feriti ta’ idejk imfudin u tallaba.

 

Għandha nostalġija

għal-leħen tiegħek,

deboli imma sod bil-qawwa tal-Vanġelu

 

Għin, Franġisku, lin-nies ta’ żmienna

biex jagħrfu l-ħażen tad-dnub

u biex ifittxu jissaffew bil-penitenza.

 

Għinna ninħelsu minn l-istess forom tad-dnub

li qed jassru lis-soċjietà ta’ żmienna.

 

Qajjem mill-ġdid fil-kuxjenza tal-gvernijiet

l-urġenza tal-Paċi

bejn in-nazzjonijiet u bejn il-popli.

 

Imla liż-żgħażagħ bil-ġmiel frisk tal-ħajja,

li hi kapaċi li titqabad

kontra l-qawwiet tal-kultura tal-mewt.

 

Agħtina Franġisku, mill-ferħ tiegħek

Għallimna naħfru, għal kull għamla ta’ offiża u kefrija.

 

Iftaħ mill-ġdid il-bieb tat-tama,

għal dak kollha li huma imsallba

bit-tbatija, bil-ġuħ u bil-gwerrer.

 


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi- Novembru 2002


Is-Salib

li hemm fuq

l-għola

ta'

La Verna