Nitolbu ma' San Franġisk                        

 

◄◄|werrej|►►


Uffiċċju tal-Passjoni


 

F'din il-parti issib biss is-Salmi mill-(1) sal-(15).

Jekk tixtieq tara kif, x'ħin u meta jingħadu dawn is-salmi

tista' tara l-Uffiċċju tal-Passjoni fil-paġni dwar il-Kitbiet ta' San Franġisk.

 


L-Ewwel Parti:

Għat-Tridu tal-Ġimgħa Mqaddsa

u għall-Jiem ta’ Matul il-Ġimgħa tul is-Sena Kollha.


  

Salm (1)

 

1. O Alla, l-ħajja tiegħi jien qegħedt quddiemek:

int ġmajt id-dmugħ tiegħi quddiemek.

2. L-egħdewwa tiegħi ħsiebhom kif jagħmluli l-ħsara. .

u ftehemu flimkien bejniethom kontrija .

3. ħallsuni għal ġid bid-deni,

u għal imħabbti bil-mibegħda.

4. Għad li jien ħabbejthom, huma jixluni

imma jiena bqajt nitlob.

5. Missier Qaddi, Sultan tas-sema u l-art,

la titbiegħedx minni: għax il-hemm wasal fuqi

u ma hawn ħadd min igħinni.

6. Ħa jerġgħu lura l-egħdewwa

kull darba li jien insejjaħlek:

għax issa naf li Int Alla tiegħi.

7. Ħbiebi u sħabi mill-mard tiegħi jitgerrxu

qrabati jżommu ‘l bogħod minni.

8. Ħadtli’ l ħbiebi ‘l bogħod minni

għamiltni ħaġa ta' għajb għalihom:

għalquni minn kull naħa, ma nistax noħroġ.

9. Missier Qaddis,

twarrabx minni l-għajnuna tiegħek:

Alla tiegħi, hu ħsieb li tgħinni.

10. Fittex għinni:

Mulej, Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

Glorja 'l-Missier u 'l-Iben u 'l-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-­bidu, issa, u dejjem u jibqa' għal dejjem. Ammen.

  

Salm (2)

 

1. Mulej, Alla tas-salvazzjoni tiegħi:

bi nhar u bil-lejl jiena nitniehed quddiemek.

2. Ħa tasal it-talba tiegħi għandek:

agħti widen għat-talb tiegħi.

3. Ħu ħsieb ruħi u eħlisha:

eħlisni, minħabba l-egħdewwa tiegħi.

4. Għax int kont li nissiltni minn ġuf ommi,

Inti t-tama tiegħi sa minn sider ommi:

intlaqt f'idejk sa minn ġuf ommi.

5. Sa minn ġuf ommi, Int Alla tiegħi:

la titbiegħedx minni.

6. Inti taf bit-tkasbir u l-mistħija

u l-għajb tiegħi.

7. Dawk li jħabbtuni jinsabu quddiemek

u qalbi tistenna tkasbir u niket.

8. Stennejt lil xi ħadd li jaqsam id-dieq miegħi,

u ma kien hemm ħadd:

xi ħadd biex ifarraġni, u ma sibt lil ħadd.

9. O Alla, il-ħżiena qamu għalija,

u fittxew li jeqirduli ħajti fil-ġemgħa tas-setgħana

u ma qegħedux lilek quddiem għajnejhom.

10. Jiena magħdud ma' dawk li neżlin fil-ħofra:

sirt qisni bniedem bla għajnuna,

niġġerra fost il-mejtin.

11. Inti Missieri l-aktar Qaddis:

is-Sultan tiegħi u Alla tiegħi.

12. Fittex għinni:

Mulej, Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

  

Salm (3)

 

1. Ħenn għalija, O Alla, ħenn għalija:

għax fik ittamat ruħi.

2. Għad-dell ta ġwienħak nistkenn

sakemm jgħaddi l-hemm minn fuqi.

3. Insejjaħ lil Alla l-għoli,

lil Alla li jieħu ħsiebi.

4. Jibgħat mis-sema u jsalvani

u jitfa fil-għajb lil min jgħaffiġni.

5. Jibgħat Alla t-tjieba u l-fedeltà tiegħu:

Hu ħataf lil ħajti

mill-egħdewwa l-aktar b'saħħithom

u minn dawk li jobogħduni:

għaliex kienu b’saħħithom aktar minni.

6. Ħejjew xibka fil-mogħdija tiegħi:

u lwew lir-ruħi.

7. Ħaffruli ħofra quddiemi:

iżda huma waġgħu fiha.

8. Sħiħa qalbi, o Alla, sħiħa qalbi:

ħa ngħanni u ninseġ għanja:

9. Qum, ruħ tiegħi, qum arpa u ċetra:

Ħa nqajjem sbieħ il-jum!

10. Infaħħrek Mulej fost il-popli:

ngħannilek f'nofs il-ġnus.

11. Għax sas-smewwiet togħla l-ħniena tiegħek:

u sas-sħab s­sewwa tiegħek ,

12. Għax m’ogħla s-smewwiet, is-sebħ tiegħek

O Alla, uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha.

  

Salm (4)

 

1. Ikollok ħniena minni, O Alla,

għax qed ikasbruni l-bniedem:

il-jum kollu jagħmlu għalija u jgħafsu fuqi.

2. Il-jum kollu jkasbruni l-egħdewwa tiegħi

għax ħafna huma dawk li jeħduha miegħi.

3. L-egħdewwa tiegħi kollha jħasbu dak li hu ħażin għalija:

u fasslu pjan qarrieq kontrija .

4. Dawk li kienu jħarsuli 'l ħajti:

qed ixewxu lil xulxin kontrija.

5. Joħorġu barra:

u jfesfsu bejniethom kontrija.

6. Dawk kollha li rawni, jidħku bija:

jgħajjbuni u jħarrku rashom.

7. Jien dudu ta' l-art u mhux bniedem:

żebliħ tan-nies u tkasbir tal-poplu.

8. Minħabba l-egħdewwa tiegħi kollha,

jien sirt ħaġa ta' min ikasbarha:

jitwerwru l-ġirien tiegħi u min jafni, jibża’ minni.

9. Missier Qaddis,

la tbegħedx minni l-għajnuna tiegħek:

qawwa tiegħi fittex għinni!

10. Fittex agħtini l-għajnuna:

Mulej Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

  

Salm (5)

 

1. B'leħen qawwi lill-Mulej insejjaħ:

b'leħen qawwi lill-Mulej nitlob.

2. Nressaq quddiemu t-tnehid tiegħi

id-dwejjaq tiegħi quddiemu inqiegħed .

3. X’ħin ruħi ġo fija tinfena

int tkun taf minn xhiex għaddej.

4. Fit-triq li fiha nimxi

huma ħbew nassa għalija.

5. Ħarist fuq il-lemin biex nara:

jekk m’hemm ħadd li jagħti każi

6. M’hemmx mnejn nista' naħrab:

m’hemm ħadd min jieħu ħsiebi.

7. Għaliex minħabba fik qed nilqa’ t-tmaqdir:

u l-mistħija tiksili wiċċi.

8. Sirt barrani għal ħuti:

ulied ommi ma jagħrfunix.

9. Missier Qaddis,

il-ħeġġa għal darek nfietni:

u t­-tgħajjir ta' min ikasbar lilek waqa' fuqi.

10. Ingħaqdu flimkien jifirħu kontrija:

bla ma naf għaliex jaħbtu għalija

u bla heda jtertquni.

11. Dawk li għal xejn jobogħduni

huma iżjed mix-xagħar ta' rasi.

12. Dawk li bil-gideb jixluni

huma b’saħħithom aktar minn għadmi

gagħluni nrodd dal li ma sraqtx.

13. Iqumu xhieda qarrieqa kontrija:

jistaqsuni dak li ma nafx.

14. Bid-deni għal ġid iħallsuni, qerduli ruħi,

u gidbu fuqi: u dan, għax nimxi sewwa.

15. Int Missieri l-Aktar Qaddis:

Sultan u Alla tiegħi.

16. Fittex għinni:

Mulej Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

  

Salm (6)

 

1. Intom ilkoll li għaddejjin mit-triq:

ieqfu u araw hawnx niket bħan-niket tiegħi.

2. Għax qabda klieb daru għalija

ġemgħa nies ħżiena rassewni.

3. B’għajnejhom fuqi jħarsu lejja

ħwejġi jaqsmu bejniethom

aqgħtu ix-xorti għall-ilbies tiegħi.

4. Taqqbuli jdejja u riġlejja:

u nista’ ngħodd għadmi kollu.

5. B’ħalqhom miftuħ għal fuqi

bħal iljun li jaħtaf u jgħajjat.

6. Ninsab bħall-ilma msawwab

għandi għadmi maqlugħ kollu

7. Qalbi bħal xemgħa

iddub ġewwa fija.

qed tinħall f'nofs il-ġewwieni tiegħi

8. Ħalqi niexef bħal ċaqqufa

ilsieni mwaħħal ma’ ħnieki.

9. Tawni b'ikel il-velenu:

sqewni l-ħall meta kont bil-għatx.

10. Ninsab mitfuħ fuq trab il-mewt:

u żdieduli l-ġrieħi man-niket tiegħi.

11. Jiena rqadt u qomt

u l-Missieri l-Aktar Qaddis laqagħni bil-glorja.

12. Missier Qaddis,

int irfajt f'idejk leminti:

mexxejtni int skond ir-rieda tiegħek.

13. Għax lil minn għandi fis-sema ħliefek

U meta għandi lilek x’jonqosnu fuq l-art?

14. Biżżejjed, Kunu afu li jiena Alla

għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art.

15. Imbierek il-Mulej, Alla ta' Israel,

li feda ruħ il-qaddejja tiegħu

b'Demmu l-aktar qaddis tiegħu:

u li ma jitlaq qatt lil dawk kollha li jittamaw fih.

16. U nafu li jiġi: għax għad jiġi

biex jagħmel il-ħaqq bil­ġustizzja.

 

Salm (7)

 

1. Popli kollha ċapċpu jdejkom:

għajtu b'leħen ta' ferħ lil Alla!

2. Għax il-Mulej l-Għoli hu tal-biża':

Sultan kbir fuq l-­art kollha.

3. Għax il-Missier Qaddis tas-sema,

Sultan tagħna qabel iż-żminijiet:

bagħat 'l Ibnu l-għażiż mill-għoli,

u ġieb il-fidwa fuq din l-art.

4. Ħa jifirħu s-smewwiet, u tithenna l-art!

Ħa jħabbat il-baħar u kull ma fih!

Ħa jifraħ ir-raba’ u kull ma fih!

5. Għannu lill-Mulej għanja ġdida:

Għannu lill-Mulej fl-art kollha.

6. Għax kbir il-Mulej, u ta' min ifaħħru ħafna:

tal-biża' aktar mill-allat kollha .

7. Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli

agħtu lill-Mulej sebħ u qawwa:

agħtu lill-Mulej is-sebħ ta’ ismu.

8. Offru 'l ġisimkom u ġorru s-Salib imqaddes tiegħu:

u imxu fuq il-kmandamenti mqaddsa tiegħu sa l-aħħar.

9. Ħa titriegħed quddiemu l-art kollha:

Ħa għidu fost il-ġnus li l-­Mulej

saltan minn fuq is-siġra tas-salib .

 

  [Fil-Festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej

 jiżdiedu dawn il-versi]

 

10. U tela' s-Sema:

u qiegħed fil-lemin tal-Missier l-aktar qaddis fis-Sema,

Ogħla ‘l fuq mis-smewwiet, O Alla!

Uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha!

11. U nafu li ġie u jerġa’ jiġi:

biex jagħmel ħaqq bil-ġustizzja.

  


It-Tieni Parti

Għal Żmien l-Għid il-Kbir

F’Sibt il-Għid, jiġifieri fi tmiem il-jum tas-Sibt


  

Salm (8)

 

1. O Alla, ejja eħlisni:

Mulej, fittex għinni.

2. Ħa jistħu u jinfixlu:

dawk li jridu jneħħuli ħajti.

3. Ħa jerġgħu lura mħawwda

dawk li jifirħu bid-deni tiegħi.

4. Ħa jerġgħu lura kollhom mistħija:

dawk li jiddieħku bija.

5. Ħa jithennew u jifirħu bik

dawk kollha li jfittxuk:

u jgħidu dejjem "Kbir hu Alla,”

dawk li jħobbu s-salvazzjoni tiegħek.

6. Imma jien fqajjar u msejken:

o Alla, fittex għinni!

7. Inti l-għajnuna u l-ħellies tiegħi,

iddumx ma tgħinni, Mulej.

  

Salm (9)

 

1. Għannu 'l-Mulej għanja ġdida:

għax għamel ħwejjeġ ta' l­għaġeb

2. Il-leminija tiegħu u d-driegħ imqaddes tiegħu:

issagrifikaw l-Iben għażiż tiegħu.

3. Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni tiegħu:

f’għajnejn il-ġnus wera l-ġustizzja.

4. Dak in-nhar il-Mulej jurini l-ħniena tiegħu:

u mal-lejl dwiet il­-għanja tiegħu.

5. Dan hu l-Jum li għamel il-Mulej:

ħa nifirħu u nithennew fih.

6. Imbierek min ġej f'isem il-Mulej:

il-Mulej hu Alla, hu d-dawl tagħna.

7. Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art;

ħa jħabbat il-baħar u kull ma fih,

ħa jifraħ ir-raba u kull ma fih.

8. Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli,

agħtu lill-Mulej sebħ u qawwa,

agħtu lill-Mulej is-sebħ ta’ ismu.

 

[Fil-lejl tat-Tlugħ il-Mulej jiżdiedu dawn il-versi]

 

9. Slaten ta' l-art, għannu lil Alla:

faħħru bid-daqq lill-Mulej tiegħi.

10. Faħħru bid-daqq lil Alla

lil dak li tela' 'l fuq mis-smewwiet:

lejn il-Lvant.

11. Arawh!, se jsamma’ leħnu, leħen qawwi:

Agħrfu l-qawwa ta’ Alla

Fuq Iżrael il-kobor tiegħu

Fis-smewwiet il-qawwa tiegħu.

12. Ta' l-biża’ Alla fis-santwarju tiegħu

Hu Alla ta’ Iżrael,

li jagħti l-qawwa u ħila lill-poplu tiegħu

Mbierek Alla!

Glorja lil Missier u l-Iben

u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien fil-bidu, issa u dejjem.

Ammen. 

 


It-Tielet Parti

Għall-Ħdud u l-Festi Prinċipali


  

Salm (10)

 

1. Għajjtu bil-ferħ lil Alla,

bnedmin tad-dinja kollha

għannu s-sebħ ta' ismu:

xandru s-sebħ u t-tifħir tiegħu.

2. Għidu lil Alla: Kemm int tal-biża’ fl-egħmilek,

għall-kobor tal-qawwa tiegħek

jitilfu l-ħila quddiemek l-egħdewwa tiegħek.

3. L-art kollha tagħtik qima

tgħannilek u tgħanni lil ismek.

4. Ejjew, isimgħu, u ngħidilkom

intom ilkoll li tibżgħu minn Alla

ngħidilkom x’għamel miegħi.

5. Lilu sejjaħ fommi

tifħiru kien fuq ilsieni.

6. Hu sama' leħni mit-tempju tiegħu

f’widnejh waslet l-għajta tiegħi.

7. Bierku, popli, lil Alla tagħna

semmgħu l-għana tat-tifħir tiegħu.

8. Bih jitbierku l-ġnus kollha ta’ l-art;

il-popli kollha jsejjħulu hieni.

9. Mbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael:

li waħdu jagħmel ħwejjeġ ta' l-għaġeb.

10. Mbierek għal dejjem isem msebbaħ

timtela’ l-art kollha b’sebħu.

 

Salm (11)

 

1. Jisimgħek il-Mulej fi żmien in-niket;

iħarsek l-isem ta’ Alla ta’ Ġakobb!

2. Mit-tempju mqaddes tiegħu jibgħatlek l-għajnuna

u minn Sijon jagħtik is-saħħa.

3. Jiftakar fl-offerti tiegħek kollha

u jilqa’ bil-qalb is-sagrifiċċju tiegħek.

4. Jagħtik dak li tixtieq qalbek

u jtemm ħsibijietek kollha.

5. Naqbżu bil-ferħ għar-rebħa tiegħek:

u ngħollu l-bnadar f'isem Alla tagħna.

6. Jagħtik il-Mulej kull ma titolbu!

Jien issa naf li l-Mulej.

bagħat lil Ibnu, Ġesu Kristu,

u jagħmel ħaqq mill-popli bil­ġustizzja.

7. Il-Mulej sar kenn għall-fqajjar,

għajnuna fil-għaks u fid-dwejjaq:

ħa jittamaw fik dawk li għarfu ismek.

8. Mbierek il-Mulej Alla tiegħi,

għax int sirt fortizza għalija

kenn tiegħi f’jum id-dwejjaq;

9. Qawwa tiegħi int, lilek ferħan ngħanni:

għax inti Alla fortizza tiegħi,

Alla tiegħi u mħabba tiegħi.

  

Salm (12)

 

1. Fik Mulej, jien nistkenn

ma jkolli qatt għax ninfixel.

2. Agħtini widen u fittex eħlisni.

3. Kun sur ta’ kenn għalija

int wegħedt li tiġi dejjem issalvani.

4. Għax inti, Mulej, it-tama tiegħi,

Mulej, inti l-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.

5. Fuqek serraħt sa minn twelidi

sa minn ġuf ommi inti ħadtni

u inti dejjem it-tifħir tiegħi.

6. Mimli fommi b’tifħirek,

u ngħanni l-glorja tiegħek

u b’sebħek il-jum kollu.

7. Weġibni, Mulej, għax mill-aħjar tjubitek;

dur lejja fil-kobor tal-ħniena tiegħek.

8. Taħbix wiċċek mill-qaddej tiegħek;

fittex weġibni, għax ninsab fil-hemm.

9. Mbierek lil Mulej, Alla tiegħi,

għax hu jħarisni u sar il-kenn tiegħi:

f’jum id-dwejjaq tiegħi.

10. Qawwa tiegħi int, lilek ferħan ngħanni:

għax inti Alla fortizza tiegħi,

Alla tiegħi u mħabba tiegħi.

 


Ir-Raba' Parti:

Għal Żmien l-Avvent


  

Salm (13)

 

1. Mulej għal dejjem se tinsieni?

Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?

2. Kemm se ndum b’qalbi ttaqtaq

bl-imrar kuljum f’qalbi?

3. Kemm se jdum jintrefa’ l-għadu fuqi?

Ħares u weġibni, Mulej, Alla tiegħi.

4. Agħti d-dawl lil għajnejja,

li ma naqax fir-raqda tal-mewt;

li ma jgħidx l-għadu tiegħi: “Għelibtu!”

5. Li ma jifirħux l-egħdewwa għax jarawni nogħtor.

Imma jien fit-tjieba tiegħek nitma.

6. Tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek

Ngħanni lill-Mulej għall-ġid li għamilli!

  

Salm (14)

 

1. Infaħħrek, Mulej, Missier l-aktar Qaddis,

Sultan tas-sema u l-art:

għaliex int farraġtni.

2. Int Alla s-Salvatur tiegħi:

Jien fik nittama, m’għandix għax nitfixkel

3. Il-Mulej hu l-qawwa u t-tifħir tiegħi:

hu sar għalija s-salvazzjoni.

4. Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa:

lemintek Mulej tfarrak il-għadu.

Bil-kobor ta’ sebbħek ixxejjen ‘il min iqum għalik.

5. Hekk jaraw l-imsejkna u jifirħu;

u tagħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla.

6. Ifaħħruh is-sema u l-art

l-ibħra u kull ma jitħarrek fihom..

7. Għax Alla jsalva ‘l Sijon:

u jibni l-Bliet ta’ Ġuda.

8. U huma jerġgħu lura u jgħammru fiha.

9. Jirtuha wlied il-qaddejja tiegħu;

dawk li jħobbu lil ismu joqogħdu fiha.

  


Il-Ħames Parti

Għal Żmien il-Milied sa l-Ottava ta' l-Epifanija


 

Salm (15)

 

1. Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna:

għajjtu b’leħen ta’ ferħ lil Alla, ħaj u veru,

2. Għax il-Mulej l-Għoli, hu tal-biża':

Sultan kbir fuq l-­art kollha:

3. Għax il-Missier l-aktar qaddis tas-sema,

Sultan tagħna, sa minn qabel iż-żminijiet,

bagħat mill-għoli 'l Ibnu l-maħbub:

u twieled mill-Verġni, mqaddsa Marija

4. Hu jsejjaħli: "Missieri Int";

u jiena nagħmlu l-Iben il-kbir tiegħi,

l-ogħla fost s-slaten kollha ta' l-art.

5. Dak in-nhar il-Mulej wera l-ħniena tiegħu:

u mal-lejl dwiet il­-għanja tiegħu.

6. Dan hu l-Jum li għamel il-Mulej:

nifirħu u nithennew fih.

7. Għaliex ingħatalna Iben l-aktar qaddis,

twildilna tifel.

twieled u tqiegħed f’maxtura:

għax ma kienx hemm post għalih fil-lukanda.

8. Glorja 'l Alla fil-għoli tas-sema:

u paċi fl-art lill-­bnedmin ta' rieda tajba.

9. Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art;

ħa jħabbat il-baħar u kull ma fih,

ħa jifraħ ir-raba u kull ma fih.

10. Għannu lil Mulej għanja ġdida:

Għannu lill-Mulej fl-art kollha.

11. Għax kbir il-Mulej ta' min ifaħħru ħafna:

ta-biża' aktar mill-allat kollha.

12. Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli;

Agħjtu lill-Mulej sebħ u qawwa;

Agħtu lill-Mulej is-sebħ ta’ ismu.

13. Offru ġisimkom u ġorru s-salib imqaddes tiegħu:

u ħarsu sa l-aħħar il-kmandamenti tiegħu.

 


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi- Frar 2003


 

Dawn huma is-salmi li Missierna Franġisku

l-aktar qaddis ġabar b'qima, tifkira u tifħir lejn

il-Passjoni tal-Mulej. Dawn jingħadu matul kull siegħa tal-jum u f’siegħa matul il-lejl. Dawn jibdew mill-Kumpieta ta’ Ħamis

ix-Xirka,

għax f'dak

il-lejl il-Mulej tagħna Ġesù Kristu jiċħud

u meħud arrestat.

 

U nnota li

San Franġisk kien jgħid dan l-Uffiċċju b’dan il-mod: l-ewwel kien igħid it-talba li l-Mulej

u

l-Mgħallem tagħna għallimna: Missierna"

bit­tifħir "Qaddis, qaddis qaddis"

kif inuma mitkuba.

Fi tmiem

it-talba

ta’ tifħir

bit-talb

li hemm

fl-aħħar,

kien jgħid din

l-antifona:  “Qaddisa Verġni Marija, L-ewwel kien igħid is-Salmi ta’ Marija qaddisa, imbagħad kien jgħid is-salmi l-oħra li kien jagħżel.

U fi tmiem ta’ kull salm li kien igħid, kien igħid

is-salmi

tal-Passjoni. Fi tmiem

l-aħħar salm, kien igħid mill-ġdid

l-antifona: “Qaddisa

Verġni Marija

Fi tmiem ta’

l­antifona,

kien jgħid

it-talba u

l-Uffiċċju kien jintemm.

I