Nitolbu ma' San Franġisk                        

 

◄◄|werrej|►►


Talba tal-Papa Ġwanni XXIII

waqt iż-żjara f'Assisi

- 4 ta' Ottubru 1962


 

Nistgħu nistaqsu: 

Għalfejn Alla kien idu daqshekk miftuħa

ma’ Assisi b’ambjent li jsaħħar,

b’art hekk rikka,

b’tant qdusija li donnha timraħ fl-arja

u li il-pellegrini jħossu f’qalbhom?

It-tweġiba hija sempliċi:

sabiex aħna permezz ta’ lingwaġġ komuni u universali,

nkunu nistgħu nitgħallmu nagħrfu l-Ħallieq tagħna

u biex inħossuna f’għaqda ma’ xulxin…

 

Fl-isem ta’ Kristu l-Mulej tagħna

u permezz tiegħu jalla l-paċi

tkun fuq il-popli kollha, fuq il-ġnus kollha

u fuq il-familji kollha,

jalla din il-paċi nissel il-properità mixtieqa

kemm fuq il-livell spiritwali

u kemm fuq il-livell materjali,

li ġġib ferħ li jagħti r-ruħ u l-kuraġġ lil kulħadd

biex iħabirku għal mod ta’ għexien aktar seren u nobbli.

 

Fuq il-blata ta’ l-Għolja tal-Ġenna

jistrieħ l-għadam ta’ San Franġisk,

li hu mogħti qima mid-dinja kollha.  

 

Franġisku għex biss erba’ u erbgħin sena,

u kif nafu kważi nofshom

ħliehom fix-xejn ifittex il-ferħ,

dan l-iben ta’ Mastru Bernardone

kien donnhu maħkum min turment li ma ħallix kwiet,

in-nofs l-ieħor ta’ ħajtu

għaddih f’avventura kbira u glorjuża,

li dehret qiesa tal-ġenn,

iżda li fir-realtà kienet bidu ta missjoni

li waslet għall-glorja li ma tintemx.

Din il-missjoni u din il-glorja

kienu li taw l-ispirazzjoni għat-talba tagħna hawnhekk f’Assisi,

għat-talba tagħna għall-Italja, għan-nazzjonijiet kollha…

 

O Belt Qaddis ta’ Assisi,

int magħrufa mid-dinja kollha għar-raguni waħdanija

għax int art twelid il-Fqajjar, il-qaddis tiegħek,

hekk serafiku fil-ħeġġa ta’ mħabbtu. 

Jalla tagħraf dan il-privileġġ tiegħek

u tagħti xhieda quddiem kulħadd

ta’ fedeltà lit-tradizzjoni Nsranija,

li tkun kemm għalik u kemm għal oħrajn,

l-għajn ta’ unur veru u dejjiemi…

 


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi- Jannar 2003


 

Ġwanni XXIII

f'Assisi

bħala

pellegrin

fuq

il-Qabar

ta' San Franġisk

proprju lejliet

il-bidu

tal-Konċilju Vatikan II