Innijiet u Ghanjiet                         

 

◄◄|werrej|►►


Innijiet u Ghanjiet f'gieh San Frangisk

1. Glorja, Glorja

2. Ninsgu Safja

3. Diehla go Qalbi

4. Talba ta' San Damjan


1. Glorja, Glorja


Glorja, Glorja, nghannulu minn qalbna,

Lil Frangisku imlibbes bil-faqar.

Nghidu f'hajtu kemm garrab u nhaqar

ghal min habbu u miet fuq salib

 

Int, Missierna, id-dehwa ta' l-Angli;

kewkba tlellex bhad-deh'b, kollok dija.

Saffi lilna tal-griehi mid-dmija

li naqqaxlek fuq gismek Habib.

 

Glorja, Glorja, inghajtu ghalenija,

lil min rebat ghall-mewt kull stkerriha;

“Oht”, sejhilha u waslet b'mistrieha,

sabiex tkeffen 'il gismu misiub.

 

Missier hlejju, hallina fuq gismek,

harstna nwahhlu, u nahsbu go fina.

Int biss stajt xebh wisq gholi taghtina,

ta' min b'demmu hasilna mid-dnub.

 

Glorja, Glorja, bla heda nghannulek,

fuq din l-art ghat-twemmin blata shiha;

insehbuha tal-warda mal-fwieha

li titbissem ta' Malta fil-gnien.

 

U jasallek, Missier, dan il-lehen;

hares lejna; isma' t-talb fqajjar taghna;

Qatt titbieghed, tinfired minn maghna

kun it-tarka u s-sejf tal-helsien.

 

Kliem: P. Alfons Sammut OFMConv

Muzika: P. Domenico Stella OFMConv


2. Ninsgu Safja


Ninsgu safja dik l-ghanja ta' mhabba,

u nghannuha ma' l-Angli tas-sema;

fiha nghidu dak l-ghageb li l-grajja

ma tfakkarx iehor bhalu li nstema'.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha,

fuq l-Alvernja sirt xebh ta' Min fdiek;

u mis-sema bis-setgha li ghandek,

grazzji ixhet, kif dejjem tlabniek.

 

F'Nofs id-dija li tisboq lill-kwiekeb,

Xhin kont tghammar bil-hsieb fis-smewwiet,

Serafin rajt b'sitt gwienah iheggu,

fuq dik l-gholja, fejn doqt biss hlewwiet.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha ...

 

L-gheliem kellu tal-fidwa tal-bniedem;

minxur kien ma' l-ghudiet tas-salib;

kellu l-griehi li nifdu l-imsiemer;

kellu f sidru tal-lama t-tidrib.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha ...

 

O Missierna, iss'inti bhal Kristu,

Kristu iehor, nghidlek flimkien,

Mitlufin fl-oghla hegga ta' mhabba,

Int hejjilna dejjiemi l-ghajxien.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha ...

 

KLiem: P. Albert Sammut OFMConv

Rabat: 26 ta' Awissu 1952


3. Diehla go Qalbi


Diehla go qalbi hena ttini hlewwa

tqattar mimlija bit-taghrif tas-sewwa.

 

Sabiha l-hajja meta hi mimlija

bl-imhabba t'Alla li halaqha ghalina.

 

     Hajr naghtu 'l Alla ghall-gmiel li hawn madwarna

     Hu hejja d-dinja ghalija u ghalik.

 

Min xeghel il-kwiekeb, trlla' x-xemx hanina,

il-qamar hiemed, li l-wens jaghtina.

 

Il-ward fil-gnejna, l-ikhal nir tal-bahar,

l-ilmijiet sajfa: min bihom jiftahar.

 

     Hajr naghtu 'l Alla ghall-gmiel li hawn madwarna

     Hu hejja d-dinja ghalija u ghalik.

 

Kliem: P. Alfons Sammut OFMConv

Muzika: Riz Ortolani


4. Talba ta' San Damjan


Bniedem li jixtieq il-gid jerfa' holma f'qalbu

b'hafna mhabba u umiltà jaf jasal jibniha,

 

     Jekk b'qalb tajba taghraf tghix bla ma tgholli rasek

     aktar hieni tista' tkun waqt li xejn ma jkollox.

 

Jekk tixtieq bil-gharaq tieghek minn dal-jum ghal iehor

tqieghed gebla fuq gebl'ohra, fl-ahhar tasal fuq nett.

 

     Jekk il-hajja tghix ta' fqir, il-moghdija ssibha

     li timlielek kif tixtieq qalbek bis-sliem kollu.

 

Il-ferhat tal-bniedem fqir huma dejjem isbah

il-ferhat li wara kollox huma l-aqwa haga.

 

     Habbrek sew, mil-jum ghal ghada bil-gharaq tieghek,

     tqieghed gebla fuq gebl'ohra, fl-ahhar tasal fuq nett.

 

Kliem: mhux maghruf

Muzika: Riz Ortolani


Assisi: 17.4.2003

Statwa

tal-Qaddis meqjuma

fil-Knisja ta'

San Frangisk

Birkirkara