Nitolbu ma' San Frangisk

◄◄|werrej|►►


L-Ewwel Ghasar

tal-Festa ta' San Frangisk

3 ta' Ottubru


 

V/. O Alla, ejja ehlisni.

R/. Mulej fittex ghinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,

ghal dejjem ta' dejjem. Amen, Alleluia.

 

Innu

Ix-xemx niezla bil-qajl, fuq l-art mis-sema

bdew jaqghu twal, ghajjiena, d-dellijiet;

is-skiet fuq kollox, San Frangisk hass riesaq

il-hin li jmur jithenna fis-Smewwiet.

 

X'qawwa qed tahkem dan il-bniedem t'Alla!

U x'fidi hajja daqs ilsien tan-nar!

X'hegga ta' mhabba taqbad gewwa sidru,

kull hjiel ta' dinja fih, ga ghadda w mar!

 

Qalbhom maqsuma jibku, resqu b'qima

uliedu, u madwaru migburin

staqsewh: "Ghaliex se titlaq ja raghaj taghna,

se nisfghu nghag mitluqa u mxerrdin?"

 

Hares lejhom bis-sliem u refa' idu,

u fetah kemmxejn fommu kollu hlewwa:

"Tinzel fuqkom bhal xita l-grazzja t'Alla,"

qalilhom, "u thariskom minn kull dnewwa"

 

"Jalla ma jidhol qatt il-qerq go mohhkom

u l-bogh'd izzommu l-gisem minn kull htija

ta' zina u tingis, 'mma jkollkom qalbkom

bit-tjieba tal-Mulej, b'kull hajr, mimlija".

 

Kif qal dal-kliem, ir-ruh halliet il-gisem,

taret fil-berah wiesa' tas-Smewwiet,

kewkba ta' dawl leqqien, biex tmur tissieheb

mal-kwiekeb l-ohra, jiddu bil-qtajjiet.

 

Glorja naghtu 'l-Missier, 'l Ibnu h-Wafidieni

u lill-Ispirtu Mqaddes tal-qdusija:

taghtina t-Trinità li nghixu maghha

ghal dejjem fis-Smewwiet, fl-oghla tgawdija. Amen.

 

Salmodija

Antifona. 1: Frangisku, bniedem kattoliku u kollu apostoliku, gie mibghut ihejji tìtriq ghall-Vangelu tal-Paci.

 

Salm 111

Hieni l-bniedem li jibza' mill-Mulej, *

   li jitghaxxaq hafna bil-kmandamenti tieghu!

Kbar fuq l-art ikunu wliedu;*

   nisel it-tajbin ikun imbierek.

 

Gid u ghana jkunu f'daru; *

   ghal dejjem tibqa' l-gustizzja tieghu.

Dawl fid-dlam ifegg ghat-tajbin; *

   twajjeb u hanin hu l-bniedem sewwa.

 

Tajjeb il-bniedem li jhenn u jislef, *

   li jmexxi hwejgu bir-reqqa.

Ghax il-bniedem gust qatt ma jitfixkel; *

   ghal dejjem tibqa' t-tifkira tieghu.

 

Xejn ma jibza' minn ahbar hazina; *

   qalbu qawwija bit-tama fil-Mulej.

Qalbu qawwija, ma ghandux mniex jibza', *

   sa ma jara mxejjen il-ghadu tieghu.

 

Iqassam u jaghti lill-foqra;

   ghal dejjem tibqa' l-gustizzja tieghu; *

   rasu merfugha bil-gieh.

Jarah il-hazin u jinkedd

   ihezzez snienu u jertaq qalbu *

   Imma x-xewqa tal-hziena tibqa' bla temma.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona: Frangisku, bniedem kattoliku u kollu apostoliku, gie mibghut ihejji tìtriq ghall-Vangelu tal-Paci.

Antifona 2: F'hajtu dawwal id-dar t'Alla u fi zmienu rifed it-tempju tieghu.

 

Salm l47

Sebbah, Gerusalem, il-Mulej; *

   fahhar 'l Alla tieghek, Sijon!

Hu jsahhah l-istaneg ta' bwiebek, *

   u jbierek gewwa fik 'l uliedek.

 

Hu jgieghed fis-sliem it-trufijiet ta' artek, *

   u lilek bl-ahjar gamh ixebbghek.

Hu jibghat fuq h-art il-kmand tieghu; *

   bil-heffa tigri h-kelma tieghu.

 

Jibghat is-silg bhas-suf; *

   ixerred bhar-rmied il-glata.

Jitfa' s-silg bhall-frak tal-l-lobz; *

   u jaghgad l-ilma bil-kesha tieghu.

 

Isemma' kelmtu, u jinhall is-silg; *

   jonfoh ir-rih tieghu, u jigri l-ilma.

 

Hu jxandar kelmtu lil Gakob, *

   il-ligijiet u d-digrieti tieghu lil Israel.

Ma ghamel hekk ma' ebda poplu; *

   lil hadd ma gharraf id-digrieti tieghu.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

  u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

  ghal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona F'hajtu dawwal id-dar t'Alla u fi zmienu rifed it-tempju tieghu.

Antifona 3: Ohrog mill-habs lil ruhi, it-twajbin qed jistennewni sakemm tatini hlasi.

 

Salm 141

B'lehen qawwi lill-Mulej insejjah, *

   b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob.

Inressaq quddiemu t-tnehid tieghi, *

   id-dwejjaq tieghi quddiemu nqieghed.

 

X'hin ruhi go fija tinfena, *

   int tkun taf minn xiex ghaddej.

Fit-triq li fiha nimxi, *

   huma hbew nassa ghalija.

 

Inhares fuq il-lemin, *

   u nara li m'hemm hadd min jaghti kazi;

m'hemmx mnejn nista' nahrab,*

   m'hemm hadd min jiehu hsiebi.

 

Lilek Mulej, insejjath

   nghidlek : "Inti l-kenn tieghi, *

   inti sehemi f'art il-hajjin.

 

Aghti widen ghall-ghajta tieghi, *

   ghax ninsab mitluq ghall-ahhar.

Ehlisni minn dawk li daru ghalija, *

   ghax huma aawa minni.

 

Mill-habs ohrogni, *

   biex inrodd hajr lil ismek.

Madwari jduru l-gusti, *

   ghax int timxi tajjeb mieghi."

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona Ohrog mill-habs lil ruhi, it-twajbin qed jistennewni sakemm tatini hlasi.

 

Lezzjoni Qasira  

Rum 8, 1O-I I

Jekk Kristu jghammar fikom, il-gisem hu mejjet minhabba fid-dnub, imma l-Ispirtu hu hajjitkom minhabba l-gustizzja. Jekk l-Ispirtu ta' dak li qajjem lil Gesù mill-imwiet ighammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem ghall-hajja wkoll il-gisem mejjet taghkom, bis-sahha ta' l-Ispirtu li jghammar fikom.

 

Responsorju Qasir

R/. Frangisku fqir u umli * Dahal ghani fis-sema.

V/. Frangisku fqir u umli * Dahal ghani fis-sema.

R/. Gie msebbah b'ghanjiet tas-sema

V/. Dahal ghani fis-sema.

R/: Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu

V/. Frangisku fqir u umli * Dahal ghani fis-sema.

 

Antifona: Frangisku obda f'kollox lill-Hallieq ghalhekk ikkmanda lill-hlejjaq; hu gharaf juzahom ghall- glorja ta' Dak li halaq kollox.

 

Kantiku ta' Marija

Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej, *
   u l-ispirtu tieghi jifrah f'Aha, s-Salvatur tieghi.
ghax hu xehet ghajnejh
   fuq ic-cokon tal-qaddejja tieghu. *
   Iva, minn issa 'l quddiem
   kull nisel jibda jsejjahli hienja.


Ghax is-Setghani ghamel mieghi hwejjeg kbar. *
   qaddis hu l-isem tieghu.
Il-Hniena tieghu tinfirex f'kull zmien *
   fuq dawk li jibzghu minnu.


Hu wera l-qawwa ta' drieghu, *
   xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.
Nizzel is-setghana minn fuq it-tron taghhom, *
   u gholla c-ckejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-guh. *
   u l-ghonja baghathom 'il barra b'xejn.


Ha hsieb Izrael, il-qaddej tieghu, *
   ghax ftakar fil-hniena tieghu.
bhalma wieghed lil missirijietna *
   b'rizq Abraham u nislu ghal dejjem.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona: Frangisku obda f'kollox lill-Hallieq ghalhekk ikkmanda lill-hlejjaq; hu gharaf juzahom ghall- glorja ta' Dak li halaq kollox.

 

Preci

Alla Missier, ghajn ta' kull qdusija, nitolbuk li bl-ezempji u l-intercessjoni tal-qaddis Missierna Frangisku, twassalna ghall-hajja qaddisa, u nghidulek:

- Ismaghna, nitolbuk.

 

Missier qaddis li ghamilt fill-qaddej tieghek Frangisku dixxiplu perfett ta' Ibnek,

- aghmel li ahna wkoll nimxu fuq il-passi tieghu, u nharsu bil-fedeltà l-Vangelu ta' Kristu.

 

Missier qaddis, mexxi l-passi taghna fit-triq tas-sliem li wriena l-Missier taghna Frangisku,

- halli nghixu b'qalb sinciera fl-ubbidjenza, bla xejn taghna, u fil-kastità.

 

Missier qaddis, li tbaxxi s-suppervi, u tgholli `l-umli,

- aghtina li nimxu wara l-Missier serafiku fl-umiltà.

 

Missier qaddis, li zejjint lill-qaddej tieghek Frangisku bil-pjagi mqaddsa tal-passjoni ta' Ibnek,

- ghallimna dejjem niftahru ferhana bis-salib ta' Sidna Gesù Kristu.

 

Missier qaddis, li tajt il-mahfra lill-midinbin ghat-talb tal-qaddis Missierna Frangisku,

- uri fil-hniena tieghek id-dawl ta' wiccek lil hutna mejtin.

 

Missierna

Missierna...

 

Talba

O Alla, int ridt

li s-Serafiku Missierna San Frangisk

ikun jixbah lil Kristu

fil-faqar u l-umiltà tieghu;

aghtina li nimxu fuq il-passi tieghu wara Ibnek

u ninghaqdu mieghek b'imhabba hienja.

B'Ibnek, Gesù Kristu Sidna

li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan

flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu

ghal dejjem ta' dejjem.

Amen.

 

Barka

V/. Il-Mulej maghkom.

R/. U mieghek ukoll.

V/. Iberikkom Alla li jista' kollox, il-Missier

      u l-Iben u l-Ispirtu   s-Santu.

R/.  Amen.

V/. Morru fil-Paci ta' Kristu.

R/. Inroddu hajr lil Alla.

 

 

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin mill-Litugija tas-Sighat, Proprju Frangiskan, Malta 1980

Assisi -24.4.2003 


Il-Festa

ta'

San Frangisk ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.