Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


L-Ufficcju ta-Qari

tal-Festa ta' San Frangisk

4 ta' Ottubru


 

V/. O Alla, ejja ehlisni.

R/. Mulej fittex ghinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben

     u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,

     ghal dejjem ta' dejjem. Amen- Alleluia

 

Innu

San Frangisk ghani bil-grazzji

sar l-ezempju tal-gwejdin,

fis-Smewwiet ihum jixxierek

mal-qtajjiet tal-qaddisin.

 

Taht il-ligi ta' l-ispirtu

f'gismu razzan il-kburija;

lilu nnifsu, d-dnub, id-dinja,

rebah fl-aqwa tal-qlubija.

 

F'ghalqa zghira, xejn imkabbra

hawwel dielja - tal-Minuri;

bit-taghlim qaddis ta' mgiebtu

Triq-il-Hajja seta' juri.

 

Ghall-gid kbir li jibqa' ghal dejjem

ghadd sew gibed ta' fqajrin,

u sejhlhom mhux bil-kelma

'mma bl-eghmejjel wisq ghaqlin.

 

Hajtu ddiet b'taghlim mill-aqwa

u bis-sebh ta' h-eghgbijiet:

kull ma ghallem, stqarr u ghamlu,

wassal gnus lejn is-Smewwiet.

 

San Frangisk, 'l uliedek qegh'dhom

fil-palazz tal-Kbir Sultan,

ghal qdusitek, zommhom dejjem

bogh'd min-nasba tax-xitan.

 

Lill-Missier, 'l Ibnu l-Wafidieni,

u 'l-Ispirtu tal-Qdusija,

nitolbuhom jilqghu talbna -

Trinità bil-wisq qawwija. Amen.

 

Salmodija

Antifona. 1: Il-Mulej nessieni dar missieri, u kabbarni f'art il-faqar tieghi.

 

Salm 1

Hieni l-bniedem

   li ma jimxix fuq il-pariri tal-hziena,

   li ma jiqafx fi triq il-hatjin, *

   li ma joqghodx fil-laqghat taz-zeblieha;

imma fil-ligi tal-Mulej il-ghaxqa tieghu, *

   lejl u nhar jahseb fil-ligi tieghu.

 

Hu bhal sigra mhawla hdejn nixxighat ta' l-ilma, *

   li taghmel il-frott fi zmienha,

u l-weraq taghha ma jidbielx; *

   hu jirnexxi f'kull ma jaghmel.

 

Mhux hekk il-hziena, mhux hekk ; *

   izda huma bhal tibna li jtajjarha r-rih.

Ghalhekk il-hziena ma jifilhux ghall-haqq, *

   ma joqoghdux il-hatja fil-gemghat tat-tajbin.

Ghax triq it-tajbin il-Mulej jafha; *

  imma triq il-hziena tintemm fix-xejn.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona: Il-Mulej nessieni dar missieri, u kabbarni f'art il-faqar tieghi.

Antifona 2: L-ghajb tas-salib ta' Kristu huwa qisu ghana akbar mit-tezori tad-dinja.

 

Salm 8

Mulej, Sid taghna, *

   kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Int qeghidt is-sebh tieghek *

   'il fuq mis-smewwiet.

 

Int, li s-sebh tieghek ighannih *

   fomm it-tfal u t-trabi tal-halib;

int, li bnejt sur kontra l-eghdewwa, *

   biex iggib fix-xejn il-ghadu u 'l min iqum kontrik.

 

Inhares lejn is-smewwiet, eghmil subghajk, *

   il-qamar u l-kwiekeb li int qeghidt fihom!

Xinhu l-bniedem biex tiftakar fih, *

   bin il-bniedem, biex tahseb fih?

 

Ftit inqas mill-allat ghamiltu,

   bis-sebh u l-gmiel zejjintu,

   qeghidtu fuq l-eghmejjel kollha ta' jdejk!

 

Kollox taht riglejh qeghidtlu : *

   in-naghag u l-baqar kollha, sa l-bhejjem tax-xaghri;

l-aghsafar ta' l-ajru u l-hut tal-bahar, *

   dak kollu li jterraq fil-bahar.

 

Mulej, Sid taghna, *

   kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen.

Antifona L-ghajb tas-salib ta' Kristu huwa qisu ghana akbar mit-tezori tad-dinja.

Antifona 3: Jiena mitt ghad-dinja, u hajti hija mohbija ma' Kristu f'Alla.

 

Salm 15

Harisni, o Alla, *

   ghax fik jien nistkenn.

Jien ghidt lill-Mulej: "Int Sidi; *

   m'ghandix gid iehor hliefek."

 

It-twajbin huma l-kbar f'din l-art; *

   fihom hi l-ghaxqa kollha tieghi.

Il-hemm taghhom ikattru *

   dawk li jahtru allat ohra.

 

Ma nsawwabx bhalhom id-demm b'sagrificcju, *

   anqas isimhom ma nsemmi b'xofftejja.

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-rizq tieghi, *

   inti izomm f'idejk xortija.

 

Il-kejl tani art li tghaxxaq, *

   messi sehem tassew ghal qalbi.

Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma; *

   imqar bil-lejl qalbi tghallimni.

 

Inzomm il-Mulej dejjem quddiemi, *

   ghax bih f'leminti qatt ma nitharrek.

Hekk tifrah qalbi u tithenna ruhi, *

   u gismi wkoll jistrieh fil-kwiet.

 

Ghax int ma titlaqnix fl-imwiet *

   ma thallix il-mahbub tieghek jara l-qabar.

Int tghallimni t-triq tal-hajja;

   hemm il-milja tal-ferh quddiemek, *

   hemm il-ghaxqa gqal dejjem f'lemintek.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona Jiena mitt ghad-dinja, u hajti hija mohbija ma' Kristu f'Alla.

 

V/. Mulej, issigillajt il-qaddej tieghek Frangisku.

R/. Bis-sinjali tal-fidwa taghna.

 

Lezzjoni I

Sir 50, l.4-ll, l3-l4, 22-25, 29-3l

Qari mill-Ktieb ta' Bin Sirak.

 

Bhax-xemx tiddi, hekk idda fil-maqdes ta' Alla

 

Ara, hawn hu dak li fi zmienu sewwa d-dar ta' Alla u f'hajtu sahhah il-maqdes. Hu ha hsieb il-poplu tieghu, u helsu mit-telfien. Sahhah il-belt minhabba l-eghdewwa; kemm kien sabihi bin-nies imdawrin mieghu!

 

Bhal kewkba li tleqq minn bejn is-shab, u bhal gamar mimli li jiddi fi zmienu; bhax-xemx tiddi, hekk huwa sireg fil-maqdes ta' l-Oghli. Bhal qawsalla li tidher gos-shab, bhal inwar tal-ward fil-jiem tar-rebbiegha, bhal susan hdejn l-ilma gieri, bhal fwieha li tinhrex fil-jiem tas-sajf; bhal nar iheggeg, u incens jaqbad fin-nar, bhal bicca deheb mahduma bir-reqqa b'hagar prezzjuz imwahhal fiha; bhal sigra taz-zebbug thaddar mimlija frott, u bhal cipressa toghla lejn is-sema hekk kien ikun meta jxidd l-ilbies tas-sebh, u jilbes bil-milja tal-qawwa.

 

Madwaru mdawrin uliedu, bhal xtieli tac-cedru fil-Lebanon. Idawruh bhal luq tal-wied l-ulied kollha ta' Aaron bil-gmiel taghhom, b'debhiet il-Mulej f'idejhom quddiem il-gemgha kollha ta' Israel. Tifhir il-Mulej kien fuq xofftejh, isem il-Mulej kien il-ftahir tieghu. Hu tenna t-talba tieghu, u ried b'ralbu kollha juri l-rawwa ta' Alla.

 

U issa bierku l-Mulej, Alla ta' Israel, li ghamel maghna hwejjeg tal-ghageb.Ha jaghtikom il-ferh tal-qalb, u jkollkom is-sliem f'nofskom gqal dejjem ta' dejjem.

 

Taghlim ta' gherf u qwiel f'waqthom kitibhom fi ktieb, hu li jqedded il-gherf minn qalbu. Hieni l-bniedem li jahseb fuqhom: gharef isir min idahhalhom f'qalbu. Min ighixhom isib tarf ta' kollox, ghax il-biza' tal-Mulej ikun ghalih il-lampa li ddawwalu t-triq.

 

Responsorju

I Kor 2, 4.2

R/. Il-kelma u l-ahbar tieghi ma kinux imlibbsa bil-kliem qawwi ta' l-glerf, * Imma bil-wiri ta' l-Ispirtu u l-qawwa.

V/.  Ma deherlix li kont naf xi fiaga, filief lil Kristu Gesu, u 'l dan imsallab. * Imma bil-wiri ta' l-Ispirtu u l-gawwa.

 

Lezzjoni II

Qari mill-Ittra ta' San Frangisk ta' Assisi miktuba lill-insara kollha.

 

Henjin dawk li jhobbu lill-Mulej

u jaghmlu dak li hemm miktub l-Vangelu tieghu

 

Bhala qaddej ta' kulhadd jien fid-dmir li naqdi lil kulhadd, u nagfhti lil kulhadd il-kliem li jfewwah tal-Mulej Sidi; il-kliem il-Mulej taghna Gesù Kristu, li hu l-Verb tal-Missier inhabbrilkom u nwasslilkom il-kliem ta' l-Ispirtu s-Santu li huma spirtu u hajja. Hu, ghad li kien ghani bil-bosta, ried b'danakollu, flimkien ma' l-Omm qaddisa tieghu, jaghzel il-faqar. Imma Hu ghaqqad ir-rieda tieghu mar-rieda tal-Missier u qal: Missier, ikun dak li trid int, mhux dak li rrid jien; isir kif trid int.

 

Ir-rieda tal-Missier kienet din, li l-Iben li tana u twieled ghalina, Iben glorjuz u mbierek, joffri lilu nnifsu b'demmu stess bhala sagrificcju u vittma fuq l-altar tas-salib. Dan ghamlu mhux ghalih innifsu, Hu li bih sar kollox, imma ghal dnubietna; hekk Hu hallielna l-ezempju biex inkunu nistghu nimxu fuq il-passi tieghu.

 

U jrid li ahna lkoll insalvaw permezz tieghu, u li nircevuh b'qalb nadifa u gisem safi. Imma ftit huma dawk li jridu jircevuh u jsalvaw bih, ghad li l-madmad tieghu huwa helu u l-piz tieghu huwa hafif! Imma, o kemm henjin u mberkin huma dawk li jhobbu lill-Mulej, u jaghmlu dak li l-Mulej innifsu jghidilna fl-Vangelu: Hobb lill-Mulej Alla. tieghek b'qalbek kollha u b'ruhek kollha, u lil ghajrek bhalek innifsek. Inhobbu ghalhekk lil Alla u nqimuh b'qalb safja u ruh nadifa. Hu, li jfittex dan qabel kollox, ighidilna: Il-veri adoraturi ghad jaduraw lill-Missier fl-Ispirtu u s-sewwa. Ejjew infahhruh u nitolbuh lejl u nhar u nghidulu: Missierna li inti fis-smewwiet, ghax jehtieg, li nitolbu dejjem bla ma nieqfu qatt.

 

Ghandna wkoll insumu, niccahdu mid-drawwiet hziena u mid-dnubiet, u nibqghu lura mill-ikel u x-xorb iz-zejjed, u li nkunu kattolici. Ghandna wkoll inzuru l-knejjes ta' spiss u nuru qima lejn is-sacerdoti, u dan mhux tant ghalihom infushom, jekk jkunu midinbin, imma minhabba s-sejha taghhom, u ghax huma jqassmu l-gisem u d-demm l-aktar ghaziz tal-Mulej taghna Gesù Kristu li huma biss joffru fuq l-altar, jircevuh u jqassmuh lill-ohrajn. Nifhmu sewwa lkoll kemm ahna li hadd ma jista' jsalva jekk mhux bid-demm tal-Mule] taghna Gesù Kristu u bil-kliem qaddis tieghu, li s-sacerdoti jippriedkawlna, ihabbrulna u jqassmulna, u dan huma biss ghandhom jaghmluh u mhux haddiehor. Qabel kulhadd ha jiftakru r-religjuzi, dawk li minn rajhom cahdu d-dinja, li huma fid-dmir mhux biss li ma jhallux barra dak li l-ohrajn huma mizmumin li jaghmlu, imma wkoll li jaghmlu sforzi aktar u akbar.

 

Ghandna nhobbu wkoll lilh-eghdewwa taghna u naghmlu l-gid lil dawk li joboghduna. Ghandna wkoll nobdu l-precetti u l-pariri tal-Mulej Gesù Kristu, u ghalhekk ghandna nichdu lilna nfusna u noqoghdu taht il-madmad tal-qadi u ta' l-ubbidjenza qaddisa, kif kull wiehed minna wieghed lill-Mulej.

 

M'ghandux ikollna l-gherf u l-ghagal ta' din id-dinja, imma ghandna nkunu nies semplici, umli u safja.

 

Qatt u qatt ma ghandna nixtiequ li nkunu fuq l-ohrajn, izda aktarx li nkunu qaddejja ta' kulhadd u noqoghdu taht kull setgha tal-bnedmin ghal Alla. Dawk kollha li jkunu ghamlu dan u baqghu sal-ahhar, l-Ispirtu tal-Mulej jistrieh fuqhom u jagqmel fihom il-post fejn igqammar. U jkunu wlied il-Missier tas-smewwiet, huma li jaghmlu l-eghmejjel tieghu, u ghalhekk huma l-gharajjes, l-ahwa u l-ommijiet tal-Mulej taghna Gesù Kristu.

 

Lilkom kollha li waslitilkom din l-ittra tieghi, jien, Fra Frangisk, il-qaddej ckejken taghkom, nitlobkom bil-hrara u l-hniena kollha, ghall-imhabba li hu Alla, waqt li nixtieq inbus riglejkom, biex dawn il-kelmiet li jfewhu tal-Mulej taghna Gesù Kristu tilqghuhom bl-umiltà u l-karità kollha, u tghixuhom kif imiss. U dawk kollha, irgiel u nisa, li jkunu laqghuhom bil-qalb, fehmuhom u jghadduhom lill-ohrajn biex jaghmlu bhalhom, jekk jibqghu shah sal-ahhar, iberikom il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Amen.

 

Responsorju

Ger 11,4; Mt 11,29; 1 Kor 11,1

R/. Isimghu lehni, u aghmlu dak kollu li jien nikkmandakom.   * U ssibu l-mistrieh glal irwiehkom.

V/. Ixbhu lili kif jiena xbaht lil Kristu. * U ssibu l-mistrieh ghal irwiehkom.

 

Innu

Lilek, o Alla, infahhru; *
   lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta' dejjem *
   id-dinja kollha tqimek.

Lilek, l-angli kollha, *
   lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha taghhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini *
   ixandruk bla heda;

Qaddis, Qaddis, Qaddis *
   il-Mulej Alla ta¹ l-ezercti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
   bil-kobor tas-sebh tieghek.

Lilek tfahhar *
   il-gemgha glorjuza ta' l-Appostli.
Lilek ifahhar *
   il-ghadd sabih tal-Profeti.

Lilek ifahhru l-qtajja tal-Martri *
   rebbieha kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha *
   il-Knisja mqaddsa tistarr fik:

Il-Missier ta' kobor bla qjies; *
   L-Iben tieghek miqjum,
   veru u wahdieni;
U l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur.

Kristu, inti s-Sultan glorjuz. *
   Inti minn dejjem Bin il-Missier.
Int, biex tehles lill-bniedem, *
   ma stmerrejtx tinzel f'guf ta' Vergni.

Int hrigt rebbieh fuq is-setgha tal-mewt, *
   u ftaht is-saltna tas-smewwiet ghal minn jemmen.
Int qieghed fil-leminija ta' Alla, *
   fis-sebh tal-Missier.

Ahna nemmnu li int ghad *
   terga' tigi bhala mhallef.
Nitolbuk ghalhekk li tghin lill-qaddejja tieghek,*
   li inti fdejt b'demmek il-ghaziz.

Aghmel li nissiehbu mal-qaddisin tieghek *
   fil-glorja ta' dejjem.
Salva lill-poplu tieghek, Mulej, *
   bierek il-wirt tieghek.
 

Kun ir-raghaj taghhom, *
   erfaghhom ghal dejjem.
Min jum ghall-iehor *
   ahna nberkuk:

U nfahhru ismek ghal dejjem, *
   u ghal dejjem ta¹ dejjem.
Aghmel, Mulej, li llum *
   inharsu ruhna minn kull dnub.

Henn ghalina, Mulej, *
   henn ghalina.
Ha tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tieghek, *
   kif fik hi t-tama taghna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
   ma jkolli qatt ghax ninfixel.

 

Talba

O Alla, int ridt

li s-Serafiku Missierna San Frangisk

ikun jixbah lil Kristu

fil-faqar u l-umiltà tieghu;

aghtina li nimxu fuq il-passi tieghu wara Ibnek

u ninghaqdu mieghek b'imhabba hienja.

B'Ibnek, Gesù Kristu Sidna

li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan

flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu

ghal dejjem ta' dejjem.

Amen.

 

Tmiem

V/. Morru fil-Paci ta' Kristu.

      jew Inbierku l-Mulej

R/. Inroddu hajr lil Alla.

 

 

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin mill-Litugija tas-Sighat, Proprju Frangiskan, Malta 1980

Assisi - 24.4.2003


Il-Festa

ta'

San Frangisk ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.