Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Talb ta' Sbieh il-Jum

tal-Festa ta' San Frangisk

4 ta' Ottubru


 

V/. O Alla, ejja ehlisni.

R/. Mulej fittex ghinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,

ghal dejjem ta' dejjem. Amen, Alleluia.

 

Innu

Twajjeb Mulej, Int l-oghla, tista' kollox,

ghalik il-barka, s-sebh, tifhir u gieh;

jixirqu lilek biss, u l-ebda bniedem

ma jlissen b'hila l-gmiel t'ismek sabih.

 

Hallihom ifahhruk il-hlejjaq kollha,

u l-aktar id-dawl sfiq ta' Ohtna x-Xemx

li twelled il-jum gdid, u bl-isfa dija

turi, Mulej, li oghla minnek m'hemmx.

 

Mulejja, tkun imfahhar f'Huna l-Qamar,

fil-kwiekeb sbieh go sema kbir, leqqien;

u f'Huna r-Rih, fis-shab, f'taqlib, fi bnazzi

li bihom tghajjex, b'seher, il-holqien.

 

Mulej, ha tkun imfahhar f'Huna l-Ilma,

irzin u safi wisq, mehtieg qatigh;

u f'Huna n-Nar li jaghti d-dawl fl-iljieli,

sbejjah u kollu hajja, qawwi, shih

 

U f'Ohtna h-Art, Mulej, ha tkun imfahhiar;

ahna nqisuha wkoll b'Ommna hanina

la hi minn hdanha trodd, biex ahna nghixu,

hxejjex, ilwien ta' ward, u l-frotta bnina.

 

Mulej, ha tkun imfahhar f'dawk li jahfru

u f'dawk li jgarrbu l-mard u kull tbatija

bla jgemgmu xejn, u dejjem ghal imhabbtek;

taghtihom Int kuruna ta' tgawdija.

 

Ha tkun imfahhar f'Ohtna l-Mewt tal-gisem

li jahrab minnha qatt ma jista' l-bniedem;

hazin ghal dak li jmut fid-dnub il-mejjet,

imbierek min imut fis-sliem u niedem.

 

Imbierek min il-Mewt issibu jaghmel

ir-rieda mqaddsa Tieghek bl-akbar hrara,

ghax jigi go Saltnatek; il-mewt l-ohra

titwarrab minnu bla taghmillu hsara.

 

Ejjew infahhru lill-Mulej u Sidna

u nizzuh hajr, ghal dejjem inberkuh;

bla xejn kburija f'qalbna, b'qima kbira

ninxtehtu lkoll f'riglejh sabiex naqduh.

 

Salmodija

Antifona. 1: Huwa nstab perfett u gust, u fi zmien il-ghadab huwa dahal ghalina.

 

Salm 62:2-9
Alla, Alla tieghi int; *
   lilek herqan infittex.
Ruhi bil-ghatx ghalik,

   ghalik imxennaq jiena, *
   bhal art niexfa, mahruqa, bla ilma.
Ghalhekk gejt narak fit-tempju mqaddes tieghek. *
   biex nitghaxxaq bis-setgha u l-glorja tieghek.
Ghax it-tjieba tieghek ahjar mill-hajja, *
   xufftejja jxandru t-tifhir tieghek.

Ghalhekk inbierkek tul hajti kollha; *
   ngholli jdejja u nsejjah ismek.
Bhal b'ikel mill-ahjar li jsemmen nimtela, *
   u jghannilek fommi b'xuftejn ferrieha,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
   u nahseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
 

Ghax int kont ghajnuna ghalija, *
   ghad-dell ta' gwennhajk nghanni bil-ferh.
Mieghek tinghaqad ruhi, *
   int twezinni bil-leminija tieghek.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen.


Antifona: Huwa nstab perfett u gust, u fi zmien il-ghadab huwa dahal ghalina.

Antifona 2: It-tifhir t'Alla dejjem fuq fommu: hu jistieden lill-kwiekeb, l-ispirti, l-aghsafar, u l-kreaturi l-ohra biex ifahhru lill-Hallieq

 

Kantiku      

Dan 3:57-88.56

Bierku, ghemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
   fahhruh u gholluh ghal dejjem.
Bierku, angli tal-Mulej, il-Mulej, *
   bierku. smewwiet, il-Mulej.


Bierku, ilmijiet kollha ta' fuq is-sema, il-Mulej; *
   bierku, setghat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej *
   bierku, irjieh kollha, il-Mulej.


Bierku, nar u shana, il-Mulej; *
   bierku, bard u ksieh, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
   bierku, silg u bard, il-Mulej.


Bierku, glata u silg, il-Mulej; *
   bierku, ljieli u granet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
   bierku, beraq u shab, il-Mulej.

Ha tbierek l-art il-Mulej, *
   ha tfahhru u tghollih ghal dejjem.
Bierku, muntanji u gholjiet, il-Mulej; *
   bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.


Bierku, ghejun, il-Mulej; *
   bierku, ibhra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, hut kbir u kull ma jzigg fl-ilma, il-Mulej; *
   bierku, tjur kollha ta' l-ajru, il-Mulej;

Bierku, bhejjem u mriehel kollha, il-Mulej; *
   bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.
 

Bierek, Izrael, il-Mulej, *
   fahhru u ghollih ghal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
   bierku, qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
 

Bierku, spirti u rwieh tal-gusti, il-Mulej; *
   bierku, qaddisiin u intom ta' qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Hananija, Ghazarija u Misael, il-Mulej, *
   fahhruh u gholluh ghal dejjem.


Inbierku l-Muissier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
   infahhruh u ngholluh ghal dejjem.
Inbierek int, Mulej, fil-wisa¹ kollu tas-sema, *
   ta' min jghollik u jsebbhek fuq kollox ghal dejjem.

Fl-ahhar ta' dan il-kantiku l-Glorja ma tinghadx.

 

Antifona  It-tifhir t'Alla dejjem fuq fommu: hu jistieden lill-kwiekeb, l-ispirti, l-aghsafar, u l-kreaturi l-ohra biex ifahhru lill-Hallieq.

Antifona 3: Il-Mulej qieghed lill-umli fil-gholi, u ghollieh sat-trufijiet ta' l-art.

 

Salm 149
Ghannu lill-Mulej ghanja gdida: *
   fil-gemgha ta' hbiebu t-tifhir tieghu!
Ha jifrah Izrael bil-Hallieq tieghu, *
   u jithennew ulied Sijon bis-sultan taghhom!


Ha jfahhru biz-zfin l-isem tieghu, *
   bid-daqq tat-tanbur u tac-cetra!
Ghax il-Mulej jitghaxxaq bil-poplu tieghu, *
   u jsebbah lill-fqajrin bir-rebha.

Bil-glorja jithennew hbiebu, *
   u jaqbzu bil-ferh fuq friexhom!
It-tifhir ta' Alla jkun fuq fommhom, *
   u sjuf b'zewgt ixfar f'idejhom,


biex jistghu jithallsu mill-gnus, *
   u jaghtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten taghhom, *
   bi rbit tal-hadid il-kbarat taghhom,
jaghmlu minnhom il-haqq miktub ghalihom: *
   dan hu gieh ghall-hbieb tieghu kollha.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   ghal dejjem ta' dejjem. Amen.

 

Antifona Il-Mulej qieghed lill-umli fil-gholi, u ghollieh sat-trufijiet ta' l-art.

 

Lezzjoni Qasira  

Gal 1, 15-16.24

Dak li ghazilni sa minn guf ommi, u li sejjahli permezz tal-grazzja tieghu ghogbu jirrivelali lil ibnu biex inhabbru fost il-gnus.  U huma fahhru lil Alla minhabba fija.

 

Responsorju Qasir

R/. Qalbi u gismi * ferhu f'Alla l-haj.

V/. Qalbi u gismi ferhu f'Alla l-haj.

R/. Tixxennaq u tinfena ruhi fid-dahla tad-dar tal-Mulej

V/. Ferhu f'Alla l-haj.

R/: Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu

V/. Qalbi u gismi ferhu f'Alla l-haj.

 

Antifona: Huwa bata bil-ferh it-tbatijiet u issa jifrah fil-hena ghad-dehra tal-glorja tieghu.

 

Kantiku ta' Zakkarija
Imbierek il-Mulej, Alla ta' Izrael, *
   ghaliex gie jzur u jifdi l-poplu tieghu,
u waqqaf ghalina qawwa ta' salvazzjoni *
   f'dar David, qaddej tieghu,


bhalma kien wieghed fl-imghoddi *
   b'fomm il-profeti qaddisin tieghu,
biex isalvana mill-ghedewwa taghna *
   u minn idejn dawk kollha li joboghduna.

B'hekk juri hniena ma' missirijietna, *
   u jiftakar fil-patt qaddis tieghu,
fil-halfa li halef lil Abraham missierna, *
   li jaghtina


li, mehlusin minn idejn l-ghedewwa taghna, *
   naqduh bla biza'
tul hajjitna kollha, *
   bil-gustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjah profeta ta' l-Gholi; *
   ghax tmur qabel il-Mulej biex thejjilu triqatu,
biex tgharraf lill-poplu tieghu bis-salvazzjoni, *
   bil-mahfra ta' dnubiethom,


hierga mill-qalb hanina ta' Alla taghna, *
   li jibaghtilna mill-gholi z-zjara tax-Xemx tielgha,

ha jdawwal lil dawk li jinsabu
   fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
   ha jmexxi l-passi taghna fit-triq tas-sliem.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, *
   u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa¹ ghal dejjem ta¹ dejjem. Amen

 

Antifona: Ghajnejn il-Mulej harsu bit-tjieba lejh u refghu mih-umilta' tieghu, u tellaghlu rasu: u hafna staghgbu bih u fahhru fill-Mulej.

 

Preci

Kristu Mulej, li bnejt il-Knisja bid-demm tieghek, u lilna sejjahhtilna biex nimxu wara Frangisku, nitolbuk bl-umiltà u nghidulek:

Harisna Mulej, fil-qadi qaddis tieghek.

 

Int gejt twassal l-Ahbar it-Tajba lill-fqar, ghallimna li bil-kelma u bl-ghemil inxerrdu ma' kullimkien saltnatek,

- u wassluha fost il-bnedmin.

 

Int li int id-dawl tal-gnus u ghalliem tal-qdusija, aghtina li nzommu shih fil-fidi vera,

- u nxandru sat-trufijiet ta' l-art l-isem tieghek.

 

Int li shaqt mad-dixxipli tieghek li jharsu l-kmandament ta' l-imhabba,

- aghtina li nistudjaw kif naghmlu l-gid lil kulhadd.

 

Gherf tal-Missier etern, dawwal l-imhuh taghna,

- biex waqt li naghmlu s-sewwa fl-imhabba, nahsbu dejjem dak li hu veru u qaddis.

 

Kristu Feddej, li ma stmerrejtx tahdem b'idejk, mexxi xoghol idejna,

- biex kulhadd jara l-hidma tajba taghna, u jaghti glorja lil Alla l-Missier.

 

Missierna

Missierna...

 

Talba

O Alla, int ridt

li s-Serafiku Missierna San Frangisk

ikun jixbah lil Kristu

fil-faqar u l-umiltà tieghu;

aghtina li nimxu fuq il-passi tieghu wara Ibnek

u ninghaqdu mieghek b'imhabba hienja.

B'Ibnek, Gesù Kristu Sidna

li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan

flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu

ghal dejjem ta' dejjem.

Amen.

 

Barka

V/. Il-Mulej maghkom.

R/. U mieghek ukoll.

V/. Iberikkom Alla li jista' kollox, il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu   s-Santu.

R/.  Amen.

V/. Morru fil-Paci ta' Kristu.

R/. Inroddu hajr lil Alla.

 

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin mill-Litugija tas-Sighat, Proprju Frangiskan, Malta 1980

Assisi - 24.4.2003 


Il-Festa

ta'

San Frangisk ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.