Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Is-Sejha ghat-tifhir 'l Alla

tal-Festa ta' San Frangisk

4 ta' Ottubru


 

San Frangisk twieled f'Assisi fis-sena 1182. Wara zoghzija fiergha, cahad il-gid ta' missieru u nghaqad bis-shih ma' Alla. Haddan il-faqar, u ghadda hajja mfassla fuq l-Vangelu; xandar lil kulhadd l-imhabba ta' Alla. Lil dawk li riedu jimxu warajh tahom ligijiet mill-ahjar, li wara gew imwettqa mis-Santa Sede. Waqqaf ukoll Ordni ta' Sorijiet, kif ukoll ghaqda ta' nies li, waqt li jibqghu jghixu fid-dinja, ighaddu hajja ta' cahda. Beda l-predikazzjoni fost l-infidili. Miet fis-sena l226..

 


Is-Sejha ghat-tifhir 'l Alla


V/. Mulej, iftahli xofftejja.

R/. U Fommi jxandar it-tifhir tieghek.

 

Antifona: Kristu sultan li jgholli hill-umli, ejjew nadurawh.

 

L-antifona tigi mtennija fejn hemm: Ant.
 

Salm 94
Ejjew, ha nfahhru bil-hena il-Mulej, *
   ha nghajjtu bil-ferh lill-blata tas-salvazzjoni taghna!
Nersqu quddiemu b'ghana ta' radd il-hajr, *
   nghannulu b'ghajat ta ferh.    Ant.

Ghax Alla kbir hu l-Mulej,*
   sultan kbir fuq l-allat kollha,
F'idejh huma l-qighan ta' l-art, *
   tieghu huma l-qcacet ta' l-gholjiet.
Tieghu l-bahar, ghax hu ghamlu; *
   tieghu l-art, ghax b'idejh saret.    Ant.

Ejjew inqimuh u ninxtehtu quddiemu, *
   gharkubbtejna quddiem il-Mulej li halaqna    
Ghaliex hu Alla taghna, *
   u ahna l-poplu tal-mergha tieghu
       u n-naghag tieghu.    Ant.

Mhux li kontu llum tisimghu lehnu! *
   La twebbsux qalbkom bhal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-dezert,
   meta garrbuni u ttantawni missirijietkom, *
   ghalkemm raw dak li jien ghamilt.    Ant.

Ghal erbghin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
   u jien ghedt: Qalbu mhassra dan il-poplu,
   u triqati ma jaghrfux.
Ghalhekk hlift fl-ghadab tieghi: *
   Ma jidhlux fil-mistrieh tieghi.    Ant.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
   u jibqa' ghal dejjem ta' dejjem. Amen

 

Antifona: Kristu sultan li jgholli hill-umli, ejjew nadurawh.

 

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin mill-Litugija tas-Sighat, Proprju Frangiskan, Malta 1980

Assisi -24.4.2003


Il-Festa

ta'

San Frangisk ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.