|
Nitolbu ma' San Frangisk |
||
|
Novena bi thejjija ghall-Festa ta’ San Frangisk L-Ewwel Jum 25 ta' Settembru
Fl-istampa li tidher hawn fil-genb, Frangisku zaghzugh ghani jidher jigri wara tallab, li ftit qabel kien ghadu kemm ghajjat mieghu u ma tahx il-karità li talbu. Meta sabu Frangisku tah somma flus u wieghed li qatt aktar ma jichad li jaghti lil xi tallab li fl-isem ta’ Alla jitolbu xi ghajnuna.
Ilkoll kemm ahna, ahna msejhin ghall-konverzjoni. Ilkoll iridu ddur mill-hwejjeg li ma jiswew ghal xejn ta’ din id-dinja biex inhaddnu l-barkiet akbar tas-sema. Aktar ma nahsbu kemm Alla huwa kbir u ta’ l-ghageb u kemm ghad ikun kbir il-ferh taghna fil-Genna, aktar il-hwejjeg ta’ din id-dinja bhal donnhom ghejbu u ma jibqghu mportanti ghalina.
Aktar ma “Alla” isir “Kollox” ghalina, bhalma sar ghal Frangisku, anqas insiru skjavi tad-dinja.
Matul id-disgha t’jiem li gejjin, ser nimxu flimkien ma’ San Frangisk. Ser nippruvaw ndawwru l-attenzjoni minn “d-dinja” u minn fuqna nnfusna biex nifthu ghajnejna u qalbna ghall-ghegubijiet kbar u ghall-barkiet li Alla jpoggi quddiemna kull jum. Kull mument ta’ kull gurnata huwa rigal minghand Alla. Is-shab li jtajjar fuq ir-ras taghna, iz-ziffa tar-rih li tonfoh u tmelles lil wiccna, dawn u ohrajn bhalhom huma l-mod ta' kif Alla jersaq lejna, jberikkna u jurina kemm ihobbna.
Dan l-ewwel jum huwa ghalina “Jum il-Konverzjoni”. Hafna drabi fil-hajja taghna bhal San Frangisk fl-istampa ta’ hawn fuq, Alla sejhilna biex jaghmlu xi att ta’ hniena ma’ xi hadd u ahna ma tajniex kaz, Dan mhux bilfors li jkun xi haga kbira, jista’ jkun semplicement li naghtu tbissima lil xi hadd. Jista’ jkun li nghidu kelma ta’ kuragg li xi hadd li forsi ma tantx ghandna grazzja mieghu. Ilkoll kemm ahna ghandna xi hadd li Alla pogga fil-hajja taghna biex naghmlu mieghu bhalikieku kien l-izghar fost hutU. Meta naghmlu dan u nirbhu dak is-sentiment naturali billi naghmlu xi att zghir ta’ hniena, nkunu ahna stess li niksbu barka! Inkollna tassew esperjenza ta’ konverzjoni.
Ejjew illum nifthu ghajejna biex ma nitilfux l-opportunità ta’ konverzjoni! Talba Ghaziz San Frangisk Habib ta’ min hu zghir u fqir Iftahli ghajnejja halli bhalek inkun nista’ nara lil Alla f’huti subien u bniet kollha. Itlob ghalija ghaziz Frangisku biex jiena wkoll nkun nista’ llum u fil-jiem li gejjin ingarrab esperjenza ta’ konverzjoni. Amen.
Testi huma mehudin u maqlubin ghall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi", li wasal lil dan is-site mill-Indja. Valletta - 4.10.2004 |
![]() Novena l-Ewwel Jum
Il-Festa ta' San Frangisk ta' Assisi tigi ccelebrata kull sena fl-4 ta' Ottubru.
|
|