Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi thejjija

ghall-Festa ta’ San Frangisk

It-Tieni Jum

26 ta' Settembru


 

Kif rajna l-bierah  fil-hajja taz-zaghzugh Frangisku beda l-process ta’ konverzjoni.  Imma kien ghad fadal x’imxi. Kien zaghzugh ghani, fuq tieghu, jhobb jilbes u jixxala. Bil-flus li kellu kien sikwit jaghmel ikliet lil hbiebu, li kienu jsibuh bhala: “ir-Re tal-Festi”.  Imma din d-darba kellha tkun l-ahhar wahda. Kien ser ihalli kollox warajh! Mhux wisq wara kellu jhalli dan il-mod ta’ ghixien sinjur wara spallejh, imma l-generozità u l-ispirtu li jaghti li kellu fih jissokta b’modi ohrajn.

 

Hekk kif nifthu qalbna biex inhallu l-imhabba kbira ta’ Alla tibdilha, nindunaw li Alla mhux ser jhassar kollox minna f’daqqa wahda u jibda kollox mill-gdid!  Le, id-doni u t-talenti li jkollna issa jibdew jigu wzati b’modi kompletament godda. Hekk kif Gesù biddel lil Pietru u lil huh Indri minn sajjieda tal-hut ghal sajjieda tal-bnedmin, hekk Alla issa jaghmel l-istess haga bit-talenti u d-doni taghna.

 

Ejjew illum inroddu hajr lil Alla ghall-barkiet kollha li joghgbu jaghtina.  Ejjew nirringrazzjawh ghal kull mument li ricevejna minghandu, imqarr ghal dawk il-waqtiet li ma kkonsagrajniex u offrejniex lilu fl-imghoddi, ghax jistghu jkun xiedha tal-hidma tal-ghageb tal-grazzja li tibdel li ssehh ta’ kuljum fina.

 

Talba

Ghaziz San Frangisk,

Int tassew il-qaddis tal-Ferh

minhabba li sibt il-veru ghana

fl-ghalqa ta’ Alla.

Int tassew il-qaddis tal-Paci

minhabba li sibt il-veru Paci

li tigi biss meta nafdaw f’Alla.
 Ghinna, ghaziz San Frangisk

biex insibu l-istess ferh

u nhossi l-istess paci

fil-qlub taghna

u f’hajja taghna.

Amen.

◄◄|werrej|►►


Testi huma mehudin u maqlubin ghall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

It-Tieni

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Frangisk

ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.