|
Nitolbu ma' San Frangisk |
||
|
Novena bi thejjija ghall-Festa ta’ San Frangisk It-Tielet Jum 27 ta' Settembru
Hafna drabi meta nahsbu dwar il-qaddisin, nahsbu dwar il-qdusija taghhom bhalikieku xi haga li kienu twieled biha. Imma dan mhux minnu. Hadd mill-qaddisin ma twieled b’xi raggier fuq rasu. Cert li kollha kemm huma riedu jwiegbu u jikbru bhalna fis-sejha ghal qdusija. Riedu jirbhu t-tigrib kollu li jigbu maghhom is-slaleb u l-provi tal-hajja.
Frangisku ma kien xi eccezzjoni. Kellu biza’ kbira u fl-istess waqt tghaqtigha kbira ma’ l-imgiedmin ta’ zmienu, tant li kien jaghmel minn kollox li ma jhallix lanqas id-dell ta’ wiehed minnhom jaqa’ fuqu jew jersaq lejh. Imma x’gara?
Darba minnhom waqt li kien ghaddej riekeb ferhan fuq iz-ziemel li kellu isib imgiddem quddiemu. Frangisku kien pront dawwar iz-ziemel biex ilebbet jitlaq minn hemm. Imma hass ir-rimors ta’ qabel: Il-Mulej kien jaghmel hekk? - beda jahseb bejnu u bejn ruhu – Gesù kien igib ruhu hekk ma bniedem fqajjar li jqanqal hniena bhal dan? Le, da’ zgur li le! Ghalhekk waqqaf iz-ziemel u dar lejn l-imgiddem, nizel ghanqu mieghu u biesu.
Hawn nidhlu ahna. Jehtieg nistaqsu lilna nnfusna: min huma l-imgiddmin fil-hajja taghna? Jekk jirnexxilna nbiddlu l-imgieba taghna maghhom kif ghamel Frangisku, zgur jigrilna kif gara lilu: l-imgiddem jghejb u jibqa’ quddiemna biss Kristu.
Talba
Ghaziz San Frangisk, il-qdusija tinbet minn kif ingibu ruhna ma’ l-ohrajn. Iftahli qalbi u mohhi halli naghraf dak li hemm bzonn inbiddel fil-hajja tieghi. Itlob ghalija halli bhalek inkun nista’ mwiegeb bl-imhabba u b’qalb miftuha ghall-grazzji li jinghatawli. Amen.
Testi mehudin u maqlubin ghall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja. Valletta -4.10.2004 |
![]() Novena It-Tielet Jum
Il-Festa ta' San Frangisk ta' Assisi tigi ccelebrata kull sena fl-4 ta' Ottubru.
|
|