Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi thejjija

ghall-Festa ta’ San Frangisk

Il-Hames Jum

29 ta' Settembru


 

Kif rajna l-bierah, Frangisku sema’ lil Gesù jkellmu mill-kurcifiss. Bla telf ta’ zmien Frangisku beda jara min fejn u kif ser jibda. Beda mill-knisja ta’ San Damian, li kienet knisja ckejkna ghoddha qed taqa’ u li kellha bzonn tiswija wahda sew.  Beda bi ftit gebel u ftit tajn.  Nistghu nifhmu li Frangisku bin is-sinjuri ma kienx tal-qata’ ghal dak ix-xoghol, madanakollu Frangisku ma qatghax qalbu. 

 

Issa kien jittallab ftit gebel u issa ftit tajn u hekk gebla wara l-ohra l-knisja rnexxilu jsewwiha.  Wara ftit taz-zmien gew xi zghazagh jaghtuh daqqa t’id u hekk beda bil-ftit il-ftit jinbena l-Ordni Frangiskan. 

 

L-Ordni ta’ San Frangisk beda bi ftit zghazagh li semghu l-kelma u l-istedina ta’ Kristu fil-Vangelu u meddew ghonqhom ghax-xoghol, li fil-bidu kien dak tal-bini fil-gebel.   Tal-ghageb hux tassew!?

 

Gesù ghadu jkellem b’mod semplici u car lilna wkoll. Irridu nimitaw lil Frangisku.  Jista’ jaghti l-kaz li nifhmux mill-ewwel x’ikun qieghed ighidilna, u ghall-bidu sahansitra nistghu naghmlu xi passi foloz.  Imma jekk nisimghu sewwa u nippruvaw naghmlu dak li nahsbu li qed jitlob minna, haga ta’ l-ghageb, naraw l-affarijiet isehhu tassew.  Alla jissokta jiccara dak li jrid minna hekk kif minn naha taghna nkomplu.  Jehtieg li nibdew u Alla jiehu hsieb il-bqija.  Tassew ta’ l-ghageb!

 

Talba

 

Ghaziz San Frangisk

ghinni biex jisma’

ghinni biex nibda miexi

fid-direzzjoni li Alla qed jurini.

Ghinni biex nibqa miexi!

Alla mhux qed isejjahli

biex nwettaq hwejjeg kbar

izda biex nigbor ftit gebliet,

iva, ftit gebel zghir

biex jien ukoll insewwi

l-knisja tal-Mulej hawnhekk

fejn ninsab illum.

Amen.

 

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin u maqlubin ghall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

Il-Hames

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Frangisk

ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.