Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi thejjija

ghall-Festa ta’ San Frangisk

Is-Sitt Jum

30 ta' Settembru


 

Hemm xi aspetti fil-hajja tieghi li ma jaqblux ma dik ta’ Frangisku. Ma nistax nifhem ghalfejn kellu jnehhi u jinza hwejjgu kollha.  Tidher haga tassew tal-genn! Ma nimmagina qatt lil Gesù jaghmel haga bhal din.  Forsi kienet xi haga tal-Medju Evu li ma nistax nifhem.

 

Imma l-hsieb wara dan kien li Frangisku kien deciz li jinghata kollu kemm hu lil Alla. Kif Alla ried jingghata kollu kemm hu lil bniedem.  Meta missieru quddiem l-isqof tal-belt gerger li sahansitra l-ilbies li kellu fuqu ibnu kienu tieghu, Frangisku bla ma qaghad jahsibha darbtejn neza’ u radd dak il-hin stess hwejjgu lil missieru.

 

Ghalhemm  hija iebsa biex nammettiha, jien wkoll jehtieg li nkun pront u lest li nhalli kollox warajja biex nimxi wara Gesù.

 

Is-suppervja, hija forsi l-aktar haga iebsa biex inhallu warajjna fil-mixja taghna bhala Nsara... Jista’ jkun li kien tassew din is-suppervja li Frangisku xtaq u ried jinza’ minn fuqu.

 

Talba

 

Ghaziz san Frangisk

ghinni biex inhall

minn dawk l-affarijiet kollha

li ghadhom izommuni marbut

u ma jhallunix nghix

hajja tassew hielsa u bla xkiel.

Mhux tant ir-responsabbiltajiet

li l-istat tal-hajja jitlob minni

x-xoghol, il-familja, l-impenn

u affarijiet bhal dawn,

imma huma l-affarijiet interjuri

li jzommuni imxekkel,

bhal l-immagini minfuha

li ghandi tieghi nnifsi

 u li hemm bzonn ninza’

u nehles minnha.

Ghinni Mulej, biex bhal San Frangisk

insir aktar iblah hawn fid-dinja

u jkolli qalbi aktar hafifa,

hielsa u mimlija bil-ferh.

Ghinni ninza’ minn kollox

u nilbes biss lilek.

Amen,

 

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin u maqlubin ghall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

Is-Sitt

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Frangisk

ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.