Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi thejjija

ghall-Festa ta’ San Frangisk

It-Tmien Jum

2 ta' Ottubru


 

Frangisku ghex hajja hielsa u semplici, madanakollu ma kienetx hajja minghajr regoli jew kejl.  Dan il-kejl kien il-kliem u l-hajja stess ta’ Gesù.  Il-hajja ta’ Frangisku kienet imfassla fuq il-Vangelu ta’ Gesù Kristu.  Frangisku ma kienx xi bniedem ta’ skola kbira, madanakollu, kien gharef bizzejjed biex jaccetta l-kliem tal-Vangelu u ghazel li fassal hajtu fuqhom u jghixhom bis-shih kelma b’kelma.

 

Dan kien is-sigriet li ghamel minn Frangisku wiehed mill-akbar qaddisin ta’ kull zmien!

 

Talba

Ghaziz San Frangisk,

int habbejt tassew lil Alla

u htaftu fil-kelma

u wettaqt f’hajtek il-Kelma tieghu.

Ghinni biex jiena ukoll

naghmel l-istess.
Amen.

 

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin u maqlubin ghall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

lt-Tmien

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Frangisk

ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.