Nitolbu ma' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi thejjija

ghall-Festa ta’ San Frangisk

Id-Disa' Jum

3 ta' Ottubru


 

Kull Ordni Religjuz ghandu karizma partikulari li tinghazel minn dawk ta’ ordnijiet ohra.  Ghalhemm sa certu punt kollha jaqsmu l-istess valuri tal-Vangelu kollha ghandhom xi aspett li jispikka minn ohrajn.  Ghalkemm hafna jorbtu l-ispirtu ta’ Faqar u Ferh mal-Frangiskani, wiehed ma jrid jinsa’ jew iwarrab l-ispirtu ta’ “Fraternità”. Huwa dan l-ispirtu ta' fraternità  li taghti t-timbru lil tant ahwa irgiel u nisa li haddnu l-Ordni ta’ Frangisku.

 

“Ara kemm jinhabbu bejniethom!” trid tkun il-marka tax-xhieda ta’ kull Nisrani.  Il-mod kif ningiebu bejnietna, il-mod kif nghixu minkejja d-differenzi ta’ bejnietna b’rispett u bi ftehim, huwa l-bazi ta’ kull hajja u mixja ta’ fidi.  Mhux tant kemm nafu, kemm inbaghtu jew kemm hallejna affarijiet warajjna, izda dejjem u ghal dejjem – kemm tassew inhobbu ‘l xulxin.

 

Talba

 

Ghaziz San Frangisk

Naf li mhux haga akbar

Mill-imhabba biex tigbed

Il-qlub tal-bnedmin lejn Alla.

Ghinni biex ninhall minni nnifsi

Biex nghannaq lil huti kollha

Irgiel u nisa b’imhabba kbira

U b’qalb miftuha kif irid minni Alla.

Amen.

◄◄|werrej|►►


Testi mehudin u maqlubin ghall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

Id-Disa'

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Frangisk

ta' Assisi tigi ccelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.