Nitolbu ma' San Frangisk                        

 

◄◄|werrej|►►


Transtu ta’ San Frangisk

3 ta' Ottubru


Fl-Ordni Frangiskan kollu hemm tradizzjoni li kull sena fit-3 ta’ Ottubru filghaxija, il-komunitajiet Frangiskani jiltaqghu fil-knejjes u fil-kappelel tal-kunventi taghhom biex ifakkru l-mewt ta’ Missierhom San Frangisk jew kif inhu aktar maghruf it-Transtu (=il-passagg) tieghu minn did-dinja ghal ghand il-Missier. Meta dan it-Transtu jsir f’xi Parrocca jew Knisja Frangiskana ghall-funzjoni jkunu mistiedna wkoll in-nies u d-devoti tal-qaddis. San Frangisk iltaqa’ ma’ ohtna l-mewt fuq il-qiegha ta’ l-art fil-knisja tal-Porziuncola, barra l-belt ta’ Assisi.  Kien fil-hin ta’ l-ghasar nhar is-Sibt, 3 ta’ Ottubru 1226.  L-ghada il-Hadd sar il-funeral u l-gisem ta’ Frangisku ttiehedt bil-purcissjoni l-ewwel lejn il-Knisja ta’ San Damjan biex Klara u s-sorijiet taghha jsellmu ghall-ahhar darba lil Frangisku u mbaghad lejn il-Knisja ta’ San Gorg, fejn dan midfun ghal kwazi erba’ snin sakemm tlestiet il-Bazilka biex tilqa l-fdalijiet tieghu.

 

Hawn hekk hawn it-test tat-Transitu li sar fil-Parrocca ta' San Pawl il-Bahar fl-1993, 1994 u 1995 mil-Abbatini ta-Parrocca.

 


Tifkira tal-mewt ta’ San Frangisk


 

Waqt il-purcissjoni tad-dahla jiqara dan l-innu

 

Narratur   

Ingbarna flimkien, kwazi fl-istess hin li fih grat il-mewt tal­Qaddis Missierna San Frangisk. Permezz ta' qari u rakkonti mehudin mill-kitbiet dwar il-qaddis ser infakkru kif Frangisku, wara li ghadda hajja ta' cahda u faqar, ghadda minn din il-hajja ghal ghand Alla li hu habb b'qalbu kollha u li hu xtaq li jkun mahbub u mfahhar mill-hlejjaq kollha.

 

Biex jghinuna nidhlu fl-ispirtu u nghixu mill-gdid dan il-mument tal-laqgha ta' Frangisku m'Ohtu l-Mewt, l-abbatini ser jirrectaw din il-grajja.  Nibdew billi nisimghu dan l-innu.

 

Qarrej 1

Ta' Missierna l-mewt bil-qima nfakkru

u twelidu ghal hajja bla mwiet

qrib Assisi li ratu jitwieled,

meta x-xemx kienet nienet u ntfiet.

 

Qarrej 2

Lil uliedu mbikkija farraghom

u seddaqhom bil-oghla barkiet:

talab mahfra lil gismu ghax hagru,

u zgurah minn hlas kbir fis-smewwiet.

 

Qarrej 1

Hu li twieled fi stalla bhal Kristu,

bhalu ftaqar u habb iz-zeblih.

Li jmut gheri minn hwejgu, din xewqtu;

li ghall-qiegha ta' l-art fih jistrieh.

 

Qarrej 2 

U f ‘tghanniga mal-mewt li oht sejjah,

ruhu ttajret ghal hdan il-Hallieq,

gismu msallab iddawwal bid-dija,

ghelm ir-rebha ta' hajtu fit-triq.

 

Qarrej 1

Lilek, Alla Missier, sebh u qima,

u lill-Iben, Feddej tal-bnedmin,

ma' I-Ispirtu li jnebbah u jqaddes

lil Frangisku f’ghemilu kull hin.       

 

Jidhlu t-tfal libsin ta' patrijiet igorru lil Frangisku fuq katalett

waqt li ohrajn igorru Salib u l-akkolti u xemghat.

Ilkoll jiehu posthom fuq il-presbiterju

 

Narratur     

Il-Beatu Tumas minn Celano u l-Qaddis San Bonaventura hallewna bil-miktub il-grajja ta' l-ahhar jiem u tal-mewt ta' San Frangisk.  Lejn tmiem Settembru ta' l-1226 il-marda ta' Frangisku kienet dahlet 'l gewwa. Frangisku baqa' dejjem sejjer lura f'sahhtu. Meta rah it-tabib kemmex xofftejh u qallu li l-mewt kienet fil-qrib. Frangisk xejn ma ddejjaq jew ghamel f'qalbu! Beda jfahhar lil Alia u damm l-ahhar versi ta' l­Ghanja tal-Holqien.

 

Frangisku  

Ha tkun imfahhar Mulej f'ohtna l-Mewt tal­gisem,

li jahrab minnha qatt ma jista' l-bniedem.

Hazin ghal dak ih-bniedem li jmut fid-dnub il­mejjet.

Ibierek min imut fis-sliem u niedem.

Imbierek min il-mewt issibu jaghmel

ir-rieda mqaddsa tieghek bl-akbar hrara

ghax jigi go saltnatek:

il-Mewt titwarrab minnu bla ma taghmillu hsara.

 

Narratur   

Frangisku xtaq itemm hajtu fil-knisja ckejkna ta' Santa Marija ta' l-Angli il-naha tal­Porzjunkola, li kienet ftit l-isfel mill-Belt ta' Assisi. Glalhekk Frangisku talab lil hutu l-patrijiet biex johduh f'dik il-Knisja.

 il-Patrijiet jibdew igorru lil Frangisku.

 

Dawk il-ftit patrijiet li kellu mieghu refghuh fuq katalett ta' l-idejn u rhewla l-isfel lejn il-Knisja tal-Porzjunkola.

 

Malli waslu f'nofs in-nizla Frangisku talabhom jieqfu u jdawruh lejn il-Belt t' Assisi. Xtaq kieku jaraha... izda ghajnejh kienu intfew. Frangisku hass f'qalbu tferfer, gibed nifs il-gewwa u tenna bil-hlewwa.

il-Patrijiet idawwru lil Frangisku lejn il-genb

Frangisku  

Ibierkek il-Mulej, ja belt qaddisa.   

II-Mulej ghazlek biex tkun il-ghamara

ta' dawk li jagharfuh u jgholluh fis-sewwa.

Frangisku itawwal idejh u jaghmel sinjal ta' barka.

il-Patrijiet ikomplu igorru lil Frangisku.

 

Narratur    

X'hin waslu fil-wita ta' Santa Marija ta' Angli, il­patrijiet dahhlu lil Frangisku f'dik il-knisja skieta u hemm qaghad jistenna lil "Ohtu il-mewt". Ruh il-Qaddis kienet tghum fil-hena, ghax fehem tajjeb x'hemm jistenna lill-bniedem wara din il-hajja. Kien jaf u jemmen f'qalbu li jehtieg li dan il-gisem li jithassar u li jmut jilbes l-immortalita'.

il-Patrijiet jingabru madwar Frangisku.

 

Meta qorbot is-siegha tal-mewt tieghu Frangisku sejjah lill-patrijiet madwaru u kellimhom bi kliem ta' farag u b'ghozza ta' Missier heggighom biex ihobbu lil Alia u lil xulxin. Kellimhom fit-tul fuq is-sabar, il-faqar u fuq il­fedeltà lejn il-Knisja imqaddsa.

 

Imbaghad firex u sallab idejh fuq il-patrijiet u berikom ilkoll fl-isem ta' Gesu' Imsallab...

Frangisku ibierek lil patrijiet.

Kif temm din it-Twissija, Frangisku mill-ahjar li seta' nfexx b'lehen gholi jghanni s-Salm ta' David: B'lehen qawwi lill-Mulej insejjah. Nisimugh.

 

Qarrej 1

B' lehen qawwi lill-Mulej insejjah

b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob.

Inressaq quddiemu t-tnehid tieghi,

id-dwejjaq tieghi quddiemu ngieghed.      

 

Qarrej 2

Xhin ruhi go fija tinfena,

int tkun taf minn xiex ghaddej.

Fit-triq li fiha nimxi,

huma hbew nassa ghalija.                       

 

Qarrej 1

Inhares fuq il-lemin u nara,

li ma hemm hadd li jaghti kazi

M'hemmx mnejn nista' nahrab,

m'hemm hadd li jiehu hsiebi.                  

 

Qarrej 2

Lilek, Mulej, insejjah; nghidlek:

"Int il-kenn tieghi, int sehmi f’art il-hajjin.

Aghti widen ghall-ghajta tieghi

ghax ninsab mitluq ghall-ahhar.              

 

Qarrej 1

Ehlisni minn dawk li daru ghalija,

ghax huma aqwa minni.

Mill-habs ohrogni

biex inrodd hajr lil ismek.                       

 

Qarrej 2

Madwari jduru l-gusti,

ghax int timxi tajjeb mieghi:”

Glorja lill-Missier ...

Kif kien mill-bidu ...                                

 

Narratur

Meta Frangisku temm l-ahhar nifsijiet tas-salm, talab lil patrijiet biex imidduh fuq il-qiegha kiesha ta' l-art.

il-Patrijiet jpoggu lil Frangisku fl-art.

 

Ghajnejh issa kienu merfugha lejn is-sema. Idu x­xellugija kienet tghatti l-ferita li kellu fuq genbu. Imbaghad dar lejn wiehed mill-patrijiet u b'lehen miksur talbu biex jingieb il-ktieb tal-Vangelu halli tinqralu l-grajja tat­tbatija u l-mewt ta' Gesù.

wiehed mill-Patrijiet jiftah il-Ktieb tal-Vangelu

u tinqara silta mill-Vangelu

Qarrej 3

Qari mill-Vangelu ta' San Gwann

Sitt ijiem qabel il-Ghid, billi kien jaf Gesù li kienet waslet is-siegha tieghu biex jghaddi minn din id-dinja ghal ghand il-Missier...

 

Narratur Frangisku talab li jigi mraxxax bl-irmied, fehem li kien qorob il-mument li jerga jsir trab.

il-Patrijiet jingabru madwar Frangisku

Il-Patrijiet kollha kienu migburin madwar Frangisku, li kien Missier u Mexxej ghalihom ikoll.  Fil-hemda ta' dik il-Knisja ckejkna kienu jistennew fis­skiet it-Tluq qaddis u t-tmiem tieghu.

 

Wara ftit nzul x-xemx ta' dak in-nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru 1226, ir-ruh ghaziza u qaddisa tal-fqajjar ta' Assisi, mehlusa mill-irbiet tal-Gisem. ittajret lejn is-sema fiiwaqt li gismu raqad fil-Mulej.

Jindaqqu it-tokki tal-qampiena

jitbaxxa id-dawl tal-knisja.

Narratur

Fra Elija li kien il-Ministru General ta' l-Ordni li kien waqqaf Frangisku kiteb ittra biex thabbar il-mewt ta' Frangisku.

Tinqara parti mill-ittra ta' Fra Elija

Fra Elija

Gheziez Huti fi Kristu,

 

Qabel ma nibda nitkellem, nitniehed u nibki ghax dak li bhal hrief jerfaghna lkoll f'dirghajh hanina, Missierna u Huna Frangisku halliena; telaq pellegrin f'art mbieghda; il-habib ta' Alla u tal-bnedmin gie milqugh fil­post imhejji ghalih ta' hemm fuq fis-sema...

 

Il-prezenza ta' huna u missierna Frangisk kienet ghalina dawl tassew; u mhux biss ghalina li konna qrib tieghu bil­hajja u bil-fidi, imma wkoll ghal dawk tal-boghod Frangisku kien dawl imnissel mid-dawl tas-sewwa biex iharrab id-dlamijiet u jmexxi 'l dawk li kienu jterrqu fid-dell tal-mewt lejn it-triq tal-paci u tas-sahha ta' dejjem. Qalb Frangisku xeghlet bhal xemx tiddi u dawlet is-saltna ta' Alla; bin­nar ta' mhabbtu kienu jitheggu l-erwieh.

 

Isem Frangisku huwa msebbah sa truf l-art u l­egnmejjel tieghu huma mfahhrin fid-dinja kollha. Ghalhekk, huti, warrbu minnkom id-dwejjaq, ittamaw f'Missier l-iltiema, Alla li jsabbarna bil-farag qaddis tieghu. Ghozzu t-tifkira ta' Missierkom Frangisku. Ikun imfahhar u mweggagh ghax wera' 'l Alla lill-bnedmin u ghollieh quddiem l-angli.

 

U itolbu biex flimkien ma' Frangisku ahna ukoll ikollna sehem mill-grazzja qaddisa tieghu.

 

B'ghozza,

Hukom Fra Elija.

Ministru General.

 

Narratur  

U hekk l-ahbar tal-mewt ta' Frangisku griet malajr. Kulhadd tnikket bit-telfa, izda kulhadd kien ferah ghax Frangisku kien ittajjar lejn is-sema.

jinxteghel id-Dawl kollu tal-Knisja

L-abbati li jkun qed jaghmel il-parti ta' Frangisku

issa jqum u jieqaf b'idejh merfghuha 'l fuq

Id-Dawl li issa kien intemm fuq l-art sar dawl jiddi fii­Glorja tas-Sema. 

 

Celebrant:

Itlob ghalina, Qaddis Frangisk Missierna.

Kulhadd:    

Biex ikun jisthoqqilna dak li weghedna Kristu.

 

Celebrant:

Nitolbu.

O Alla, Int illum ghanejt bil-hlas

tal-hajja ta' dejjem

lir-ruh ta' Missirna San Frangisk;

aghtina nitolbuk: hekk kif bil-qima

qeghdin infakkru l-moghdija tieghu

minn din id-dinja ghal ghandek,

jisthoqqilna li bhalu u mieghu

niksbu l-istess hlas fil-hajja bla tmiem.

Bi Kristu Sidna.  

 

Kulhadd:

Amen.

Fl-ahhar ic-celebrant ibierek 'il kulhadd

bir-relikwa tal-Qaddis fil waqt li jghid:

Celebrant:

Bl-intercessjoni ta' Missierna San Frangisk,  

iberikkom + Alla li jista' kollox

u jghix u jsaltan ghal dejjem ta' dejjem.

 

Kulhadd:

Amen.

 jitkanta l-innu

Kor

Glorja, Glorja, nghannulu minn qalbna,

Lil Frangisku imlibbes bil-faqar.

Nghidu f'hajtu kemm garrab u nhaqar

ghal min habbu u miet fuq salib

 

Int, Missierna, id-dehwa ta' l-Angli;

kewkba tlellex bhad-deh'b, kollok dija.

Saffi lilna tal-griehi mid-dmija

li naqqaxlek fuq gismek Habib.

 

Glorja, Glorja, inghajtu ghalenija,

lil min rebat ghall-mewt kull stkerriha;

“Oht”, sejhilha u waslet b'mistrieha,

sabiex tkeffen 'il gismu misiub.

 

Missier hlejju, hallina fuq gismek,

harstna nwahhlu, u nahsbu go fina.

Int biss stajt xebh wisq gholi taghtina,

ta' min b'demmu hasilna mid-dnub.

 

Glorja, Glorja, bla heda nghannulek,

fuq din l-art ghat-twemmin blata shiha;

insehbuha tal-warda mal-fwieha

li titbissem ta' Malta fil-gnien.

 

U jasallek, Missier, dan il-lehen;

hares lejna; isma' t-talb fqajjar taghna;

Qatt titbieghed, tinfired minn maghna

kun it-tarka u s-sejf tal-helsien.

 


imhejji minn Fr Thomas Calleja OFMConv f'Ottubru 1994

Valletta 7.9.2006


 

San Frangisk iltaqa’ ma’ ohtna l-mewt fuq

il-qiegha ta’

l-art fil-knisja

tal-Porziuncola, barra l-belt

ta’ Assisi. 

Kien fil-hin ta’

l-ghasar nhar

s-Sibt, 3 ta’ Ottubru 1226.