|
San Frangisk, il-Frangiskani u l-Immakulata Kuncizzjoni |
||
|
San Frangisk u d-Domma ta' l-Immakulata ta' Patri Thomas Calleja ofmconv Ir-Rifletturi fuq l-Immakulata
L-ispotlights ser jinxteghlu nhar t-8 ta' Dicembru ta' din is-sena wkoll ghall-festa tal-Kuncizzjoni. Din is-sena 2004 ir-rifletturi ser ikunu b'dawl aktar qawwi. Dan minhabba li din is-sena hija l-okkazjoni tal-150 anniversarju tal-proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni bil-bulla Ineffabilis Deus tal-Papa Piju IX (1854-2004).
Id-dawl tar-rifletturi fuq l-istatwa tal-Kuncizzjoni huwa stedina biex ahna nirriflettu u nimmeditaw fuq il-figura ta’ Marija. Ahna lkoll mistiedna biex jitfghu harsitna fuq il-misteru tal-Kuncizzjoni. L-ghajnejn iridu jkunu ppuntati mhux tant fuq l-istatwa tal-Vergni mbierka daqskemm fuq il-misteru ta’ Marija, “il-Mimlija bil-grazzja”, maghzula minn Alla qabel il-holqien tad-dinja u mharsa minn kull tebgha tad-dnub tan-nisel biex tkun ghamara xierqa ghall-iben tieghu.
L-ulied ta’ san Frangisk Jekk inqallbu ftit il-ktieb ta’ l-istorja Frangiskana nsibu li kienu hafna dawk l-ulied tal-Qaddis ta’ Assisi li matul il-medda taz-zmien dawru ghajnejhom fuq ix-xbieha ta’ din “il-Mara liebsa x-xemx, bil-qamar taht riglejha u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha” (Apk 12:1). Fost dawk li kellhom ghozza specjali lejn il-Kuncizzjoni nsibu lil san Guzepp ta’ Copertino (1603-1663), li ghadna kemm iccelebrajna l-erba’ mitt sena mit-twelid tieghu. Matul iz-zmien li kien jghix fis-Sacro Convento f’Assisi, dan il-qaddis devot tal-Madonna kuldarba li kien isib ruhu quddiem l-istatwa tal-Kuncizzjoni kien ikollu mumenti qawwija ta’ talb li kienu jintemmu f’estasi u titjir mistiku ta’ l-ghageb. Dan il-qaddis ta’ Copertino kellu devozzjoni kbira u mimlija mhabba lejn l-Immakulata. Kien jinsgilha kliem u strofi ta’ mhabba li kien ikantahom ukoll waqt id-diversi festi tal-Madonna.
Barra san Guzepp ta’ Copertino nsibu ghadd ta’ patrijiet u qaddisin Frangiskani li dawru l-harsa ta’ qalbhom fuq il-Vergni Marija. Fost dawn insemmu lil san Bonaventura minn Bagnoreggio (1217-1274) u lill-beatu Gwanni Duns Skotu (1265-1308). Dan ta’ l-ahhar b’mod partikulari hadem bis-shih ghall-kawza ta’ l-Immakulata u rnexxielu jeghleb l-iskola duttrinali permezz ta’ distinzjoni sottili u konvincenti li baqghet maghrufa: “Decuit, potuit, ergo fecit”. Duns Scotu miet lejn il-bidu ta’ l-1300. Warajh id-duttrina ta’ l-Immakulata ghamlet passi ’l quddiem u l-patrijiet Frangiskani ghamlu minn kollox biex id-devozzjoni tixtered aktar u aktar. Il-predikaturi Frangiskani kienu jinsgu u jxandru t-tifhir lil Marija fil-pjazez tal-bliet principali ta’ l-Italja. Fost dawn san Bernardin ta’ Siena (1380-1444) u san Frangisk Anton Fasani (1681-1742). Il-qaddis Fasani kellu mhabba specjali lejn Marija Immakulata. Il-festa taghha kienet il-festa ta’ qalbu. Kien jiccelebra ta’ kull sena novena devota u solenni b’diskorsi fervoruzi u li jqanqlu l-qlub. Fi zmien aktar qrib taghna d-devozzjoni Frangiskana u l-imhabba lejn Marija Immakulata hija rrapprezentanta minn san Massimiljanu Marija Kolbe (1894-1941). Patri Kolbe, il-martri ta’ l-imhabba u “l-Mignun ta’ l-Immakulata” – kif kienu jsejhulu – inghata b’ruhu u gismu biex igib ’il quddiem id-domma ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni. Kolbe fehem li l-misteru ta’ l-Immakulata jhaddan rifless mhux biss fuq il-persuna ta’ Marija imma wkoll fuq il-missjoni taghha fi hdan l-istorja tal-fidwa.
Fl-iskola ta’ san Frangisk Il-mistoqsija donnha tigi wahdiha. Minfejn xorbu u kisbu din l-imhabba dawn il-patrijiet? Min kien li ghallem lil dawn l-irgiel ta’ Alla biex idawru l-harsa taghhom fuq il-Vergni Marija?
It-twegiba hija hafifa! Dawn il-patrijiet kienu ffurmati u kibru fl-iskola tal-Fqajjar ta’ Assisi. Kien minghand san Frangisk li dawn il-patrijiet xorbu l-imhabba u d-devozzjoni taghhom lejn Marija, dik li fi kliem Frangisku stess, “ghamlet lis-Sinjur tal-Majestà huna” (2 Cel 198). Ir-rabta ta’ Frangisku ma’ Marija hija migbura principalment fil-vizjoni tar-rapport intimu taghha fl-opra tas-Salvazzjoni.
Huwa minnu li fil-hajja ta’ san Frangisk, kif insibuha rrakkuntata mill-ewlenin kittieba li kitbu dwaru, u fl-istess kitbiet tieghu, ma nsibu l-ebda riferimenti cari jew espliciti dwar il-misteru tat-Tnissil bla Tebgha. Din il-verità, kif nafu, giet zviluppata aktar tard mill-iskola Frangiskana. Minkejja dan, fi zmien san Frangisk kienet digà tezisti c-celebrazzjoni tal-festa tat-Tnissil ta’ Marija. Din kienet festa antika li sabet il-bidu taghha fi hdan il-monasteri tal-Palestina fis-seklu sebgha. Ta’ min jinnota, izda, li l-oggett ta’ din ic-celebrazzjoni tat-Tnissil ta’ Marija m’hux l-istess bhal dak tal-festa tat-Tnissil bla Tebgha li niccelebraw fi zmienna nhar it-8 ta’ Dicembru ta’ kull sena. Fiz-Zminijiet tan-Nofs kienu jiccelebraw il-festa tal-Kuncizzjoni ta’ Marija nhar it-8 ta’ Dicembru, izda minghajr ma kienu jiddiskutu l-fatt tat-Tnissil bla tebgha. L-istess kif kienu jiccelebraw it-Tnissil ta’ Gwanni l-Battista nhar l-24 ta’ Settembru u fl-24 ta'Gunju mbaghad kienu jiccelebraw il-festa tat-twelid tieghu. Kellhom jghaddu aktar minn sitt sekli mill-mewt ta’ san Frangisk qabel ma l-papa Piju IX ipproklama permezz tal-kostituzzjoni Ineffabilis Deus “il-Mara liebsa x-xemx” minghajr l-ebda dnub originali, kollha kemm hi pura u Immakulata. Id-domma ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ggib id-data tat-8 ta’ Dicembru 1854, li din is-sena qed niccelebraw il-mija u hamsin sena mill-proklamazzjoni taghha. Kien wara din id-data storika li l-festa tat-Tnissil ta’ Marija li kienet iccelebrata fi zmien san Frangisk saret il-festa tat-Tnissil bla Tebgha u li issa l-Knisja tpoggi quddiema ghar-riflessjoni taghna lkoll.
Frangisku, Prekursur tad-Domma Jidher car li fi zmien Frangisku kien ghadu ma jezistix it-terminu “Immakualta Kuncizzjoni”. Minkejja dan kollu, inhossni konvint li san Frangisk kien ihares lejn Marija bl-ghajnejn ta’ qalbu fil-gabra tat-talb tieghu. F’wahda mit-talbiet tieghu Frangisku jinfexx f’ghana ta’ tifhir, staghgib u radd il-hajr lil Alla talli tana omm bhalma tana. “Ghall-unur ta’ Marija”, jirrakkonta Tumas ta’ Celeno, “Frangisk kien ikanta tifhir partikulari, jgholli ’l fuq talb, u joffri ghozza hekk kbira li l-ilsien tal-bniedem lanqas biss jista’ jfisser” (2 Cel 198).
Lil san Frangisk nistghu nqisuh bhala dak li hejja t-triq ghad-domma ta’ l-Immakulata. Il-Qaddis ta’ Assisi kien xettel rapport ta’ mhabba singulari ma’ Marija u kien iqimha bhala “dik li nisslet il-Verb, il-mimlija bil-grazzja u bil-verità” (Leg. M. 3). Infatti s-sens ewlieni tad-domma li pproklamat il-Knisja fl-1854 kif rajna aktar ’il fuq, jinsab migbur fl-espressjoni tat-thabbira ta’ l-anglu lil Marija: “mimlija bil-grazzja”, espressjoni li kienet tant ghal qalb Frangisku. Filfatt Frangisku kien isellem lill-Vergni Marija b’mod personali: “Int li fik kien hemm u hemm il-milja tal-grazzja u kull ma hu tajjeb”.
Jekk wiehed iqalleb il-kitbiet ta’ san Frangisk kif ukoll dawk li kitbu dwaru l-ewwel kittieba, zgur jiltaqa’ ma’ ghadd ta’ xbihat ta’ Marija. Fit-Tislima li kiteb lill-Beata Vergni Marija, Marija hija “s-Sinjura qaddisa, Regina qaddisa, l-omm ta’ Alla”. Frangisku kien isejjah lil Marija: “Vergni maghmula Knisja u maghzula mill-Missier qaddis tas-sema u minnu kkonsagrata, flimkien ma’ l-iben wahdieni u qaddis tieghu u ma’ l-Ispirtu Santu Paraklitu”. Il-qaddis Fqajjar ta’ Assisi kien jaf li l-kobor ta’ Marija jinsab fir-rabta taghha mat-Trinità li “ghazlitha” u “kkonsagratha”. Marija ma kinitx maghzula ghax kienet qaddisa, anzi, il-qdusija taghha hija frott ta’ l-ghazla u l-konsagrazzjoni li saritilha u ghaldaqstant ghall-predestinazzjoni li taghha saret oggett.
Jidher li t-titli li Frangisku jaghti lil Marija ma humiex bizzejjed biex ifisser il-kobor taghha. Ghaldaqstant Frangisk johloq ohrajn godda. X’jaghmel? Frangisku jissellef l-“Ave” ta’ l-anglu habbâr u jissokta johloq f’forma qisha ta’ litanija t-tislim tieghu lill-maternità ta’ Marija. Araw x’jghidilha: “Ave Palazz tieghu, Ave Tabernaklu tieghu, Ave Dar tieghu, Ave Lbies tieghu, Ave Qaddejja tieghu, Ave Omm tieghu”. Huma kollha kemm huma titli li Frangisku seta’ jaghtihom biss lil dik li hija “mimlija bil-grazzja” u ghalhekk “qaddisa” u “Immakulata”.
Frangisku jesprimi t-twemmin tieghu f’talba li nsibu fil-kapitlu tlieta u ghoxrin tar-Regola mhux Bullata. F’din it-talba waqt li Frangisku jrodd hajr lil Alla ghall-hidma tieghu tas-salvazzjoni, jitfa’ l-accent fuq il-Vergni Marija. Frangisku jistqarr: “O Alla setghani, l-aktar qaddis, Alla kbir u li tista’ kollox... ahna rroddulek hajr ghax kif hlaqtna permezz ta’ ibnek, hekk ukoll permezz ta’ l-imhabba qaddisa tieghek, li biha habbejtna, ridt li hu jitwieled ghalina, bhala veru Alla u veru bniedem mill-glorjuza dejjem vergni, qaddisa u mbierka Marija” (Rnb 23:1-3).
Minn din it-talba nistghu nifhmu kif Frangisku kien dahal fil-misteru profond ta’ Marija bhala mara marbuta kollha kemm hi mat-Trinità Qaddisa. Din ir-rabta ta’ Marija mat-Trinità tidher fit-Tislima lill-Vergni Mbierka li Frangisku kiteb bhala antifona fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull salm ta’ l-Ufficcju tal-Passjoni, li kif nafu fassal bhala talba ta’ kuljum ghall-ahwa tal-bidu. Hekku l-kliem ta’ Frangisku: “Qaddisa Vergni Marija, minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek”. U hekku kif Frangisku jkompli jpingi u jisfuma b’kuluri sbieh il-figura ta’ Marija fil-gwarnic Trinitarju: “Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema, int l-omm tal-Mulej qaddis taghna Gesù Kristu, int l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu”.
Frangisku u t-titli lil Marija It-titli li Frangisku jaghti lil Marija jwassluna biex nahsbu fuq kollox fl-opra li Alla wettaq f’Marija sabiex din il-hlejqa umli tkun disponibbli kollha kemm hi ghall-opra tat-Trinità. Ta’ min jinnota li t-titlu “Bint u Qaddejja tal-Missier” u dak ta’ “Omm tal-Mulej Qaddis taghna Gesù Kristu”, kienu maghrufa sewwa mit-tradizzjoni ta’ zmien san Frangisk, filwaqt li t-titlu ta’ “Gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu” jidher li kien uzat minn Frangisku nnifsu ghall-ewwel darba.
Dan l-artiklu ckejken m’hux mifhum li jkun xi spazju ghall-approfondiment spiritwali. Lanqas m’hu mifhum li jkun xi trattat teologiku dwar it-titli uzati minn Frangisku dwar l-omm ta’ Gesù. Minkejja dan, minn dak li ghidt nistghu naslu biex nikkonkludu li fi Frangisku kienet tonqos biss il-frazi cara li aktar tard giet ifformulata bit-titlu ta’ “l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Marija”.
Ir-rabta li hemm bejn it-titlu “Gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu” u l-misteru ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni qieghda fil-fatt li b’dan it-titlu Frangisku bhal donnu gholla l-velu li kien jostor ir-rabta ta’ l-ghageb li ghandha Marija mal-Persuni divini tat-Trinità Qaddisa.
Nghixu mill-gdid l-esperjenza ta’ Frangisku M’ghandniex ghalfejn nistaghgbu wisq li Duns Scotu u t-teologi l-ohra li kibru u gew iffurmati fl-iskola ta’ Frangisku u li taw is-sehem taghhom fil-kawza ta’ l-Immakulata, poggew f’termini teologici cari u ezatti lill-misteru ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Marija. Dak li ghamlu kien li komplew fuq il-passi tal-kontemplazzjoni mistika ta’ l-imghallem u fundatur taghhom san Frangisk. Bla dubju l-impenn tas-segwaci ta’ Frangisku matul il-medda taz-zmien favur il-kawza u d-difiza ta’ l-Immakulata ta kontribut kbir ghall-proklamazzjoni solenni tad-domma.
L-impenn ta’ dawn il-Frangiskani huwa stedina u fl-istess waqt mudell ghalina ta’ kif ahna wkoll nistghu ndawru harsitna fuq Marija halli ahna nkunu nistghu nghixu llum l-esperjenza ta’ san Frangisk.
Dawk li huma parti mill-familja Frangiskana kif ukoll dawk li jridu jimxu fuq il-passi tal-Qaddis ta’ Assisi, huma msejha biex iqimu l-Vergni Marija fil-misteru tat-Tnissil bla Tebgha u biex iqisuha bhala l-patruna specjali ta’ l-Ordni Frangiskan. Huma mhegga wkoll biex ixerrdu bil-hegga kollha ta’ qalbhom il-kult ta’ dan il-misteru kif ghamlu dawk ta’ qabilhom.
F’ghaqda u sintonija ma’ l-ispirtu ta’ san Frangisk fil-knejjes kollha mmexxija mill-ulied tal-Fqajjar ta’ Assisi, din is-sena b'mod specjali fl-okkazjoni tal-mija u hamsin sena mill-proklamazzjoni tad-domma, ser jinxteghlu l-ispotlights fuq l-istatwa devota ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni.
Din is-sena wkoll il-gwardjani flimkien mal-komunitajiet tal-patrijiet qed jistiednu lil kulhadd biex jiehu sehem f’din il-festa bl-akbar solennità. Kulhadd – u fost dawn hemm int ukoll – huwa mistieden biex idawwar il-harsa fuq il-Vergni Marija, l-Immakulata Kuncizzjoni.
Ix-xbieha tat-Tnissil bla tebgha ta’ Marija trid tfakkar lilna lkoll kemm ahna li Alla ghazel lilna wkoll biex bhal Marija “jkunu qaddisa u bla tebgha quddiemu fl-imhabba” (Efes 1:4). Dan l-artiklu ta' Fr Thomas deher l-ewwel darba bit-taljan bit-titlu Gli occhi sulla Vergine Immacolata fir-rivista San Francesco Patrono d'Italia, Basilica di San Francesco Assisi, n.12 Dicembru 2002, p18. l-verzjoni bil-malti ta' dan l-artiklu deher bit-titlu L-“Ispotlights” fuq l -Immakulata fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.46. Hawnhekk l-artiklu sarlu xi rtokki zghar fid-dati. Valletta: 22.2.2004 |
![]() Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 150 Sena 1854-2004
Talba ta' San Frangisk lil Marija
Qaddisa Vergni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna Gesù Kristu, Int l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
|
|