San Frangisk, il-Frangiskani u l-Immakulata Kuncizzjoni

 

 <<|werrej|>> 


L-Immakulata f'sett ta' bolli

mahrug 50 sena ilu

b'tifkira tal-100 sena tad-Domma ta' l-Immakulata


 Fr Thomas Calleja OFMConv


 

 

 

 

 

 

 

 

Hamsin sena ilu sewwa sew nhar it-8 ta' Settembru 1954 l-Ufficcju Generali tal-Posta ta' Malta  hareg set ta' Bolli biex ifakkru l-ewwel centinarju tal-proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni mill-Papa Piju IX bil-bulla Ineffabilis Deus fl-1854.

         

Dan is-set specjali ta' bolol iddedikati lill-Immakulata Kuncizzjoni kien maghmul minn tliet bolli li t-tlieta li huma juru l-istess xbieha - dik tal-kwadru titulari li hemm fuq l-altar Maggur tal-Knisja Kolleggjata Arcipretali tal-Kuncizzjoni ta' Bormla. 

 

Kull bolla f'dan is-set kienet giet stampata b'kulur wiehed, izda b'valur differenti. L-ewwel wahda b'lewn ahdar, ghandha valur ta' 1½d (sold u nofs li llum bejn wiehed u iehor huwa ta' 0.62 centezmu), ohra b'valur ta' 3d - (tlett soldi =1.25cent) lewn ikhal u l-ohra ta' lewn griz b'valur ta' 1/- (xelin jew 5cents tal-lum).

 

Id-disinn tal-bolol sar fuq il-pittura ta' Pietru Pawl Caruana (1793-1852). Madwar il-kwadru fuq il-bolla hemm il-kliem bl-ingliz b'ittri kbar: CENTENARY OF THE DOGMA OF THE IMMACULATE CONCEPTION.  Fuq iz-zewg irkejjen tan-naha ta' fuq tal-bolla hemm id-dati: fuq ix-xelluq 1854 u fuq il-lemin 1954.  Fil-patri t'isfel hemm miktub b'ittri kbar ukoll l-isem MALTA. Fuq iz-zewg nahat tal-kelma Malta hemm il-valur rispettiv tal-bolla, 1½d, 3d u 1/-.

 

Il-Bolli kienu stampati mid-ditta Harrisons & Sons fuq tip ta' karta imsejha chalk surface paper.  Dan is-sett kien igib wkoll il-watermark dik maghrufa bhala Multiple Crown and Script CA (watermark 4, J.B: Catalogue).

 

Il-folji tal-bolol kien irrangat b'mod li kull folja jkollha sittin bolla, jigifieri b'sitt ringieli b'ghaxra kull wahda.  Dawn kienu pperforati tat-tip single comb ta' 14.6 x 13.7.  Fuq il-bolol ma kienx jidher l-isem ta' l-istampatur.

 

F'dan is-sett kienu dehru xi difetti.  L-ewwel zball kien fuq il-folja tal-bolli tas-1½d (sold u nofs).  Fit-tieni bolla tal-hames ringiela ta' dawn il-folji kien hemm bhal dell taht l-ittra M tal-kelma Malta.

It-Tieni difett deher fuq kull folji tax-1/- (xelin).  Fit-tieni bolla tal-hames ringiela deher bhal cirku zghir taht l-ittra I ta' Immaculate.

 

Dan is-sett kien irtirat mic-cirkulazzjoni fis-6 ta' Dicembru 1954.


Ghal aktar informazzjoni dwar dan is-sett ara: is-Suppliment nru 2 li deher fir-rivista Madonna Ta' Pinu, Sena XXIV, Vol VIII, Nru 126, Lulju - Settembru 2003 mahrug mis-Santwarju Ta' Pinu - Ghawdex.

Valletta: 5.3.2004


Domma ta'

l-Immakulata

Kuncizzjoni

150 Sena

1854-2004

 

Talba ta'

San Frangisk

lil Marija

 

Qaddisa Vergni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar gholi

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis taghna

Gesù Kristu,

Int

l-gharusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.