![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni |
|
l-Arcikonfraternità tal-Kuncizzjoni kitba ta' Fr Joe Calleja
It-Twaqqif ta' l-Arcikonfraternità ta' l-Immkulata Kuncizzjoni fil-Knisja ta' San Frangisk fil-Belt Valletta fl-1636
Id-devozzjoni lejn l-Immakulata Kuncizzjoni tal- Frangiskani Konventwali ta' Malta ma taghmel ebda ghajb lil dik ta' huthom imxerrdin fid-dinja. Il-Frangiskani kienu kullimkien il-promuturi ta' din id-devozzjoni u waqqfu konfraternitajiet ta' l-Immakulata f'bosta bnadi.
Patri Danjel Greco u Patri Bernard Pace Fl-1636 Patri Danjel Greco u Patri Bernard Pace, flimkien ma' mhux anqas minn erbghin devot ta' l-Immakulata riedu jwaqqfu konfraternità jew kif sejhulha huma compagnia ddedikata lill-Madonna taht dan it-titlu. Dawn talbu l-approvazzjoni ta' l-Isqof ta' Malta, Mons. Mikiel Balaguer (1635-1653). Patri Danjel Greco kien Kummissarju Provincjali tal-kunventi tal-Frangiskani Konventwali f'Malta u Ghawdex, filwaqt li Patri Bernard Pace kien il-Gwardjan tal-kunvent tal-Belt. Fit-talba li ntbaghtet lill-Isqof, il-patrijiet u l-fratelli kollha nizzlu isimhom. L-Isqof accetta u approva fit-30 ta' Awwissu 1636.
Patri Filipp Cagliola Meta Patri Majjistru Filipp Cagliola temm l-istudji tieghu f'Ruma, is-superjuri hatruh Kummissarju Generali ta' l-Ordni ghal Malta. Mimli kif kien bid-devozzjoni lejn l-Immakulata u mghallem fid-duttrina Skotista, wara li ra b'ghajnejh dak li ghamlu l-Frangiskani fi Sqallija u Ruma, ried jorganizza u jkabbar f'pajjizu d-devozzjoni lejn l-Immakulata fuq dawk l-istess linji. Fil-proto-kunvent tar-Rabat ta' Malta digà kienet hajja d-devozzjoni lejn l-Immakulata, izda qatt ma nstab li kien hemm konfraternità. Ghalhekk bhala superjur gdid ghal Malta, ha f'idejh dak li beda Patri Danjel Greco fil-Belt sena qabel.
Hemm miktub li whud minn dawk li ffirmaw l-ewwel talba lill-Isqof fl-1636, ma ridux jithalltu ma' ohrajn. Mill-erbghin fratell ta' l-1636 baqghu sbatax u dawk ta' l-1637 tela' ghal erbgha u erbghin. Ii-zewg talbiet (dik ta' l-1636 u l-ohra ta' l-1637) saru mill-patrijiet f'isem il-fratelli u l-permess inghata lill-patrijiet.
Il-komunità tal-kunvent tal-Belt hadmet ma' Patri Cagliola u l-bidu mqieghed minn Patri Danjel Greco gie njorat ghal kollox. Fil-11 ta' Gunju 1637 Patri Cagliola laqqa' l-ewwel konsulta generali tal-fratelli li fiha ntlaqa' l-istatut u ntghazlu l-ewwel ufficcjali.
Patri Cagliola qieghed lill-konfraternita l-gdida fuq pedamenti sodi mill-bidenett. L-Isqof Balaguer approva l-konfraternita mill-gdid u fahharha fil-21 ta' Gunju 1637.
Dan l-artiklu huwa adattat mill-ktieb "Devozzjoni u Kultura" ta' Fr. Joe Calleja u deher fir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 16 - Ottubru 2004, 34. Valletta: 15.10.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |