L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni

 

 <<|werrej| 


Il-Konfraternità tal-Kuncizzjoni


kitba ta' Patri Gorg Attard OFMConv.


Il-Konfraternità tal Kuncizzjoni

fil-Knisja ta' San Frangisk ta' Ghawdex

 

 

 

 

Fis-sena 2003 il-Konfraternità tal-Kuncizzjoni fil-knisja ta' San Frangisk tar-Rabat ta' Ghawdex ghalqet 340 sena. Fr Joe Calleja fis-sena 2000 hareg ktieb jismu Devozzjoni u Kultura. Dan jittratta l-grajja ta' l-Arcikonfraternità ta' l-Immakulata Kuncizzjoni fil-knisja ta' San Frangisk tal-Belt Valletta. Huwa ktieb interessanti hafna u fin insibu bosta referenzi ghall-konfraternita ta' Ghawdex. Huwa gabra ta' taghrif kbir li jinsab fl-arkivju ta' l-istess Arcikonfraternità, li kif jghid il-kittieb, fin gabra ta' mitejn u sittax-il manuskritt li huma l-bazi ta' l-istorja miktuba f'dan il-ktieb. Fr Joe llum ma ghadux maghna, izda haqqu kull tifhir ghall-bicca xoghol kbira u xejn hafifa li ghamel.

 

Il-ktieb jurina kemm hadmu l-fratelli u l-patrijiet matul iz-zminijiet biex ixerrdu l-gima lejn Marija Immakulata. Fid-dinja Kattolika ddevozzjoni lejn Marija Immakulata tehodna sa qabel is-sena 740. Sant'Andrija ta' Kreta, fl-Orjent, halla prietka li fiha jistqarr li l-Madonna kienet imnissla bla tebgha tad-dnub originali. Prietki ohra bl-istess tema huma dawk ta' Gwanni, isqof ta' Ewdea, lejn is-sena 840, u Gorg, isqof ta' Nikomedija, lejn is-sena 860. It-tnejn juruna li d-devozzjoni kienet tigi ccelebrata nhar it-8 ta' Dicembru. Fil-Punent ikollna nistennew sas-seklu hdax biex insibu xi taghrif ta' valur ghalina. F'Napli hemm kitba fuq irhama li fiha nsibu lista tal-festi li kienu jiccelebraw f'dak iz-zmien. F'din il-lista nsibu li fit-8 ta' Dicembru kienu jiccelebraw il-festa tal-Kuncizzjoni. F'pajjizna ma nistghux immorru daqshekk lura fiz-zmien. Niftakru li sa l-1090 pajjiina kien mahkum mill-Gharab. Kien wara t-tluq ta' dawn li r-religjon Nisranija f'Malta regghet bdiet tiehu r-ruh.

 

Devozzjoni fost il-poplu f'Ghawdex

F'Ghawdex ta' min isemmi li s-Santwarju tal-Qala huwa qadim hafna u jinghad li minn dejjem kien iddedikat lil Marija Immakulata. Fl-1575 Mons. Pietru Dusina, vizitatur appostoliku, sab li f'Ghawdex kienet digà tezisti din il-knisja. Imma l-patrijiet Frangiskani Konventwali, li dak iz-zmien kienu ilhom prezenti f'pajjiina, hadmu huma wkoll biex ikomplu jxerrdu d-devozzjoni fost il-poplu. Il-Beatu Gwann Duns Skotu kien ilu li wassal it-taghlim dwar il-Koncepiment Immakulat ta' Marija. Ghalhekk l-Ordni Frangiskan kien mitfugh ghall-hidma favur il-qima lejn Ommna Marija Immakulata mad-dinja kollha.

 

L-ewwel Purcissjoni f'gieh Marija Immakulata

Fl-1652 il-patrijiet Frangiskani Konventwali f'Ghawdex nedew purcissjoni f'gieh Marija Immakulata. Il-hsieb tant inghogob u n-nies tant ikkonkorrew, li ngabet statwa tal-Madonna ghal dik il-purcissjoni.

 

Il-hegga kienet qawwija u fl-1663, wara hidma sfiqa, Patri Ewgen Ruggier OFMConv waqqaf il-Konfraternità ta' l-Immakulata Kuncizzjoni fil-knisja ta' San Frangisk ta' Ghawdex b'sebgha u sebghin fratell. Dan sehh fid-29 ta' Jannar ta' dik is-sena. F'Mejju ta' wara bdiet issir festa ohra taht it-tmexxija tal-fratellanza. Din kienet dik tal-Madonna tal-Gilju. Ghalhekk minn dik is-sena bdew isiru zewg purcissjonijiet bl-istatwa tal-Madonna.

 

Ghotja ta' Karità

Il-konfraternità Ghawdxija, bhal sehbitha ta' Malta, kellha mhux biss tiehu hsieb ticcelebra l-festi u taghti l-formazzjoni religjuza lill-fratelli, imma kellha wkoll skop filantropiku. Fl-1668 certu Angelino Spiteri halla fit-testment tieghu li kull sena ghandha tinghazel xebba li tkun sa tizzewweg nhar it-8 ta' Dicembru li jkun diehel biex din tircievi xi ghajnuna minghand il-fratellanza. Isem it-tfajla kien jittella' bix-xorti minn fost dawk li l-fratelli stess kienu jnizzlu isimhom fuq bicca karta u jixhtuhom f'urna. It-tfajla riedet tkun ta' nisel Ghawdxi u bint il-faqar. B'xorti hazina din id-drawwa llum inqatghet.

 

L-Approvazzjoni tal-Kostituzzjonijiet

Iz-zewg konfraternitajiet - dik ta' Malta u dik ta' Ghawdex - ghandhom kostituzzjonijiet jixbhu lil xulxin; it-tnejn kitibhom Patri Majjistru Filippu Cagliola OFMConv. Dik ta' Ghawdex approvaha wara hafna snin l-isqof Bartilmew Rull meta kien qieghed jaghmel zjara pastorali fil-gzira. Dak iz-zmien l-isqof kien hatar lil Dun Alwig Gauci biex jistudja l-kostituzzjonijiet u jaghtih l-opinjoni tieghu. Dan, wara li fliehom bir-reqqa, ta parir favorevoli u l-isqof approvahom fit-8 ta' Gunju 1760.

 

Purcissjoni differenti

Interessanti nkunu nafu li nhar Sibt il-Ghid 1638 il-konfraternità Ghawdxija ghamlet celebrazzjoni specjali. Dakinhar saret l-ewwel purcissjoni f'gieh "il-ferh tal-glorjuia Vergni Marija fil-Qawmien ta' Kristu mill-imwiet." L-ghamla tal-purcissjoni kienet differenti minn kif issir illum. Sar skond kif kien propost mill-istess Patri Cagliola u approvat mill-fratelli kollha u mill-poplu. Kulhadd ta s-sehem tieghu flimkien ma' xi kavallieri ta' l-Ordni ta' San Gwann. Intuzaw tmien vari b'titli Marjani differenti: Bieb tas-Sema, Tron tal-Gherf, Ghajn ta' l-Ilma Haj, Torri ta' David, Ghamara tal-Mulej, Gnien Sabih, Tempju ta' Alla u Mara Singulari.

 

Il-fratelli, libsin il-kunfratija u b'wicchom mghammad, kellhom jitqassmu mal-purcissjoni kollha, sitta sitta, wara kull wara, u bejn kull zewg vari kellu jkun hemm xi tip ta' orkestra, banda jew kor. Fil-purcissjoni hadu sehem zewg maestri di processione li kellhom f'idejhom surgentina kull wiehed, wahda bix-xbieha ta' l-Immakulata u l-ohra bix-xbieha ta' San Frangisk.

 

Fis-snin ta' wara l-purcissjoni baqghet issir ghal hafna snin bl-istatwi ta' Kristu Rxoxt u tal-Kuncizzjoni. Meta mbaghad ma baqghetx issir, l-istatwi bdew jintramaw fil-knisja. Ma' dil-festa, aktar tard, rabtu l-Kwaranturi.


Dan l-artiklu deher fir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 16 - Ottubru 2004, 32-33.

Valletta: 15.10.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.