San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni 

 

  <<|werrej|>> 


S. Massimiljanu Kolbe u l-Immakulata

Qabra ta' Hsibijiet spiritwali mill-kitbiet tal-Qaddis


migbura minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


XI TKUN INT, IMMAKULATA?

 

1) Min int, ja Sidti? Min int, Immakulata?  Ma nistax inkejjel il-kobor ta' hlejqa t'Alla... Li nifhem x'jigifieri tkun iben adottiv t'Alla haga aqwa minn hilti.

Xi tkun int, Immakulata? M'intix biss hlejga, m'intix biss bint adottiva, imma int Omm Alla - u m'intix l-Omm adottiva, imma l-Omm vera t'Alla. U dan m'huwiex hsieb fieragh, m'hijiex xi haga li x'aktarx saret, imma hi haga certa, assoluta u bla ebda dubju: din hi dogma tal-fidi.

 

2) Min int, ja Immakulata Kuncizzjoni? (jigifieri: "Tnissil bla mittiefes").

M'intix Alla, ghax Alla ma ghandux bidu; m'intix anglu mahluq mix-xejn; m'intix Adam mahluq mit-trab ta' l-art; m'intix Eva mahluqa minn Adam. Lanqas m'inti l-Kelma li saret bniedem, li kienet tezisti minn dejjem u li tnisslet bla ma kellha bidu. Ulied Eva ma kenux jezistu gabel ma tnisslu, ghalhekk nistghu lil dawn insejhulhom l-imnisslin fiz-zmien. Izda int m'intix bhalhom, ghax waqt li dawn tnisslu mcappsin bit-tebgha tad-dnub originali, int wahdek l-Imnissla minghajr tebgha.

 

3) L-Immakulata... il-quccata tal-perfezzjoni fost il-hlejjaq, l-Omm t'Alla, l-aktar wahda li tixbah 'l Alla minn fost il-hlejjaq.

Il-ghan tal-hlejqa, il-ghan tal-bniedem, huwa l-kobor bil-mod il-mod skond ix-xbieha tal-Hallieq, aktar xebh perfett ma' Alla. Ighid Santu Wistin: "Alla sar bniedem biex il-bniedem ikun jista' jsir Alla."

Ahna nippruvaw insiru nixbhu 'l nies twajba, nies tal-virtu, nies qaddisa, izda ebda wiehed minnhom ma hu minghajr xi difett. Hi biss, bla tebgha sa mill-ewwel waqt ta' tnissilha, ma taghraf ebda htija, lanqas l-izghar wahda. Lilha ghandna nippruvaw nixbhu, u lejha ghandna nippruvaw nogorbu. Ahna ghandna nsiru taghha...anzi nsiru "Hi". Din hi l-quccata tal-perfezzjoni fil-bniedem.

 

4) Ahna nsejhulha Omm, imma ebda omm tad-dinja ma hi mehlusa mid-dghufija. Il-ligijiet li ghamel il-bniedem isemmu l-jeddijiet ta' l-ulied. Imma din l-Omm hija l-Omm bla tebgha, hija l-Immakulata, u ghalhekk jekk ahna, uliedha, ifettlilna nzommu ghalina xi jedd fuqha b'hekk inkunu qed inweggghuha u nonqsuha bla tarf. Ghax dil-haga tkun turi li ahna jkun ghad fadlilna xi dubju dwar in-nuqqas ta' htija fiha. L-iben li jikkonsagra ruhu lilha jixtieq li hi tinqeda bih kif ikun jidhrilha; jixtieq li "jinhela" ghaliha.

Ahna nsejhulha Sidt, imma dat-titlu donnu jbieghed minna l-qalb taghha ta' Omm. Ahna nsejhulha Regina, izda ghandna malajr inzidu li hija r-Regina tal-qlub, ir-Regina ta' l-Imhabba. Il-ligi taghha hi l-imhabba u s-setgha taghha hi l-imhabba ta' omm.

Nistghu nibqghu sejrin ingibu tifsiriet ohra bhal dawn kemm irridu, imma qatt ma jirnexxilna nfissru kif jixraq lanqas bicca minn dak li r-ruh thoss meta din titrejjaq mill-imhabba taghha.

Ir-ruh titghallem li l-isem Immakulata jixrag lill-Madonna minn kull naha li wiehed ihares lejh. Ir-ruh tintebah li dan hu biss il-bidu tal-gharfien u ta' l-imhabba taghha.

Bla dubju ta' xejn int jirnexxilek tigbed itaghrif dwarha u titkebbes b'imhabbitha jekk tersaq lejn qalbha aktar milli jekk tisma' l-gherf kollu tal-bnedmin.

 

5) L-Immakulata...

Kliem il-bniedem ma ghandux hila jfisser dik li saret l-Omm vera t'Alla. Fil-fatt hija biss hlejqa, imma f'ghajnejn Alla hija, hlejqa hekk sabiha li wiehed jehtieglu l-ewwel jaghraf min hi Omm Alla.

Hija l-Omm vera t'Alla. Din hi dogma tal-fidi. M'hiex omm ta l'isem biss. L-omm m'hijiex omm ta' bicca biss minn ibnu, imma kemm il-misser u kemm l-omm huma l-genituri ta' binhom shih. Ghalhekk l-Omm Qaddisa hija bil-haqq kollu l-Omm ta' Ges kollu kemm hu, hija mela l-Omm tal-Bniedem Alla, u ghalhekk hija Omm Alla. U ghalkemm il-gieh taghha bhala Omm Alla gabilha mieghu l-privileggi kollha, b'danakollu l-ewwel grazzja li hija hadet minghand Alla kienet dik tat-tnissil minghajr tebgha.  U ghalhekk hija l-ewwel u qabel xejn "Immakulata Kuncizzjoni", hija hielsa minn kull tebgha, anki minn dik tad-dnub originali, mill-ewwel waqt ta' l-ezistenza taghha.

Dal-privilegg huwa ghaziz ghaliha, ghax kienet hi stess li qalet ghaliha nfisha f'Lourdes: "Jiena l-Immakulata Kuncizzjioni".

U ma qalitx: "Jiena tnissilt minghajr tebgha", imma "Jiena l-Immakulata Kuncizzjoni"  (Jiena t-tnissil bla tebgha).  Dan ifisser, li hija s-safa fih innifsu. Hija kuncizzjoni, ghax tnissilha sar fiz-zmien, imma: "Immakulata Kuncizzjoni".

 

6) L-Immakulata f'Lourdes ma sejhitx lilha nfisha: dik li tnisslet minghajr tebgha; imma, kif Santa Bernadette nfisha tghidilna, "Il-Mara kienet wieqfa fuq ir-roza selvagga f'qaghda tixbah hafna 'l dik li naraw fuq il midalja mirakoluza. Meta staqsejtha ghat-tielet darba, wiccha ha bixra serja imma fl-istess waqt umli... Ghaqqdet idejha qisha sa titlob u tellghethom fuq sidirha... Harset lejn is-sema... imbaghad bdiet tiftah idejha bil-mod u tmil lejja, waqt li qaltli b'lehinha li smajtu kemmxejn imrieghed: `Jiena l-Immakulata Kuncizzjoni'."

 

7) Dat-titlu 'l hadd ma joqghod hliefha. Meta Alla wera ruhu lil Mose, qallu: "Jien hu dak li hu". Ghax Alla hu minn dejjem u jibqa' ghal dejjem ta' dejjem. L-essenza tieghu hi dik li jezisti dejjem u kullimkien, fiz-zmien u barra miz-zmien. Kull haga barra minn Alla nistghu nghidu li tezisti, imma ma nistghux nghidu li hi l-ezistenza nfisha. Hi hadet l-ezistenza minn Alla. Ghalhekk anki l-Immakulata hadet l-ezistenza minn Alla u bdiet tezisti fiz-zmien.

 

8) L-espressjoni "Immakulata Kuncizzjoni" ma tfissirx, bhalma jahsbu x'uhud, li l-Vergni Mqaddsa ma kellhiex missier fuq l-art. Hi giet fid-dinja bhal kull tarbija ohra li titwieled fi hdan familja. Ghalhekk hi kellha kemm missier u kemm omm hawn fuq l-art.

Hija mnissla; u dan ifisser li m'hijiex Alla, ghax Alla ma ghandux bidu. Lanqas m'hija anglu mahluq direttament minn Alla. U lanqas m'hija bhal Adam u Eva, ghax il-bidu ta' dawn ma sarx bit-tnissil.

Hi tissejjahi "Kuncizzjoni" mhux bhalma jista' jissejjah hekk Ges, ghax dan, ghalkemm tnissel, billi huwa Alla, kien jezisti sa mill-eternit.

Barra minn dan, Marija hi l-Immakulata Kuncizzjoni. B'dat-titlu hi tidher xort'ohra minn ulied Adam. Ghalhekk it-titlu "Immakulata Kuncizzjoni" joqghod ghaliha, u ghaliha biss.

 

9) Hija l-Omm Immakulata taghna... u t'Alla.

Fejn hu, mela, postha; u fejn hu postna, ahna li ahna taghha? Hi tinfed go ruhna u tmexxi, bhala Sultana, il-fakultajiet taghha. U ahna tabilhaqq taghha. Ghalhekk, dejjem u kullimkien ahna maghha... Imma x'ghandna naghmlu bina nfusna? Ejjew nghidu fiha. Ha' tibqa' hi biss u ahna fiha. Ha' nkunu bicca minnha. Imma xieraq li ahna, hlejjaq li ma niswew ghal xejn, nitkellmu hekk? U b'danakollu, din hi r-realt. Meta sa jsehh dan: li kull ruh fuq wicc l-art tkun taghha b'dal-mod sa ma tintemm id-dinja? Il-Milizzja ta' I-Immakulata!

 

 

10) L-Omm t'Alla f'Lourdes lil Bernadette ma qaltilhiex: "Jiena l-imnissla bla tebgha". Imma qaltilha: "Jiena l-Immakulata Kuncizzjoni". L-istess differenza li tghaddi bejn haga bajda u l-bjuda nfisha.

 

11) Il-verit li Omm Alla ma ttebbghetx bid-dnub originali sa mill-ewwel waqt ta' l-ezistenza taghha kienet maghrufa mill-fidili kollha sa mill-bidu tal-Knisja. Il-Knisja kienet thoss minn dejjem li l-Vergni Mqaddsa hija hlejqa mill-aktar safja, aktar safja mill-angli, minghajr ebda dnub, lanqas l-icken wiehed.

 

12) Missierna tas-smewwiet hu l-bidu u t-tmiem ta' kollox. Hawnhekk il-bniedem meta jahseb b'mohhu u jlissen b'fommu, waqt li jipprova jissellef xi tixbihat mid-dinja li ddawru, huwa u jahseb u jitkellem dwar Alla, jinhxel. Il-hsieb tieghu dwar Alla hu imperfett imma veru. Mir-Rivelazzjoni nafu li l-Missier nissel l-Iben sa mill-eternit u li l-Ispirtu s-Santu gej mill-Missier u mill-Iben. Il-hajja tat-Trinit Mqaddsa nsibu hafna xebh taghha fil-hlejjaq li halaqhom Alla Wiehed u Tlieta. U dan dagskemm huwa ghogbu johloghom jixbhuh. Dak il-principju generali li kull effett jixbah il-kawza tieghu hawn isib ukoll xi jwettqu; aktar u aktar meta wiehed jahseb li Alla johloq mix-xejn. Ghalhekk kull haga hi bicca xoghol t'idejh.

Kull eghmil ta' l-imhabba t'Alla gej mill-Missier permezz ta' l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. U dawn l-eghmejjel joholqu, ighajxu, u jiiviluppaw il-hajja kemm fl-ordni tan-natura, kif ukoll f'dak tal-grazzja. B'hekk Alla jixhet imhabbtu fuq il-kotra kbira li ma tistax tinghadd ta' xbihat tieghu. U bl-ebda mod iehor ma tista' l-imhabba tal-hlejjaq terga lejn il-Missier jekk mhux permezz ta' l-Ispirtu s-Santu u l-Iben. Mhux dejjem wiehed jintebah meta dan isir, imma jsir tabilhaqq. Hadd hlief Alla nnifsu m'huwa l-hallieq ta' eghmil l-imhabba fil-hlejjaq. Imma meta l-hlejjaq ikollhom ir-rieda hielsa dan l-eghmil ma jsehhx jekk mhux bir-rieda taghhom.

Issa l-oghla quccata ta' mhabba li minn hlejga qatt regghet lejn Alla hija dik ta' l-Immakulata. Din hi hlejqa minghajr tebgha ta' dnub, kollha kemm hi sabiha, kollha hi t'Alla. Ir-rieda taghha lanqas ghal farka wahda ta' hin ma mielet mir-rieda t'Alla.

 

13) L-Immakulata hi daqshekk tal-ghageb, daqshekk qariba tat-Trinit Mqaddsa, li wiehed mill-Missirijiet tal-Knisja ma tmezmizx isejhilha "Complementum Sanctissimae Trinitatis", jigifieri: "tkomplija tat-Trinit Mqaddsa". Ma ghandniex nistaghgbu, mela, jekk mohh il- bniedem jintilef xhin jigi biex jifli dal-misteru... u min jizzattat, jifhem anqas minn Babel. Ha' jkun jaf kulhadd, hawn fil-Belt ta' l-Immakulata, dwar dal-hwejjeg.

 

14) L-akbar bicca xoghol afdata minn Alla f'idejn il-bnedmin, dik, jigifieri, li ggib fid-dinja u trabbi 'l Ges Alla afdaha f'idejn il-Vergni Mqaddsa. Ghalhekk x'xebh jista' jghaddi bejn l-Omm Imqaddsa u l-qaddisin l-ohra? Xejn.

 

15) Kull grazzja li l-Vergni Mqaddsa Marija hi mzejna biha ssib il-bidu taghha fil-misteru tal-Maternit divina. L-ewwel fost dal-grazzji l-Immakulata Kuncizzjoni. Jidher li dal-privilegg huwa ferm ghal qalbha, ghax f'Lourdes hi tghaxxqet tghid ghaliha nfisha: "Jiena l-Immakulata Kuncizzjoni". U ahna nixtiequ nsejhulha b'dan l-isem tant ghal qalbha.

 

16) Biex nifhmu ahjar min hi l-Immakulata jehtieg li wiehed iqis u jaghraf ix-xejn tieghu. Jehtieg ukoll li wiehed icekken lilu nnifsu fit-talb biex b'hekk jikseb il-grazzja li jsir jafha. Wiehed ghandu wkoll ihabrek li jhoss go fih tjubitha u qawwitha.

 

17) Ghaliex inhobbu lill-Immakulata u nahtru lilna nfusna b'kull ma ahna lilha? Mhux ghal dak li hi fiha nfisha, imma ghax hi tixbah bis-shih lil Alla.

 

18) L-oghla fost il-hlejjaq hu l-bniedem, u fost il-bnedmin l-Immakulata hi l-aktar perfetta, bla ebda dnub, bla tebgha.

 

19) L-Immakulata hija l-personifikazzjoni tal-hniena t'Alla. Ghalhekk, min iqum kontrieha jkun qed igerrex minnu l-hniena, waqt li jigbed ghal fuqu l-haqq t'Alla.

 

20) It-tarbija li tingibed lura minn ommha, u ma tilqax aktar sider ommha, tmut bil-guh. Hekk ukoll kull min jingibed lura mill-Omm Imqaddsa, imut bil-guh spiritwali.

 

21) Il-Kmandanta taghna, l-Immakulata, il-Kenn tal-midinbin, hija wkoll il-Qerrieda tas-serp ta' l-infern.

 

22) Kull mahluq ghandu t-tmiem u jinbidel u jizviluppa aktar ma jghaddi z-zmien, izda hi, l-Immakulata, tmiss l-infinit.

 

23) Jekk ahna lesti nwegghu omm xi bniedem famuz, omm xi benefattur tad-dinja, b'liema gieh, mela, ghandna nwegghu lil Omm Alla!...

 

24) Jekk omm ta' mexxej taf tinfluwenza 'l binha, kemm aktar taf tinfluwenza 'l Binha Omm il-Bniedem-Alla!...

 

25) Kull grazzja hi prova ohra ta' qawwet l-Immakulata u tjubitha. Mela hi skond ma nahsbu fuqha...

 

26) Xejn m'hemm li bniedem ma jistax igarrab permezz ta' l-Immakulata.

 

27) Marija kienet dejjem Omm hanina, u hekk ghadha s'issa, u hekk sa tibqa' ghal dejjem: fil-hajja, fll-mewt u fl-eternit. Ejjew nahsbu f'dan sikwit fix-xkilijiet li jinqalghu minn barra, imma l-aktar f'dawk ibsin li jinqalghu minn gewwa.

 


Dawn il-hsibijiet huma mehudha mill-ktieb ta' Patri Edmund Tewma OFMConv., Massimiljan Marija Kolbe - il-Qaddis f'kitbietu Stedina lill-Bniedem, Religjon u Hajja, Pastolali 9, 1982, pp. 15-19.

Valletta: 11.9.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġes Kristu,

Int

l-għarusa

ta

l-Ispirtu

s-Santu.