L-Immakulata Kuncizzjoni - Poezija

 

 <<|werrej|>> 


Quddiem Xbieha ta' Marija mnissla minghajr htija


minn Patri Albert M. Sammut OFMConv


 

Ghaddew mitt sena b'heffa donnhom berqa;

tgerbu mghagglin u siehbu s-snin mghoddija

fl-insig tal-klil, tal-ghana kollu herga,

li maghhom jien inqed f'riglejk, Marija.

 

U meta l-gilju ma' l-inwar fil-gonna

ibexxaq fommu jghanni bil-bjudija,

inbexxaq fommi jien ukoll u ndonnha

mas-safa tieghek; o xi gmiel ! Marija.

 

Nidhol go fija u nilmah minqux Ismek:

Omm Alla, Xebba, mnissla, minghajr htija;

u nhossni nfur bil-ferh ghax id-dnub f'gismek

ma deh'rx waqt wiehed bhalma ghamel fija.

 

Ghallinqas Ommi sfat minn dan l-ghelt hielsa,

u gmielha jisboq lil kull warda mielsa.

 

Dik l-id li naqxet surtek go dil-gnejna

f'irhama bajda, fl-iskarpell ghaqlija,

inhossha trid tfakkarni kif imzejna

tinsab Int fis-smewwiet, helwa Marija.

 

Mitluf fil-genn ta' Mhabba b'harsti f'tieghek,

 integh'm il-hlewwa ta' bennet xufftejk;

inhossni qisni mmelles minn dak drieghek

misruq mill-gmiel u l-harsa ta' ghajnejk.

 

Fin-nicca ckejkna mdawra kollok hdura,

fil-hemda u fis-sikta ta' dal-gnien,

xebbaht dik harstek f'tmiem il-jum mal-hmura

qabel ma d-dlam ikeffen kullimkien.

 

Fil-ghodu nilmhek bhal kewkba bikrija

u nibda l-jum nitghaxxaq bik, Marija.

 

Dis-sena nhossni rrid inzurek f'darek,

fejn Int tmintax-il, darba qaghdt titkellem

u tajt lic-ckejkna Bernardetta hbarek;

hemmhekk jien lilek nixtieq nigi nsellem.

 

Deh'rtek f'dal-gnien dan biss qieghda thajjarni:

nigi go Lourdes, b'qalbi xewqat mimlija ;

nitolbok ghall-gheziez u ghal min tfakkarni,

biex Int ittih kulma jinhtieg, Marija.

 

Intir bi hsiebi nigi hdejk nithenna,

fi hbub ghajnejk infittex il-moghdrija

li tfur mis-sema fl-art u tibdel f'genna

hajjet min hu maghkus, twajba Marija.

 

Nitolbok tixhet fuqna l-barka tieghek,

Madonna Bajda, zommna dejjem mieghek.

 

Ruma - 13.1.1958


Din il-poezija dehret fir-Rivista: Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Sena XLVII/2 Frar 1958, p.23.

Valletta: 19.1.2004


Qaddisa Vergni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna

Gesů Kristu,

Int

l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.

 

Talba ta'

San Frangisk