|
L-Immakulata Kuncizzjoni - Poezija |
||
|
Immakulata minn Dun Guzepp Grech Cremona
"Bla tebgha tkun", qal il-Missier ta' dejjem "Binti mahbuba fuq il-hlejjaq kollha, Kont ghad ma hlaqtx l-Angli, l-Bnedmin u l-bhejjem, U Lilha kont ghazilt minn qalb il-folla."
"Ommi mahbuba tkun Immakulata" Qal ukoll l-Iben tal-Missier Etern, "Qawwa tkun iktar minn kull armata, U tirbah zgur fuq l-ghadu ta' l-Infern."
U Ruh il-Qodos xorta bhalhom tkellem: "L-Gharusa tieghi, tax-Xitan ma tkun Ilsiera qatt, ghax lilha l-Angli ssellem, Mara rebbieha fuq il-kbir dragun."
U l-Knisja Mqaddsa u l-Ghaqda Frangiskana, Illum qed tifhar mas-Sultana taghna.
28.10.1956
Din il-poezija dehret fir-Rivista: Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Sena XLV/12 Dicembru 1956, p.179. Valletta: 19.1.2004 |
![]() Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 150 Sena 1854-2004
Talba ta' San Frangisk lil Marija
Qaddisa Vergni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna Gesů Kristu, Int l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|