|
L-Immakulata Kuncizzjoni - Poezija |
||
|
Difensur Qalbieni ta’ l-Immakulata minn Kan. Guzepp Grech Cremona
Lill-Beatu Gwanni Duns Skotu Frangiskan Konventwali Difensur Qalbieni ta’ l-Immakulata
O ta’ Marija difensur qalbieniimhabbtek kienet li geghlitek tfisser kif omm Gesù wahidha kellha tkisser il-qawwa kollha tas-serpent ewlieni.
Ghax Alla seta’ u xieraq kien li jamar li l-omm ta’ Kristu tkun Immakulata. Ghamel ghalhekk li lilha biss jinghata li gmielha jisboq lil tax-xemx u l-qamar.
Ghaddew mijiet ta’ snin u sar id-Domma dwar it-tnissil bla tebgha tal-Madonna u dan Marija stess wettqitu b’fommha.
Narawk kanonizzat nixtiequ konna u ghadna lkoll b’xewqa li hadd ma jzommha ghax int ta’ l-gherf qaddis tassew kolonna.
Il-Poezija dehret fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.124. Valletta: 24.3.2004 |
![]() Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 150 Sena 1854-2004
Talba ta' San Frangisk lil Marija
Qaddisa Vergni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna Gesù Kristu, Int l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|