L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Lill-Vergni Mbierka


ta' Gilbert Buhagiar


 

Insellmulek vergni mbierka,

Xbejba safja kollok sliem

Fik hemm tama t'imhabbitna

T'hena kbira minghajr tmiem!

 

Illum hawn f'riglejk ninxtehtu

Sabiex lilek naghtu gieh,

Ninsew kollox, kull ma ghandna

Ghax hawn qalbna hdejk tistrieh!

 

Minn qiegh qalbi qed nitolbok

Mieghek zommna ma' xulxin,

Ixhet fuqna barka w hena

Farag haj ta' l-imjassrin!

 

Jekk id-dlam tal-lejl waqqghana

Id-dnub rebah ma jergax!

Ghax hemm int biex tintervjeni

Zgur li issa ma jistax!

 

Qatt m'gharaft id-dnub tan-nisel

Vergni, Immakulata!

Fl-isbah glorja tgawdi 'l Alla

Fuq id-dnub hrigt trijonfata!

 

Mal-qtajja' ta' l-angli nfahhruk,

Sultana taghna l-Maltin,

Qatt mhu ha nieqfu nsellmulek

Marija gawhra tal-bnedmin!

 

Rabat - Ghawdex

4 ta' Awwissu 1999


Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Festa 1999, Knisja San Frangisk - Victoria -Ghawdex, p.15.

Valletta: 4.10.2004


 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u

l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa ta’ l-Ispirtu

s-Santu.