L-Immakulata Kuncizzjoni - Poezija

 

 <<|werrej|>> 


Lil Marija Immakulata


minn Kav. Joe M. Attard


 

O Marija Immakulata

Kemm ninsabu ferhanin

Ghax illum il-festa tieghek

Hawn arana migburin

 

Sa minn zmien, il-Frangiskani

Lilek xtaqu tkun patruna;

Harstek itfa' immela fuqhom

Zommhom dejjem kollha `annuna.

 

Ahna wkoll irridu nkunu

Li nissejhu l-ulied tieghek;

Thalliniex ghalhekk xi darba

Li nitbieghdu mill-mant tieghek.

 

Biex inkomplu nkabbru l-festa

li dis-sena qed naghmlulek,

Gwardjan gdid jinghaqad maghna

Biex inkomplu nifirhulek.

 

Anke' t-tempju illi jilqghek

Stinkajna biex nirrangaw

Ghaliex inti hekk jixraqlek

Opri sbieh kulfejn naraw.

 

Int Regina minn tal-Genna;

Int Sultana ta' kull zmien;

Tnax-il kewkba jdawru 'l rasek;

Bik hu msebbah il-holqien.

 

Inti shaqt is-serp b' gharqubek

Li dahhalna f'tant tbatija;

Thalliniex issa nintilfu,

Fis dewwaqna it-tgawdija.

 

Halli mbaghad wara dil-hajja

Illi nterrqu ghad-dell tieghek

Nigu ingawduk fis-Sema

Imghannqin ghal dejjem mieghek.

 

Victoria – Ghawdex

1999


Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Festa 1999, Knisja San Frangisk - Victoria -Ghawdex, p.19.

Valletta: 4.10.2004


Domma ta'

l-Immakulata

Kuncizzjoni

150 Sena

1854-2004

 

Talba ta'

San Frangisk

lil Marija

 

Qaddisa Vergni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar gholi

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis taghna

Gesù Kristu,

Int

l-gharusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.